Assemblea Ġenerali u Eżekuttiv Ġdid
L-Assemblea Ġenerali tal-Moviment Kerŷgma saret fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju. Kien hemm attendenza tajba ħafna u wara li nqraw ir-rapporti varji, saret ukoll l-elezzjoni għall-Eżekuttiv għas-snin 2016-2019. Fid-diskors li għamlet qabel l-elezzjoni, Tania Borg irringrazzjat lil dawk il-membri li tefgħu n-nomina tagħhom biex jagħtu sehem fit-tmexxija tal-Moviment u x-xogħol li jkun marbut ma’ dawn il-ħatriet. Tania qalet li għalkemm l-istatut kien jippermetti massimu ta’ 8 persuni fuq l-Eżekuttiv, xorta waħda kien se jintalab l-għajnuna ta’ dawk li ma jiġux eletti biex permess tal-ħeġġa li għandhom huma ikunu jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom ħalli l-Moviment ikompli jikber u jimxi l-quddiem.
Tania irringrazzjat ukoll lil membri kollha tal-Eżekuttiv li kien qed ixolji għax xogħol siewi li huma wettqu fit-tmexxija tal-Moviment fis-snin li għaddew.
Il-membri li ġew eletti fuq l-Eżekuttiv (f’ordni alfabetika) huma:
Borg Tania, Camilleri Katia, Chetcuti Marita, Chetcuti Stephen, Micallef Bernice, Seguna John, Tonna Carmen u Tonna Michele.
Laqgħa tal-Eżekuttiv
Fl-ewwel laqgħa tal-Eżekuttiv li saret fit-30 ta’ Ġunju saru dawn l-ħatriet f’elezzjoni sigrieta skont l-istatut tal-Moviment, bejn il-membri tal-Eżekuttiv:
President – Bernice Micallef; Viċi-President – Tania Borg; Segretarju Ġenerali – Katia Camilleri u Segretarju Finanzi – Stephen Chetcuti.
Waqt il-laqgħa inħatru wkoll il-Presidenti tal-erba Ministries. Dawn huma:
Preaching Ministry – John Seguna, Music Ministry – Michele Tonna, Cultural & Social Ministry – Marita Chetcuti u Social Media Ministry – Carmen Tonna.
Matul il-laqgħa tal-Eżekuttiv saru wkoll il-ħatrijiet ta’ Direttur Taċ-Ċentru – Carmen Tonna u ta’ dawk il-membri li jieħdu ħsieb it-tmexxija tal-gruppi tal-Adulti – Tania Borg, Teens 4 Jesus u Kids 4 Jesus – Bernice Micallef.