40 JUM
40 Jum
Mulej irrid ngħix miegħek
dan ir-Randan,
biex nikkonverti lejk.
Nikkonverti bil-kelma Tiegħek
li tqarribna Miegħek
nikkonverti billi nagħraf
numilja ruħi
sabiex tidher Int
u mhux is-suppervja tiegħi.
Nikkonverti billi
nsum u niċċaħħad
biex nagħraf li għad
għandi kontroll fuqi nnifsi,
fuq il-ġisem tiegħi
u s-sawm jippurifikani
biex nersaq aktar ħdejk.
Nikkonverti billi nitlob
għax bid-djalogu
Miegħek biss
inkompli nimxi f’dan
il-wied tad-dmugħ.
Nikkonverti billi nkun
ta’ karità għall-proxxmu
f’dawk li ser
niltaqa’ magħhom
għax fihom nara Lilek.
Nikkonverti billi ngħix kuljum
matul dawn l-erbgħin jum
ir-rieda Tiegħek.
Għinni nagħmel dan Mulej
sabiex għalija jkun Randan ta’
fidwa u konverżjoni.