ILTAQA’ MAL-ĦABIB TIEGĦI – Kull nhar ta’ Ġimgħa!
GĦANDI ĦABIB…
… li dejjem iżomm kelmtu;
… li jagĦraf il-bżonnijiet kollha tiegħek;
… li qatt mhu se jħallik waħdek.
Dan il-ħabib hu Ġesù Kristu. Kemm ili nafU, dejjem żamm il-wegħdiet tiegħu, “Hu dak li kien fl-imgħoddi, issa u għal dejjem” (Lhud 13:8). Fil-ferħ u n-niket tiegħi, kien Ħabib ta’ vera li “jintrabat miegħek aktar minn ħuk” (Prov 18:24).
Iltqajt miegħu l-ewwel darba meta qrajt l-istedina tiegħu fil-Bibbja: “Ejjew għandi, intom ukoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena serraħkom” (Mt 11:28). Jien mort għandu u Hu ħelisni mit-toqol tad-dnub u l-ħtija u tani skop għaliex ngħix.
Ta’ kuljum jagħtini dak li neħtieġ. Hu jwiegħed “Jiena nħallikom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; … Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’” (Ġw 14:27).
Meta nħossni waħdi u inkwetat, niftakar fil-kliem tiegħu: “Jiena m’iniex se nħallik, anqas nitilqek.” (Lhud 13:5). Naf li anke fis-siegħa tal-mewt, Hu se jibqa’ miegħi, u ġurnata waħda u se joħodni l-Ġenna biex ngħix miegħu.
Kif nistgħu jien u int inkunu ċerti mill-imħabba ta’ Kristu? Il-Bibbja tgħid, “Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu” (Ġw 15:13). Nistgħu niżguraw ruħna mill-imħabba tiegħU għax Hu, l-Iben t’Alla mingħajr dnub, sofra għad-dnubiet tagħna fuq is-salib tal-Kalvarju.
Nafu li l-imħabba t’Alla hi għal dejjem. Għax Hu qam mill-qabar u reġa’ lura għand il-Missier fil-Ġenna, u Hu jista’ jgħid, “Jien l-Ħaj; jien kont mejjet, u ara, jien issa Ħaj għal dejjem ta’ dejjem” (Apk 1:18).
Iva nistgħu nafdaw f’Sidna Ġesù Kristu bħala l-ħabib etern tagħna. Hu jistedinna, “Ara, jiena fil-bieb, u qiegħed inħabbat; jekk xi ħadd jismagħni u jiftaħli l-bieb, jiena nidħol għandu u niekol miegħu, u hu jiekol miegħi.” (Apk 3:20).
Jekk għadek qatt m’afdajt lil Ġesù bħala s-Salvatur tiegħek, stiednu fil-ħajja tiegħek illum. Imxi warajh u Hu qatt mhu se jittradik. “Tassew tassew ngħidilkom li min jisma’ kelmti u jemmen f’min bagħatni għandu l-ħajja ta’ dejjem, u ma jsirx ħaqq minnu, imma għadda mill-mewt għall-ħajja” (Ġw 5:24).