Is-Sagramenti (1)
Katekeżi 1
Introduzzjoni għas-Sagramenti
Prayer Cafe’: 18 t’Ottubru 2019
1. X’inhuma s-sagramenti?
- Huma ċelebrazzjoni ta’ kif Alla jagħtina sehem fil-ħajja tiegħu.
- Huma l-mod ta’ kif Alla jimxi magħna fil-mixja tagħna lejh, f’kull waqt importanti tal-ħajja tagħna.
- Permezz tas-sagramenti Alla jagħtina l-għajnuna meħtieġa biex ngħixu ta’ Nsara.
- M’humiex ċerimonji marbutin ma’ xi eta’.
- M’humiex okkażjoni biex niffanfraw, qisna qegħdin f’xi fashion show.
- Lanqas m’huma okkażjoni biex organizzaw parties u nirċievu rigali.
- Huma don mhux dritt.
2. Għalfejn nirċevu s-sagramenti?
- Aħna nirċievu s-sagramenti:
- għax nixtiequ u rridu ngħixu l-ħajja Nisranija, aħna u nieħdu sehem fil-ħajja t’Alla
- għax neħtieġu l-għajnuna t’Alla ħalli ngħixu l-ħajja Nisranija.
- Min ma jridx jgħix il-ħajja Nisranija ma għandux għalfejn jirċievi s-sagramenti.
- Is-sagramenti ma jagħmlux magic.
- għax nixtiequ u rridu ngħixu l-ħajja Nisranija, aħna u nieħdu sehem fil-ħajja t’Alla
3. X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed/waħda jirċievi s-sagramenti?
- Skont id-dritt kanoniku tal-Knisja Kattolika:
- Can. 843 §1. Sacred ministers cannot deny the sacraments to those who seek them:
- AT APPROPRIATE TIMES,
- ARE PROPERLY DISPOSED,
- and are not prohibited by law from receiving them.
3.1 Xi tfisser “APPROPRIATE TIMES”?
- Appropriate TIMES mhux appropriate AGE
- Ġesu’ jqabbel diversi drabi x-Xandir tal-Kelma mal-biedja: il-parabbola taż-żerriegħ (Mt 13, 3-9) u l-ispjegazzjoni tagħha (Mt 13, 18-23):
- Iż-żerriegħa hija l-Kelma – LOGOS, jiġifieri ż-żerriegħa tal-ħajja t’Alla;
- Qabel jiżra’, il-bidwi jistenna ż-żmien opportun – l-istaġun: mhux kollox jinżera’ fl-istess staġun;
- Meta jasal iż-żmien iħejji l-art: jaqla’ l-ħaxix ħażin; jaħdimha; jagħtiha d-demel; jaħratha, imbagħad jiżra’;
- Wara li jiżra’ jieħu ħsieb dak li żera’ biex jagħti l-frott mistenni: isaqqi regolarment; jaqla’ l-ħaxix ħażin li jkun reġa’ kiber, eċċ.
- Il-bidwi ma jiżrax għall-gost, iżda biex jieħu l-frott.
3.2 Xi tfisser “ARE PROPERLY DISPOSED”?
- L-art trid
tkun imħejjija tajjeb, ħalli dak li jinżera’ jagħti l-frott mistenni:
- L-ebda bidwi ma jiżra’ fuq l-irħam imma fil-ħamrija;
- Jiġifieri neħtieġu dawk il-virtujiet
bażiċi li jiftħu u jiddisponu l-qalb biex nilqgħu l-grazzja li Alla jagħtina fis-sagramenti;
- Il-virtujiet bażiċi huma: l-umilta’, il-fidi, l-imħabba, il-ħniena u l-ġustizzja
- Qalbna trid tkun tixbah lil qalb ta’ Ġesu’ – iċ-ċavetta trid taqbel mas-serratura; irid ikun hemm sintonija bejn Alla u l-qalb ta’ min se jirċievi s-sagrament.
- Rieda li wieħed jgħix il-fidi Nisranija u dak li jitlob is-sagrament li jkun se jirċievi;
- Il-fidi Nisranija hija dik li jgħallem Ġesu’ permezz tal-Knisja u mhux dak li jfettilli ġo moħħi;
- Ir-riga li nuża’ biex inkejjel il-fidi huwa t-tagħlim t’Alla kif ġie mgħoddi lilna matul is-sekli mill-Knisja Kattolika;
- Jien miniex ir-riga biex inkejjel il-fidi – għalhekk neħtieġu l-umilta’, li nagħrfu kemm ma nafux u kemm Alla jaf aħjar minna x’inhuwa l-ogħla ġid għalina.
- Jekk dawk li se jirċievu
s-sagramenti għadhom żgħar u ma jistgħux jerfgħu din ir-responsabilta’, huwa d-dmir tal-ġenituri (jew
ta’ xi adult ieħor li se jieħu ħsieb l-edukazzjoni Nisranija) li għandu
jkollhom din ir-rieda u dispożizzjoni tal-qalb biex irawmu lil dawn
iż-żgħar fil-ħajja Nisranija.
- Il-fidi Nisranija trid tkun għal qalbhom.
- Konkretament jridu jkun nies li qed jgħixu l-fidi Nisranija: eż. jmorru l-quddies il-Ħadd, jersqu lejn il-qrar; jgħixu ħajja miżżewġa skont it-tagħlim li ħallielna Ġesu’; qed jagħmlu ħilithom biex jgħixu l-virtujiet Insara: il-maħfra, l-umilta’, l-onesta’, l-imħabba lejn min hu dgħajjef, eċċ; li ma jagħmlux il-flus u x-xogħol alla tagħhom, eċċ.