PREMJU ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA 2019
Il-Moviment Kerygma jorganizza l-“Premju Żagħżugħ tas-Sena” bil-għan li joħroġ fil-beraħ l-impenn taż-żgħażagħ b’mod nisrani fis-soċjetà Maltija.
Il-Premju hu miftuħ għal dawk iż-żgħażagħ kollha li juru sens kbir ta’ impenn fil-ħajja nisranija tagħhom ta’ kuljum u għalhekk jkunu ta’ eżempju qawwi għal żgħażagħ oħra.
Tista tniżżel kopja tar-Regolamenti u l-Formola ta’ Applikazzjoni biex tkunu tistgħu tinnomminaw xi żagħżugħ jew żagħżuha li taħsbu li jikkwalifikaw u jimmerithom jkunu nnominati għal dan il-premju prestiġjuż.
L-applikazzjonijiet u d-dokumenti relatati mal-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2019 għandhom jaslu fl-uffiċċju tal-Moviment Kerygma sa mhux aktar tard mil-Ġimgħa, 15 ta’ Novembru 2019 fl-12.00pm. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jkunux ikkunsidrati.
Ibgħat l-aplikazzjoni f’dan l-indirizz:
PREMJU ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA 2019
Moviment Kerŷgma
Centru Kulturali Kerŷgma
Kunvent Patrijiet Dumnikani
Misraħ San Duminku
Rabat RBT 2521