Il-Grupp Kulturali Natività beda fis-sena 2011 bħala mezz ta’ evanġelizzazzjoni ġdida. Ngħallmu lin-nies jesprimu l-imħabba tagħhom għas-Sagra Familja permezz tat-tagħlim fil-bini tal-Presepju. Mhux biss ngħallmu l-mod kif jista’ jinbena l-Presepju iżda wkoll it-tradizzjoni tal-istorja. Sibna li dan il-mod huwa mezz ta’ kif ngħinu lin-nies jersqu qrib aktar tal-att spiritwali ta’ din l-istorja mhux biss bħala arti. Għallimna ’l fuq min 80 persuna f’dawn l-aħħar tliet snin u l-etajiet varjaw minn 7 snin sa 80 sena. Huwa mod ġdid kif niskopru l-esperjenza tas-Salvatur tagħna li sar bniedem biex isalva lilna.