Inzuru: Lourdes, Pont d’Espagne u Gavarnie.
Il-Gimgha | Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fit-3.00 p.m. minn fejn b’titjira diretta mal-Air Malta, fil-5.00 p.m. nitilqu ghal Lourdes. Fis-7.25 p.m. naslu Lourdes u nirkbu l-coach li tehodna ghal-Lukanda Lys De Marie (3 star superior) jew simili. Cena, sistemazzjoni tal-kmamar u hin ghall-mistrieh.
Is-Sibt | Wara l-kolazzjon nibdew il-mawra taghna f’Lourdes bi zjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niccelebraw l-Ewkaristija f’wahda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, l-grupp jiehu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Baziliki. Inkomplu billi nzuru t-tliet Baziliki u wara naghmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-gholja de l’Espeluges. Pranzu u wara optional excursion fil-Pyrenees National Park, li huwa riserva naturali protetta u hemmhekk inżuru Pont d’Espagne. Din hija eskursjoni mill-isbaħfuq il-muntanji bl-opportunità li nitgħaxxqu b’xenarju sabiħ u kaskati meraviljużi. Cena fil-lukanda u wara fid-9.00 p.m. niehdu sehem bhala grupp, fil-Purcissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bazilika tar-Ruzarju. F’din il-purcissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgha mixghula f’idejhom u jinghad ir-ruzarju.
Il-Hadd | Kolazzjon u wara fid-9.30 a.m. niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taht l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din ic-celebrazzjoni mmorru naraw DVD dwar il-Messagg ta’ Lourdes. Pranzu u wara optional excursion ghal Gavarnie. Eskurzjoni verament sabiha li matulha naraw hafna veduti meraviljuzi. Gavarnie huwa rahal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-bahar. Naghmlu waqfa fuq Pont du Napoleon u ngawdu veduta mill-aqwa u anke wiehed jista’ jixtri xi tifkira tal-post. Hekk kif naslu Gavarnie nistghu naghmlu mixja qalb xenarju mill-isbah jew min irid jista’ anke jiehu rikba fuq xi ziemel. Cena fil-lukanda u wara hin liberu.
It-Tnejn | Kolazzjon, imbaghad immorru fil-banjijiet li qeghdin vicin il-Grotta u hemm naghmlu t-talb taghna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegha li qeghda fil-Grotta, proprju halli titwetttaq l-istedina tal-Madonna biex wiehed jinzel fl-ilma, jirrikoncilja u jitlob ghall-intenzjonijiet tieghu. Inkomplu bil-programm billi niehdu sehem fic-celebrazzjoni tal-Quddiesa. Prazu u wara hin liberu, sakemm isir il-hin li nitilqghu mill-Lukanda ghall-ajruport. (Hrug mill-kmamar fl-12:30 pm). It-titjira titlaq minn Lourdes fit-8.15 pm tasal Malta fil-10.30 pm.
Prezz Kull Persuna
Nota: Is-City tax ta’ Lourdes (€1.30 kull lejl kull persuna – minn 18-il sena ’l fuq) mhux inkluża fil-prezz. Din it-taxxa titħallas direttament fil-Lukanda.
PREZZ JINKLUDI
Servizzi mhux inkluzi fil-package
Eskurzjonijiet (Tfal ihallsu nofs prezz)
POSTIJIET LIMITATI. FIRST COME FIRST SERVED. MHUX AKTAR TARD MILL-15 ta’ APRIL 2018
CEMPEL U BBUKKJA MALAJR FUQ 99110888