Lezzjonijiet tar-Reliġjon
Il-Moviment Kerŷgma qed iniedi lezzjonijiet tar-reliġjon. Dan il-kors jinvolvi ħafna aspetti mit-tagħlim tal-Knisja. Fil fatt ser jinkludi il-katekiżmu tal-Knisja kollu, ħafna mill-antik Testment kif ukoll it-Testment il-ġdid. Dan il-kors huwa tajjeb ħafna għal min qiegħed jistudja u ser jagħti xi eżami tar-reliġjon. Flistess ħin huwa tajjeb ukoll għal dawk li jridu jafu u jidħlu iżjed fil-fond fuq il-fidi taghna. Huwa tajjeb ħafna li wieħed jipparteċipa għaliex iżjed ma titgħallem iżjed issir taf dwar l-imħabba kbira li Alla għandu għalina; tneħħi xi perċezzjonijiet hżiena li forsi jkunu akkumulaw biż-żmien. Fl-istess ħin nitghallmu ikoll, ftit dwar it-twemmin ta’ niex mhux kattoliċi u nitghallmu nużaw il-Bibbja bħala għodda ta’ kuljum fil-ħajja tagħna.
Importanti li wieħed isemmi li dan il-kors ser jimxi fuq sillabu stipulat. B’hekk dawk li ser jagħtu eżami Intermediate jew Advanced level ma jkollomx problemi.
Dan il-kors huwa tajjeb ħafna għal min qed jaspira li jsir Katekista jew diġa jgħallem imma m’għandux il-livell Avanzat fir Religjon. Illum il-ġurnata it-tagħlim tar-reliġjon ħa xejra differenti. Dan għaliex it-tfal illum qed jistaqsu ħafna. Illum ma tistax tgħallem tfal (anke zghir) u ma jkollokx background sew. Tajjeb ukoll ghal min qiegħed f’xi għaqda jew jivvolontarja fil-knisja u jrid jidħol iktar fil-fond tal-fidi tiegħu.