Il-Moviment Kerŷgma waqqaf ukoll il-Christour Children’s Choir li hu magħmul minn tfal u adoloxxenti li jiltaqgħu kull ġimgħa għal lezzjonijiet immexxijja minn għalliema kwalifikati u professjonali. Dan il-kor jagħmel numru ta’ kunċerti matul is-sena li jkunu miftuħa għall-pubbliku. Janima wkoll il-quddiesa tal-10am tal-ewwel Ħadd tax-xahar, fil-Knisja ta’ San Duminku, fir-Rabat.