Iċ-ċentru Kulturali Kerŷgma jinsab sular taħt il-kjostru tal-kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat. Il-bini oriġinali li huwa parti mill-kunvent u mill-knisja, kien mibni f’nofs is-seklu 15 iżda kien sar bdil sostanzjali fil-bidu tas-seklu 17.
Iċ-ċentru huwa magħmul minn numru ta’ kmamar bl-arkati ta’ diversi daqsijiet. Is-sala prinċipali testa madwar 100 persuna bil-qegħda filwaqt li l-kmamar l-oħra jesgħu bejn 12 u 50 persuna. L-ambjent kwiet u storiku tal-post, flimkien mal-flessibilta’ li joffru l-kmamar, jagħmlu dan iċ-ċentru post idejali għad-diversi attivitajiet li jorganizza l-Moviment.
Iċ-ċentru huwa armat b’sistemi ta’ projections, PA systems, kappella u diversi għodda oħra li jistgħu jintużaw għall-għan tal-Moviment, dak li jxandar il-Bxara t-Tajba.