Ċelebrazzjoni tal-Familja Dumnikana
Il-Moviment Kerŷgma għen u ta’ sehmu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Provinċja Dumnikana, immexxiha minn Patri Francis Micallef O.P., Provinċjal, u li fiha ġiet iċċelebrata il-Familja Dumnikana. Din iċ-ċelebrazzjoni seħħet nhar il-Ħamis 7 ta’ Novembru 2013 ġewwa l-Knisja tad-Dumnikani fil-Birgu, iddedikata lill-Lunzjata. Din iċ-ċelebrazzjoni, li ssir kull sena, tiġbor flimkien id-diversi għaqdiet u komunitajiet fi ħdan il-Provinċja Dumnikana Maltija, San Piju V. Il-Moviment Kerŷgma ta sehmu fil-liturġija, speċjalment bil-kant u d-daqq mill-kor tal-kbar tal-Moviment Kerŷgma.
Ritratti: Alfred Debattista
- Mument miċ-ċelebrazzjoni
- Il-kor tal-Moviment Kerŷgma waqt iċ-ċelebrazzjoni
- Mument miċ-ċelebrazzjoni
- Il-kor tal-Moviment Kerŷgma waqt iċ-ċelebrazzjoni
- Il-kor tal-Moviment Kerŷgma
November 9, 2013 at 07:36 -
http://www.youtube.com/watch?v=GuVuGRpGYU0&feature=share
November 9, 2013 at 08:26 -
Prosit, kontu smart hafna ukoll
Other Pages