Il-FIDI u l-Volontarjat
Nemmen li kieku aħna m’għandniex fidi fix-xogħol volontarjat tagħna kieku m’aħnix hawn.
Li jkollok il-fidi, hija li temmen mingħajr ma tifhem. Il-fidi, bejnietna hija hekk ukoll; li jkollna fiduċja f’xulxin minkejja li mhux dejjem nifhmu lil xulxin. Kull ħsieb li jista’ jfixkilna milli nafdaw lil xulxin jkun ġej mix-xitan. Fidi Spiritwali hija li aħna jkollna fidi fix-xogħol ta’ Alla għalkemm mhux dejjem nifmuh.
Filwaqt li l-moħħ huwa aktar b’saħħtu mill-ġisem, L-Ispirtu huwa aktar b’saħħtu mill-moħħ. La darba temmen dan, tkabbar dan it-twemmin fik. Kull diffikulta li nintaqaw magħha hija opportunita’ biex inkabbru l-fidi tagħna.
Talba
Mulej Ġesu’ nizzel fina L-Ispirtu tiegħek biex bħalma għamilt mad-dixxipli tagħmlu magħna. Itfa fina l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu biex nintlew b’fidi qawwija ħalli bħala komunita’ nxandru l-kelma tiegħek. Użana Mulej u mlina bil-fidi soda biex qatt ma nitilfu kull opportunita’ biex nevanġelizzaw jew niddubitaw mill-fidi tagħna.
Ammen
Post ta’ Joanne Ciantar