Consummatum Est – Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa 2026

Il-Moviment Kerŷgma qed jorganizza wirja speċjali bl-isem Consummatum Est, ispirata mill-kliem ta’ Kristu fuq is-salib (Ġwanni 19:30).
Din il-wirja, li se ssir fil-Kunvent San Duminku, ir-Rabat, toffri lill-viżitaturi vjaġġ viżiv u spiritwali fil-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Post
Kunvent San Duminku, ir-Rabat
Dati
Is-Sibt 28 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 3 ta’ April 2026
Ħinijiet tal-Ftuħ
- Is-Sibt u l-Ħadd: 9:00am – 1:00pm, 4:00pm – 8:00pm
- Mit-Tnejn sal-Erbgħa: 4:30pm – 8:00pm
- Ħamis ix-Xirka: 4:30pm – 6:00pm u 8:00pm – 9:00pm
- Il-Ġimgħa l-Kbira: 9:00am – 12:00pm
Il-Wirja Tinkludi
- Platti artistiċi bir-ross u materjali naturali oħra
- Mudell tat-Triq tal-Passjoni
- Vari tal-Ġimgħa l-Kbira
- Mejda tal-Appostli
- Il-Qabar ta’ Kristu
Din il-wirja hija stedina għal mument ta’ talb, riflessjoni u meditazzjoni matul il-Ġimgħa Mqaddsa.
Għal aktar informazzjoni ċemplu 99110888.



