It-tim tal-Moviment Kerŷgma din is-sena ser ikun qed jiċċelebra l-31 sena mit-twaqqif tiegħu nhar is-Sibt 8 ta’ Diċembru 2018. Il-Moviment għalhekk ħaseb biex iħejji ġurnata speċjali sabiex flimkien il-membri tiegħu jkomplu jikbru u jissaħħu fil-fidi tagħhom, u fil-ħidma tagħhom f’dan il-Moviment biex ikomplu jwasslu l-bxara t-tajba.
Permezz ta’ inizzjattiva ta’ Life Network Malta għall-okkażżjoni ta’ Life March li ser issir fid-9 ta’ Diċembru ġewwa l-Belt Valletta fit-3.30pm, ser jinġiebu Malta koppja barranija, li għażlu li jagħtu t-testimonjanza tagħhom favur il-ħajja. Minkejja li sabu ruħhom f’sitwazzjoni fejn il-mara ġiet stuprata huma għażlu li jagħtu l-ħajja u jgħożżu t-tarbija li kienet frott ta’ dan l-istupru. Life Network Malta offriet li tagħti opportunità li din l-esperjenza tas-Sa. Christie tinstema wkoll fil-Moviment Kerŷgma nhar it-8 ta’ Diċembru bħala parti mil-attivitajiet tagħhom għal Jum il-Konsagrazzjoni tal-Moviment. L-attività tibda fit-3.30pm u ser ikun hemm taħdita oħra minn Fr. Tonio Mallia Milanes OP għal dan iż-żmien ta’ l-Avvent. Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa fil-knisja ta’ San Duminku Rabat u wara jkun hemm bibita għal kulħadd.
Dan huwa l-programm kollu:
15.30 Taħdita fuq l-Avvent minn Fr. Tonio Mallia Milanes OP
16.15 Coffee Break
16.30 Testimonjanza minn Mr. & Mrs. Christie
17.30 Adorazzjoni
18.00 Coffee Break
18.30 Quddiesa
19.30 Bibita fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma
Kulħadd huwa mistieden u għalhekk min jixtieq jattendi huwa mitlub iċempel jew jibgħat SMS fuq in-numru 99110888 sabiex jirriserva post. Din hija opportunità li żgur mhux ta’ min jitlifha.