KIDS FOR JESUS SUMMER CLUB 2015 – esperjenza ħolistika għat-tfal
Il-Moviment Kerŷgma wettaq proġett ambizzjuż ieħor għat-tfal tul dan is-sajf,: il-“Kids for Jesus Summer Club”.
It-teknologija toffri sfidi kontinwi lill-ġentituri sabiex jimmotivaw lil uliedhom jipparteċipaw f’attivitajiet li jgħinuhom jikbru b’mod ħolistiku. Għalhekk il-Moviment ħaseb biex dan is-sajf jagħmel stedina lit-tfal ta’ bejn l-4 u t-13-il sena, sabiex permezz ta’ dan il-klabb, it-tfal qattgħu sajf mimli avventuri, logħob, drama, ħbiberiji u fuq kollox esperjenza ħajja ma Ġesù.
X’tajna f’dan is-Summer Club?
- Valuri Nsara: Permezz ta’ dan il-klabb, it-tfal kibru b’mod spiritwali u morali permezz ta’ diversi attivitajiet b’tema reliġjuża, kant u tagħlim ieħor flimkien ma’ sħabhom.
- Avventuri varji: Huma kibru fil-kunfidenza u l-ħiliet tagħhom permezz ta’ logħob, avventuri, ħargiet, reċti, kant u żfin sabiex jiċċelebraw ma’ sħabhom it-talenti tagħhom.
- Tagħlim dwar is-saħħa: tgħallmu dwar il-kura tal-ġilda tagħhom, ikel nutrittiv, u ħiliet bażiċi fl-ewwel għajnuna.
- Kibru b’mod individwali: filwaqt li kienu fil-kumpanija ta’ sħabhom, it-tfal ingħataw l-opportunità li jitgħallmu ħiliet ġodda, waqt li jibnu kunfidenza fihom infushom u jitgħallmu jkunu aktar indipendenti permezz ta’ responsabiltajiet u sfidi ġodda.
- Ħbieb ġodda: Il-klabb offra opportunità lit-tfal isaħħu l-ħbiberiji li diġa għandhom u kabbru ċ-ċirku ta’ ħbieb tagħhom f’ambjent nadif u sigur, iżda fuq kollox esperjenzaw ħbiberja ma’ Ġesù.
Is-Summer Club ser jagħlaq bi Play Pray Party fit-12 ta’ Settembru li hija miftuħa għat-tfal kollha tal-Primarja u quddiesa u talent show għall-ġenituri fit-18 ta’ Settembru.