Tama jew Mewt? – Prayer Cafè – 13 ta’ Novembru 2015
Il-laqgħa Prayer Cafè tal-Ġimgħa 13 ta’ Novembru 2015, iffukat fuq il-Vanġelu tat-33 Ħadd ta’ matul is-sena B.
Dan il-vanġelu huwa test li sa ftit żmien ilu kien jintuża f’waħda mill-erbgħa priedki (min-ħamsa) li kienu jsiru waqt l-eserċizzi tar-Randan. Dawn kienu jiffukaw fuq in-Novissimi: Mewt, Ġudizzji, Infern u Ġenna.
Qed ngħixu f'kultura ta' mewt li ma tridx taċċetta l-mewt
Illum, qiegħdin ngħixu f’kultura stramba; kultura tal-mewt li ma tridx taċċetta l-mewt. Ngħixu f’kultura li ma tridx il-mewt imma fl-istess ħin ngħixu f’soċjeta li trid tiddeċiedi min jgħix u min le. Dan il-Vanġelu ma jitkellimx b’ewfemiżmi: meta niddeskrivu xi ħaġa li hija kerha ħafna bi kliem inqas ikraħ. Per eżempju: meta xi ħadd imut ngħidu ħalliena. Nagħmlu dan għax nibżgħu mil-mewt. Dan huwa vanġelu appokalittiku li jitkellem dwar l-affarijiet li se jiġru fl-aħħar b’mod espliċitu. Vanġelu li jitkellem dwar dak li se jiġri fl-aħħar tal-ħajja. Jitkellem dwar traġedji kbar: ix-xemx tiddallam; il-kwiekeb jaqgħu; dan il-kliem ma għandux ibbeżgħana imma għandu jtina t-tama. Veru li qed ngħixu f’dinja fraġli; li se tispiċċa bħalma se nispiċċaw aħna. Iżda r-risposta itihilna l-vanġelu stess:
Mbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab b’qawwa kbira u bi glorja.
Din hija risposta li għandha ttina t-tama!
Aħna għandna ħabta nintrabtu mal-affarijiet li jleqqu; nagħmluhom l-idoli tagħna. Anke aħna li nemmnu ġieli nagħmlu dan. Kultant anke d-drawwiet li mdorrijin bihom kuljum, nagħmluhom idoli tagħna. Ninsew li aħna qiegħdin hawhekk passaġġ u norbtu ruħna ma dawn l-affarijiet tad-dinja. Dawn l-affarijeit kollha se jispiċċaw… imma aħna li nemmnu nafu li l-mewt tfisser bidu ta xi ħaġa ġdida. Għalina l-insara l-mewt tagħna għandha tfisser it-twelid tagħna.
Il-vanġelu issemmi ħwejjeġ appokalitiċi. Iżda fuq livell iktar personali aħna nistgħu nesperjenzaw katastrofi permezz ta disgrazzji, mewt, traditamenti etc. Hawnhekk ukoll għandna jkollna t-tama. Permezz tas-sigra tat-tin Ġesù jtina tagħlima… għandna nagħrfu s-sinjali u nifmhu li waqt traġedja hemm id-dawl fit-tarf; Hemm it-tama; Hemm Alla fit-tarf; B’idejh miftuħa biex jilqagħna bl-imħabba u t-tenerezza.
Aħna bħala nsara għandna missjoni li nwasslu t-tama lill-ħaddieħor!
Barra minn hekk aħna bħala nsara għandna missjoni. Din hi l-missjoni li nwasslu t-tama lill-ħaddieħor: nevanġelizzaw lil-kulħadd, għax kulħadd qed jipprova jsalva. Ħafna drabi minflok inwasslu t-tama aħna nippruvaw nagħtu ħaqq u ġudizzji. Mingħajr ma nafu u naħsbu, niġudikaw lil ta’ madwarna. Pero Alla biss jista jiġudika. Alla se jiġudikana lkoll fl-aħħar u aħna ningħataw il-ħaqq: l-infern jew il-ġenna. U jekk nimxu fuq it-tagħlim ta’ Ġesù; fuq il-beatitudnijiet; ma għandniex għalfejn ninkwetaw. Alla huwa ħanin imma ma nistgħux nagħmlu li rridu imma rridu nagħmlu ħilitna biex ngħixu fit-tajjeb.
Dan il-vanġelu itina żewġ ingredjenti biex jgħinna nagħmlu dan:
- it-Tama biex jgħinnha ma nitlfuhiex anke fl-agħar mumenti.
- il-Fidi biex nemmnu f’dak li qal Kristu u mhux dak li jgħidu l-profeti foloz.
Għalhekk irridu nġorru s-slaleb tagħna bil-fidi f’Alla u bit-tama li se jasal żmien aħjar.
Il-Laqgħa spiċċat billi qrajna s-salm li se jinqara fil-quddiesa ta3-33 Ħadd (sena B):
Ħarisni Mulej, għax għandek nistkenn
Mulej, inti s-sehem ta’ wirti u ta’ xortija
Inti żżomm f’idejk xortija.
Dejjem quddiemi żammejt ‘il-Mulej,
Għax bih f’leminti ma nitħarrek qatt.
Tifraħ għalhekk qalbi u tithenna ruħi,
U ġismi jistrieħ bil-kwiet.
Għax int ma tħallix lil ruħi fl-imwiet,
Ma tħallix il-maħbub tiegħek jara t-taħsir.
Inti turini t-triq tal-ħajja,
Hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,
Hemm għaxqa għal dejjem f’lemintek.
Imbagħad inqrat din il-kwotazzjoni:
“Kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni”
Mattew 25:35-36