You’ve Got Talent
Staġun wara ieħor il-Moviment Kerŷgma joħlom u jaħdem fuq kif lit-tfal u żgħażagħ tagħna jagħtihom formazzjoni u valuri sodi, siewja għall-ħajja. F’dan il-proġett “You’ve Got Talent“, il-Moviment Kerŷgma qiegħed isejjaħ żgħażagħ ta’ bejn it-13 u 19-il sena, li mhux neċessarjamnet diġà jafu li għandhom talent, imma li nwegħduhom li magħna żgur ser jiskopru t-talent tagħhom.
nwegħduhom li magħna żgur ser jiskopru t-talent tagħhom
Qed ngħidu ukoll li hemm elf ewro x’jintrebħu. Dawn l-elf ewro qegħdin hemm għal dawk li juru impenn fil-laqgħat u l-attivitajiet li nħejju, kif ukoll li juru li fil-mixja tagħhom magħna kibru u li kienu eżemplari fil-grupp.
Mela allura kemm jekk int żagħżugħ mimli talenti kif ukoll jekk int żagħżugħ li tħoss li ma għandek xejn x’toffri, aħna għandna post għalik u nwegħduk li m’intix ser toħroġ b’idek vojta.
Ibagħtu r-reġistrazzjoni tagħkom bil-posta sa l-24 ta’ Ottubru 2015. Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu mill-Moviment Kerŷgma, Misraħ San-Duminku Rabat jew jistgħu jiġu downloaded minn hawn. u ejjew iltaqgħu magħna għall-ewwel laqgħa l-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru fis-7.00pm ġewwa ċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma, ir-Rabat
Niżżel il-formola minn hawn.