L-ideal tal-Moviment għandu jkun li l-membri, fid-diversità tagħhom, jgħixu b’fehma waħda l-missjoni fdata lilhom flimkien mal-Familja Dumnikana, b’impenn fit-tixrid ta’ l-Aħbar it-Tajba li trid tkun çentrata fuq Ġesù Kristu skont ilkariżma
- It-talb, l-istudju, il-predikazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet reliġjużi, soçjali, edukattivi, kulturali, sportivi u ħidma volontarja għandhom ikunu l-miri li jgħinu fil-formazzjoni talkarattru ta’ kull membru.
- L-impenn tal-Moviment għandu jkun li jġib lill-Knisja u lill-Ordni Dumnikana f’pajjiżna preżenza spiritwali, vitali u friska, filwaqt li jieħu sehem attiv fil-ħajja tal-Familja Dumnikana.
- Il-Moviment, mibni fuq l-ispirtu u l-fidi komuni fi Kristu, għandu jaħdem biex ikollna soçjetà ġusta li fiha ngħixu, msejsa fuq ilfidi, it-tama u l-imħabba.
- Il-Moviment joffri skop lill-membri biex permezz tad-doni u ttalenti tagħhom jgħixu impenn kristjan u jagħmlu d-differenza fis-soçjetà tal-lum billi jfittxu u jiskopru l-fidi tagħhom.