Irridu Naħdmu – Prayer Café: 14 ta’ Novembru 2014
Il-laqgħa tal-Prayer Café bdiet bit-talba tal-Moviment. Ġie mbagħad spjegat kif din il-parabbola (storja mhux veru, imma b’tagħlima warajha li Ġesù jinqeda biha biex iwassal il-messaġġ tiegħu) hija faċli biex tiftiehem, imma fiha ħafna ħsieb meta wieħed jsaqsi lilu nnifsu: ‘x’nagħmlu aħna bit-talenti tagħna?’
Wara li nqara l-Vanġelu, wieħed seta’ jaqra dik il-biċċa li l-aktar laqtitu biex b’hekk għaddejna għall-ewwel ħsieb u komplejna nitgħallmu minn xulxin.
Il-kelma Talent, fil-kuntest tal-vanġelu tfisser somma ta’ flus. Jingħad li din setgħat kienet ammont sostanzjali ta’ deheb jew il-paga li r-Rumani kienu jagħtu f’sena u talent wieħed kien jfisser paga ta’ għoxrin sena. Maż-żmien din il-kelma inbiddlet f’talent li tfisser li kapaċita’ tal-bniedem kif nagħfuha llum.
Waqt il-laqgħa kienu ħafna li ddiskutew diversi mistoqsijiet relatati mal-Vanġelu bħal:
- Konxju li Alla qasam il-ġid tiegħu magħna? X’jista’ jkun dan il-ġid li Alla tana?
- Il-fidi hija dik ir-rigal li Alla tagħna flimkien mad-doni.
- Don li tagħraf tħobb… tħobb lill dawk tal-familja, kollegi… Imħabba li tagħraf tagħti ftit ħin biex tisma’ lil ħaddieħor li jkun jixtieq jiftah qalbu miegħek.. Alla tana ġid li nħobbu lil ħaddiehor u dan kif rajna nistgħu nuzawh tajjeb.
- Iżda kif nisgħu nuzaw dawn it-talenti ma’ nies li m’għandniex grazzja magħhom?
- Issemmiet il-paċenzja; li tkun kapaċi jżomm lura milli tgħid kelma li tista’ tweġġa’. Dan huwa talent kbir li huwa skars.
- Li ma tpattix lura. Wieħed jagħmel il-parti tiegħu li jagħmel dak il-pass biex jersaq hu/hi lejn il-persuna. Minkejja li dik il-persuna ma tagħmilx l-istess.
Riflessjonijiet:
- Inti kapaċi tkabbar it-talent tal-imħabba tiegħek lejn il-proxxmu?
- Id-doni/rigali li Alla tana huma t-talenti li wieħed irid iħaddem? X’jiġri jekk inti ma tħaddimx dawn it-talenti? Min ibati: aħna jew dawk ta’ madwarna?
- Dawn it-talenti/doni Alla tahomna b’xejn, imħabba… smigħ… tpinġi… tkanta eċċ. Iżda taħsbu li Alla jagħtina skont kemm nifilħu?
Nitolbu lil Alla biex il-missjoni – il-vokazzjoni – it-talenti – id-doni li Alla tana nwettquhom kif Alla jrid. M’għandix naqtgħu qalbna. M’għandix inħallu f’idejn ħaddieħor. Kulħadd għandu l-kapaċitajiet tiegħu. Ħadd m’għandu jgħid li ma hu kapaċi għal xejn għax inkunu qed inħallu l-biża t’Alla taħkimna u faċilment mbagħad jiġrilna bħal dak li ħeba l-talenti tiegħu għax beża’ minn sidu. Imma għandna nibnu l-kuraġġ u l-fidi bit-talb biex it-talenti li Alla għażel għalina u tahomna b’xejn, nużawhom. Aktar ma nużawhom aktar inkabbruhom. Mhux kulħadd ikollu l-istess talenti u mhux kulħadd ikollu l-istess ammont ta’ talenti. Min tah ħamsa, min tah tnejn u min tah wieħed. Aħna llkoll għandna missjoni li nimxu skont it-talenti tagħna biex meta niġu quddiem Alla, nuru li aħna kbirna fit-talenti tagħna.
Fl-aħħar intwera vidjow qasir iżda b’messaġġ kbir fuq it-tema tal-Vanġelu:
Talents from Munn Brothers on Vimeo.