Premju Żagħżugħ tas-Sena 2013
Il-Premju Żagħżugħ tas-Sena se jingħata lil wieħed/waħda mill-11-il żagħżugħ u żagħżugħa li ġew innominati għal dan il-premju prestiġjuż. L-għan tal-premju hu li jingħata ġieħ u għarfien lil żagħżugħ/a li bl-għemil, bil-karattru, bl-attivita’ u bl-eżempju, din il-persuna tkun xhieda Nisranija għal sħabha ż-żgħażagħ.
Il-premju ser jingħata nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar 2014 wara l-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja ta’ San Duminku r-Rabat u ser tkun preseduta mill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr. George Abela.
…
Nirringrazzjaw lil APS Bank li huwa l-isponsor tal-premju li ser jingħata u lil Studio Seven tal-għajnuna teknika.