PREMJU ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA 2013
Il-Moviment Kerŷgma, għal sena oħra, qed jorganizza l-“Premju Żagħżugħ tas-Sena” bil-għan li joħroġ fil-beraħ l-impenn taż-żgħażagħ b’mod nisrani fis-soċjetà Maltija.
Il-Premju hu miftuħ għal dawk iż-żgħażagħ kollha li juru sens kbir ta’ impenn fil-ħajja nisranija tagħhom ta’ kuljum.
Tistgħu tniżżlu kopja tar-Regolamenti u l-Formola tal-Applikazzjoni biex tkunu tistgħu tinnomminaw xi żagħżugħ jew żagħżugħa li taħsbu li jikkwalifikaw u jimmerithom ikunu nnominati għal dan il-premju prestiġjuż. Jekk tixtiequ tinnominaw aktar minn persuna waħda, tistgħu tagħmlu dan fuq kopja oħra tal-Formola tal-Applikazzjoni.
L-applikazzjonijiet u d-dokumenti relatati għall-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2013 għandhom jaslu fl-uffiċċju tal-Moviment Kerygma sa mhux aktar tard mil-Ġimgħa-29 ta’ Novembru 2013 fl-12.00pm.