Għalfejn il-mard Mulej? Prayer Cafè – 6 ta’ Frar 2015
Laqgħa t ta’ Frar 2015
Riflessjoni fuq evanġelu ta San Mark 1 29:39
Għalfejn il-mard Mulej? Għalfejn dawn it-tbagħtijiet Mulej?
Ġesu’ jkompli l-missjoni tiegħu billi jfejjaq in-nies minn kull xorta ta mard. Mard fiżiku, mard spiritwali… Kif jidħol Hu, ix-xena tinqaleb. Huwa sew li nipprovaw ngħixu ħajja fiżikament b’saħħitna. Kif ukoll huwa sew li x-xjenza tagħmel minn kollox għall-avanż ta’ dan.
Aktar mal-bniedem jikber, aktar isaqsi mistosijiet. Naħseb li l-aktar mistoqsija li nagħmlu aħna lil Alla hi; Għalfejn il-bniedem irid ibati? Għalfejn hawn dan il-mard fiżiku? Għalfejn?…
Il-mard huwa parti minn ħajjitna imma diffiċli li taċċettah għax aħna lkoll irridu ngħixu. Meta l-mard ikun fuqna sa nħossuh, meta jkun fuq ħaddieħor qrib tagħna, inbatu magħhom ilkoll. Ġesu’ dejjem ta importanza lill-marid u hekk irridu nagħmlu aħna. Infarġu l-marid, nissimpatizzaw miegħu, ngħinuh u nitolbu ħafna għalih. Għax tinsewx li kulħadd ħa jiġi ġġudikat quddiem Alla: “għax dak li tagħmlu ma l-iżgħar fost ħuti tagħmluh miegħi.”
Il-mard mhuwiex biss dak fiżiku, li narawh; imma hawn ħafna min hu marid b’mard ieħor u aħna għadna ma għarafniex il-missjoni tagħna ma dawn in-nies bħalma Ġesu’ għaraf il-missjoni tiegħu.
- Min qed jgħix f’solitudni waħdu … morru żuruh/a.
- Min qed jsibha diffiċli li jiġi aċċettat mis-soċjeta’….farġuh/a, għinuh/a.
- Min qed jbagħti bid-dimensja … ifmuh, għinuh.
- Itolbu lil Alla biex jużakom u jtikom il-qawwa meħtieġa biex tagħmlu dan.
Alla jagħti sens lil-mard tagħna
Kif? Alla jippermetti l-mard?!
Iva, għax Alla jrid juri l-Glorja tiegħu fil-mard/fejqan, biex l-għemil t’Alla jidher fih. Dan iseħħ meta nħallu kollox f’idejn Alla. Mhux faċli, imma DIN hija l-FIDI. Aħna lkoll maħluqa biex insiru qaddisin. Il-qaddisin ta’ qabilna batew ħafna. Uħud kienu morda. Il-mard tagħhom stess, għinithom biex tippurifikom u tressaqhom aktar viċin Alla. Hekk ukoll aħna li aħna morda, bit-tbagħtija tagħna stess nitnadfu minn ġewwa u nħarsu lejn il-ħajja minn lenti differenti minn dik li konna nħarsu lejha qabel ma mradna.
Mela kuraġġ, int li int marid, int li qed iddur bil-marid; għax fejn hemm Alla hemm il-fidi.
Il-Fidi tiegħek fejqitek.
Fl-aħħar tal-laqgħa, nqrat l-istorja: “Karmelina u n-Nuċċali” mill-fuljett it-Triq. Tista’ taqra din l-istorja billi tagħfas hawn u d-dawwar għal paġna 6.