PREMJU ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA 2017
Il-Moviment Kerygma jorganizza l-“Premju Żagħżugħ tas-Sena” bil-għan li joħroġ fil-beraħ l-impenn taż-żgħażagħ b’mod nisrani fis-soċjetà Maltija.
Il-Premju hu miftuħ għal dawk iż-żgħażagħ kollha li juru sens kbir ta’ impenn fil-ħajja nisranija tagħhom ta’ kuljum u għalhekk jkunu ta’ eżempju qawwi għal żgħażagħ oħra.
Qed nibgħatu ma’ din l-ittra kopja tar-Regolamenti u l-Formola ta’ Applikazzjoni biex tkunu tistgħu tinnomminaw xi żagħżugħ jew żagħżuha li taħsbu li jikkwalifikaw u jimmerithom jkunu nnominati għal dan il-premju prestiġjuż. Kopja tar-regolamenti u l-applikazzjoni tinsab ukollminn hawn:
L-applikazzjonijiet u d-dokumenti relatati għall-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2017 għandhom jaslu fl-uffiċċju tal-Moviment Kerygma sa mhux aktar tard mil-Ġimgħa, 3 ta’ Novembru 2017 fl-12.00pm.