Il-Moviment Kerygma jorganiżża l-“Premju Żagħżugħ tas-Sena” bil-għan li joħroġ fil-beraħ l-impenn taż-żgħażagħ b’mod nisrani fis-soċjetà Maltija.
Il-Premju hu miftuħ għal dawk
iż-żgħażagħ kollha li juru sens kbir ta’
impenn fil-ħajja nisranija tagħhom ta’ kuljum u għalhekk jkunu ta’ eżempju qawwi għal żgħażagħ oħra.
Wieħed jista’ jinnommina żagħżugħ jew żagħżugħa li jikkwalifikaw u jimmerithom jkunu nnominati għal dan il-premju prestiġjuż. Niżżel Kopja tar-regolamenti u l-applikazzjoni minn hawn:
L-applikazzjonijiet, ir-ritratti u
d-dokumenti relattivi għall-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2020 għandhom jintbagħtu b’email
fuq info@kerygma.org.mt
sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 2
ta’ April.Dawngħandhom jinkludu kopja skennjata tal-formola tal-applikazzjoni bil-firem
neċessarji. Applikazzjonijiet li jaslu
wara din id-data ma jkunux ikkunsidrati.
Hard-copy tal-formola tal-applikazzjoni u dokumenti oħra għandhom
jaslu bil-posta għand il-Moviment Kerygma sa mhux aktar tard mil-Ġimgħa 9 ta’
April 2021.
Nixtiequ navżaw li minħabba ċ-ċirkostanzi li għaddej minnhom il-pajjiz bħalissa, u d-direttivi li ħarġet l-Arċidjoċesi ta’ Malta, l-attivitajiet kollha tal-Moviment huma sospiżi ndefinitivament sakemm navżaw mod ieħor.
L-Irtir tar-Randan li konna se norganizzaw bejn l-20 u t-22 ta’Marzu, huwa wkoll ikkanċellat. Dan qed isir bħala prekawzjoni u prudenza lejn il-membri tagħna kollha.
Dawk kollha li bbukkjaw għall-irtir u diġa’ ħallsu, se nirrifondulhom l-ammont li ħallsu.
Bħal dejjem nitolbu lil Madonna tal-Għar biex tħarisna lkoll u l-Maltin kollha minn dan il-virus.
L-Ekumeniżmu fil-Ħajja tal-Knisja hu r-relazzjoni bejn il-Knisja Kattolika u knejjes oħra. Hu parti mportanti mill-missjoni tal-Knisja li twassal il-Kelma ta’ Ġesu’ bil-kliem u bl-għemejjel. L-ekumeniżmu hu li l-Knisja tpoġġi fil-prattika dak li qal Ġesu’: “Nitlob li jkunu lkoll ħaġa waħda”.
Ġesu’ waqqaf knisja waħda, imma tul il-medda tas-sekli qamu firdiet kbar u serji.
Il-kelma Ekumeniżmu tfisser dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ relazzjoni bejn insara ta’ knejjes differenti, imma mhux reliġjonijiet oħra, bħal Mussulmani, Buddisti, etċ. L-insara huma kollha membri tal-istess reliġjon Kristjana – huma lkoll mgħammdin f’isem it-Trinita’, għandhom l-istess Bibbja, jemmnu f’Ġesu’ Kristu, jiċċelebraw l-istess festi kbar. Dawn huma l-Kattoliċi, l-Insara Ortodosi u l-Insara Protestanti.
Mela Ġesu’ waqqaf Knisja waħda, imma maż-żmien seħħew xi firdiet. Fis-sena 1054 saret dik bejn il-Knisja ta’ Ruma u dik Ortodossa, meta l-Papa skomunika lill-Partijarka ta’ Kostantinopli fuq xi twemmin u tagħlim. Din l-iskomunika tneħħiet fl-1967 mill-Papa Pawlu VI. Il-firda seħħet ukoll minħabba kwistjoni ta’ użanzi, tal-mod kif jiċċelebraw il-Liturġija.
Firda oħra kbira seħħet fis-seklu sittax – dik ta’ Luteru. Il-Knisja kienet għaddejja minn żminijiet diffiċli, kien hemm affarijiet li ma kinux qed isiru sew. Kien hemm xewqa għal riforma. Dil-firda xterdet ħafna u malajr peress li kienet diġa ġiet ivvintata il-printing press (Gutenburg). Dak li qal Luteru nxtered malajr u n-nies bdiet tmur favur jew kontra l-Papa. Kieku kien hemm veru djalogu, kieku l-firda ma kinitx tikber u sseħħ. Luteru kellu lista ta’ 95 nuqqasijiet, fosthom dik tal-bejgħ tal-indulġenzi. Minn kwistjoni reliġjuża saret ukoll waħda politika – ir-reliġjon tiegħek trid tkun skond dik tas-sultan jew prinċep tiegħek. Qamu wkoll gwerer kbar minħabba f’hekk. Waħda minnhom damet sejra 30 sena – bejn 1618 u 1648. Mietu mijiet ta’ eluf ta’ nies.
Mela għandna Knisja b’diversi firdiet. Fl-1910 saret konferenza missjunarja f’Edinburgh, fl-Iskozja, fost xi knejjes Protestanti. Iddiskutew kif kienu qed jevanġelizzaw fl-artijiet tal-Imperu Ngliż. Kien hemm ix-xewqa ta’ għaqda bejniethom. Dil-konferenza ħalliet ċertu mpatt, imma kienet biss fost il-Protestanti. Xi għaxar snin wara anke l-Ortodossi wrew ix-xewqa li jitkellmu mal-Protestanti biex jibdew jaħdmu għall-għaqda fost l-Insara. B’hekk twieled il-Moviment Ekumeniku, imma l-Knisja Kattolika ma kinitx għadha nvoluta. Infatti kien hemm anke l-Projbizzjoni: Kattoliċi ma setgħux jidħlu fi knejjes Protestanti.
Kien il-Papa Ġwanni Pawlu XXIII li qal li rridu naħdmu għall-għaqda tal-knejjes. Minn snin qabel kien diġa predispost għal din il-ħaġa. Meta kien Nunzju fil-Bulgarija, pajjiż Ortodoss, għamel ħbieb mal-isqfijiet Ortodossi. L-istess għamel meta kien Nunzju fit-Turkija, fil-Greċja u f’Pariġi. Kien jitaqa’ magħhom u jgħinhom. Ried jgħannaq lil kulħadd. Permezz tiegħu, id-djalogu beda jsir possibbli.
Wieħed mill-għanijiet tal-Konċilju Vatican II kien li l-knisja taħdem għall-għaqda fost l-Insara, u b’hekk daħlet f’dan il-Moviment Ekumeniku. Infatti hemm dokument “Biex l-Għaqda Terġa’ SSeħħ mill-Ġdid”. Dan ġiet ppublikat fis-sena 1964.
Il-Moviment Ekumeniku li beda fl-1910 kompla jinfirex. Fl-1948 twaqqaf il-Kunsill Dinji tal-Knejjes – “World Council of Churches” – li wkoll kien qed jaħdem għal dan il-għan – l-għaqda fost l-insara. Il-Knisja Kattolika mhix membru sħiħ, imma osservatur. Pero’ xorta tagħti sehem importanti fil-ħidma tiegħu. Il-Knisja Kattolika mhix membru sħiħ minħabba kwistjoni ta’ min hu knisja u min mhux. Biex ikun hemm knisja irrid ikun hemm struttura. Fost il-Protestanti hemm min tilef is-suċċessjoni appostolika. Għandhom ministers u pastors imma mhux qassisin. Tilfu l-Ewkaristija u s-Saċerdozju. Allura jidħol id-dibattitu: dawn veru knejjes? Il-Konċilju Vatikan II jitkellem dwar knejjes u komunitajiet ekklesjali – għandhom aspetti ta’ knisja imma m’għandhomx il-ġerarkija – isqfijiet, saċerdoti u djakni. Allura mhumiex knejjes fil-veru sens tal-kelma.
Luteru, li kien studjuż u ħassieb, ħa s-silta tal-ewwel ittra ta’ San Pietru: “Intom saċerdozju qaddis”. Tkellem dwar is-saċerdozju komuni tal-fidili. Aħna, bil-magħmudija, irċevejna s-saċerdozju universali tal-fidili, imma mnhux dak ministerjali. Li ġara hu li Luteru ħadu fl-estrem u hemm żbalja. Allura bdew jagħżlu minn fosthom nies biex jippriedkaw, imexxu komunita’. Bdew anke jagħmlu ċerimonji simili tal-ordinazzjoni.
Meta fl-1967 il-Ppapa Pawlu VI iltaqa’ mal-Arċisqof ta’ Canterbury, Michael Ramsay, dan kien tah iċ-ċurkett tiegħu. Il-Papa kien qed jirrikonoxxi li dan l-Arċisqof, għalkemm mifrud, kellu rwol fil-Knisja Anglikana – tmexxija, sejħa minn Alla, imexxi t-talb.
Il-Papa Franġisku, biex jikkommemora il-50 sena minn din il-laqgħa, għamel servizz ekumeniku u lilll-Arċisqof ta’ Canterbury, Justin Welby, tah kopja tal-baklu tal-Papa Girgor il-Kbir. Dan, fi żmien is-seklu sitta, kien bagħat il-missjunarji Benedittini fl-Ingilterra biex jevanġelizzaw. B’dan il-ġest il-Papa qisu qed jirrikonoxxi ir-rwol ta’ tmexxija.
L-Ekumeniżmu hu dawk l-isforzi kollha li jsiru biex l-insara jersqu lejn xulxin. Illum ersaqna ħafna, għalkemm m’aħniex magħqudin. Għalhekk ma nistgħux nagħmlu l-Ewkarisitja flimkien, imma talb flimkien għall-għaqda jista’ jsir. Infatti sar servizz ta’ Ras ir-Randan bejn Kattoliċi u Protestanti flimkien – iċ-ċerimonja tal-irmied. Kienet xi ħaġa li lill-Protestanti mpressjonathom ħafna.
Hemm diversi tipi ta’ Ekumeniżmu. Hemm l-Ekumeniżmu Spiritwali – li nitolbu flimkien, nisimgħu l-kelma t’Alla flimkein, inkantaw flimkien.
Hemm l-Ekumeniżmu fuq livell uman. Per eżempju, issir taf li l-ġara tiegħek hi membru ta’ knisja oħra. Titkellem magħha, ssaqsija fuq il-knisja tagħha, tkellimha fuq il-festi tagħna. Taħseb f’dak li jkun, iżur fl-isptar, tgħin. B’hekk jibdew jaqgħu l-ħitan.
Hemm Ekumeniżmu Dottrinali. Dawn ikunu esperti, teoloġi li jiltaqgħu biex jiddiskutu suġġetti partikolari. Jissejħu djalogi bilaterali.
Hemm l-Ekumeniżmu Soċjali. Isiriu inizzjattivi bejn Kattoliċi, Ortodossi u Protestanti biex jgħinu l-istess għan, l-istess kawża ġusta, kemm f’Malta u kemm barra. Kull meta jsir servizz ekumeniku issir ġabra li tmur għal għan wieħed. Din is-sena marret għat-terremotati tal-Albanija. Issir ukoll ħidma ta’ twinning, per eżempju, bejn djoċesi Kattolika u oħra Ortodossa.
Hemm ukoll l-Ekumeniżmu tad-Demm – tal-Martri. Ħafna nies mietu martri għax kienu Nsara, jemmnu fi Kristu, imma mhux neċessarjament Kattoliċi. Id-demm tal-martri tħallat u l-Papa jgħid li b’hekk diġa hemm l-għaqda. Eżempju ta’ dawn huma l-Martri tal-Uganda. (1887).
(Hawnhekk saru xi mistoqsijiet)
Meta tidħol ġo knisja Protestanta tista’ titqarben?
Tista’ tidħol fi knisja Protestanta imma ma tistgħax titqarben. Ghalkemm hemm similjanzi mal-quddiesa tagħna, għad m’hemmx għaqda. Tista’ titlob, tista’ titla biex tirċievi barka. Mhux kwistjoni li titla titqarben biex ma turtax lil dak li jkun. Dawn huma jifhmuha M’għandniex nagħtu sinjal ta’ xi ħaġa li aħna m’aħniex, għax hemm il-firda. Huma ma jemmnux fil-Preżenza Reali, jew li nbidlet is-sustanza. F’każ ta’ emerġenza biss tista’ per eżempju tqerr fi Knisja Ortodossa
Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien qal: “Hemm bżonn li nsibu mezz kif nistgħu nistudjaw flimkien, aħna u l-Orotdossi, kif jien nista’ neżerċita r-rwol tiegħi bħala Isqof ta’ Ruma”. Il-Papa Franġisku, l-ewwel darba li deher fil-pubbliku, qal li hu l-Isqof ta’ Ruma. Din lill-Ortodossi għoġbithom ħafna. Infatti l-Patijarka mar personali għaċ-ċerimonja tal-Papa.
Fil-bidu tal-Knisja kien hemm ħames patrijarkati – Ruma, Lixandra, Kostantinopli, Ġerusalemm u Antijokja. Dak ta’ Ruma kellu r-rwol l-iktar importanti.
Dwar il-miġja tal-Papa f’Malta, donnu li dan qed iżur il-postijiet tal-periferija. Hemm min semma l-emigranti, anke minħabba li t-tema “U laqgħuna bi ħlewwa liema bħala ssemmiet diversi drabi.
a. bih jinħafru d-dnubiet mejta u d-dnubiet
venjali;
b. jerġa’
jħabbibna mill-ġdid ma’ Alla u mal-Knisja (il-Ġisem Mistiku ta’ Kristu). M’hemmx komunjoni
m’Alla jekk m’hemmx komunjoni mal-Ġisem
Mistiku ta’ Kristu, li hu l-Knisja. Kristu huwa l-Medjatur bejn Alla u
l-bniedem. Aħna
nieħdu sehem
fil-ħajja
divina permezz ta’ Kristu.
c. idewwaqna
l-ħniena t’Alla, biex kif Alla juri ħniena magħna u jaħfrilna, aħna nħennu u
naħfru lil min jonqosna;
d. jerġa’
jagħtina l-grazzja li nkunu tlifna minħabba d-dnub – Alla jerġa’ jgħammar
fil-qalb tagħna – jerġa’ jieħu postu fina.
e. jagħtina l-qawwa u l-grazzji li neħtieġu biex intejbu l-ħajja tagħna.
Fondazione Cariplo / CC BY-SA (https://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0)
X’għandi
nagħmel biex nagħraf dnubieti?
a. Nitlob
l-għajnuna t’Alla biex idawwalli moħħi u qalbi ħalli nara u nagħraf dnubieti;
b. Nagħraf
fiex inqast mill-qima tiegħi lejn Alla u fiex inqast milli nagħmel il-ġid lill-oħrajn:
i. bil-ħsieb;
ii. bil-kliem;
iii. bil-għemil;
iv. għax ma għamiltx dak li kelli nagħmel.
c. Nara
liema kmandamenti ma ħaristx: fiex inqast mill-ġustizzja lejn Alla u lejn
l-oħrajn;
d. Inqabbel
ħajti mat-tagħlim u l-ħajja ta’ Ġesu’, jien u nistaqsi:
i. Ċekkint
lili nnifsi? Kont ta’ servizz għall-ġid tal-oħrajn? Ħadd ħsieb ta’ min hu
mwarrab, magħkus u mkassbar? Ħadt ħsieb il-morda? Ġibt ruħi mal-midinbin bħal
Ġesu’? Għamilt sagrifiċċji
għall-ġid tal-oħrajn? Qalbi kemm hi marbuta mal-mobile, mat-TV, mal-flus, mal-partiti politiċi? Kif nuża l-flus, l-affarijiet u
l-ħin?
ii. Kieku Ġesu’ kien minfloki x’kien jagħmel?
ii. Qed nara lil Ġesu’ fl-oħrajn?
iii. Nara fiex inqast fl-imħabba lejn Alla u lejn
il-proxxmu.
e. Inqabbel
ħajti mat-tagħlim tal-Knisja (l-applikazzjoni tat-Tagħlim t’Alla fid-dinja
tal-lum).
f. Nistaqsi
wkoll:
i. Kif inġib ruħi d-dar?
ii. Kif inġib ruħi mal-ħbieb? Nurihom rispett?
Nipprova nkun ħabib ta’ kulħadd? Meta jweġġgħuni nkun lest li naħfrilhom? Ġieli
pattejthielhom? Ġieli qagħdt niftaħar u nigdeb biex niġbed l-attenzjoni fuqi?
iv. Kif inġib ruħi m’Alla u fil-Knisja? Nitlob?
Nimpennja ruħi fil-Knisja? Nieħu sehem fil-quddiesa tal-Ħadd? Immur inqerr ta’
spiss? Kemm hu għal qalbi Alla? Kemm hu għal qalbi li nitgħallem dwar Alla u
l-ħajja Nisranija?
X’inhi l-indiema?
a. L-indiema
tirreferi għal meta jiddispjaċini
minn dnubieti għax bihom nonqos lil Alla li tant iħobbni li mingħajr ma
jistħoqqli ta ħajtu għalija u għall-bnedmin kollha biex jeħlisna proprju
mid-dnub. L-indiema tfisser ukoll li jiddispjaċini għall-ħsara li nkun għamilt lill-oħrajn.
b. Biex
inkun nista’ nindem, l-ewwel irrid nagħraf
il-ħażin li nkun għamilt.
c. L-indiema
titlob minni rieda li nagħmel ħilti kollha biex ma nerġax nidneb.
d. L-indiema
m’hijiex sempliċement sens ta’ ħtija
jew jiddispjaċini għax miniex raġel/mara
tajjeb/tajba daqs kemm nixtieq.
Għalfejn
l-indiema?
a. L-indiema
tiftħilna qalbna biex nilqgħu l-maħfra t’Alla.
b. Alla
m’għandux bżonn l-indiema tagħna biex jaħfrilna. Huwa aħna li għandna bżonn
nindmu biex nilqgħu l-maħfra tiegħu.
c. Alla,
min-naħa tiegħu, jaħfrilna qabel ma nindmu, qabel ma nitolbuh maħfra.
d. L-ebda
dnub, gravi kemm hu gravi ma jista’ jnaqqas bi ftit l-imħabba t’Alla għalina.
Id-dnub jagħlaq lil qalbna għal Alla u mhux lil Alla għalina.
L-imħabba t’Alla għalina
L-imħabba t’Alla għalina (għal kull bniedem) hija infinita u ma tinbidel
qatt.
Jekk nassumu, biex niftehmu, li l-imħabba t’Alla hija 100, jien ma nista’
nagħmel xejn
la biex inżidha
u lanqas biex innaqqasha.
L-ebda
dnub, kbir kemm hu kbir, mhu se jnaqqas l-imħabba t’Alla (minn 100 tiġi 99) u
l-ebda
opra tajba, qaddisa kemm hi qaddisa, mhi ser iżżid l-imħabba t’Alla għalina (minn 100 tiġi 101).
Alla jħobbna għax aħna
bnedmin, indipendentement minn għemilna.
L-għemil tajjeb jiftħilna qalbna biex nilqgħu l-imħabba t’Alla għalina u l-għemil ħażin (id-dnub) jagħlqilna qalbna biex nilqgħuha.
L-għemil tajjeb jew ħażin
bidla fina jġib
u mhux f’Alla. Aħna
ma nistgħux
inbiddlu lil Alla.
Kif
nistqarr id-dnubiet?
a. Wara
li nagħraf dnubieti, għandi nistqarrhom quddiem is-saċerdot b’qalb umli u
niedma.
b. M’hemmx
għalfejn nirrakkontaw stejjer, qisna rridu niġġustifikaw lilna nnfusna.
c. Wisq
inqas għandna nqerru d-dnubiet ta’ ħaddieħor jew nilgħabuha tal-vittmi.
d. Qatt
u qatt m’għandna noqgħodu niftaħru b’kemm aħna bravi.
Hemm
maħfra tad-dnubiet barra mis-sagrament tal-qrar?
a. Is-sagrament
per eċċellenza għall-maħfra tad-dnubiet huwa l-magħmudija, li fih jinħafer
id-dnub tan-nisel u d-dnubiet li nkunu għamilna qabel il-magħmudija. It-trabi
ma jkollhomx dnubiet personali.
b. Bis-sagrament
tal-qrar jinħafru d-dnubiet personali, kemm id-dnubiet mejta u kemm dawk
venjali.
i. Fil-qrar
għandna l-obbligu li nqerru d-dnubiet mejta u mħeġġin inqerru wkoll id-dnubiet
venjali.
ii. Biex
il-qrara tkun valida, min iqerr irid ikun nidem minn dnubietu. Jekk min iqerr
ma jindimx, anke jekk is-saċerdot jagħtih l-assoluzzjoni (għax ma jistax jara
x’hemm f’qalb il-bniedem), il-qrara ma tgħoddx.
c. Waqt
is-sagrifiċċju
tal-quddiesa, b’mod partikolari fl-att penitenzjali, jinħafru d-dnubiet
venjali. Anke f’dan il-mument wieħed irid jagħraf dnubietu u jindem minnhom
biex jinħafru.
d. Sagrament
ieħor li jaħfer id-dnubiet huwa l-Griżma tal-morda. Jekk wieħed hu marid u ma
jistax iqerr jew hu mitluf minn sensieh, imma meta kien f’sensieh dejjem wera
x-xewqa li jqerr, l-Griżma tal-morda taħfer id-dnubiet mejta u venjali.
e. Id-dnubiet venjali
jinħafru wkoll bl-opri tal-ħniena, bil-penitenzi, bis-sawm u bis-sagrifiċċji.
Dnubiet
mejta u dnubiet venjali
X’inhuwa
d-dnub?
a. Id-dnub
huwa kull forma ta’ offiża lil Alla: kull ħaġa
li ma taqbilx mal-ħajja t’Alla. Id-dnub jissejjaħ dnub għax jagħmel ħsara lilna
u lill-oħrajn.
b. Id-dnubiet
jinqassmu fi tnejn:
i. id-dnub oriġinali/tan-nisel;
ii. id-dnub personali – dak li nagħmlu aħna, li
jinqassmu fi tnejn:
id-dnubiet
mejta – li jifirduna minn Alla, minħabba l-gravita’ tagħhom;
id-dnubiet
venjali – li jbegħduna minn Alla.
Distinzzjoni bejn id-dnub u l-ħtija:
Id-dnub huwa l-għemil
jew nuqqas ta’ għemil.
L-għemil
jista’ jkun bil-ħsieb
u bil-kliem ukoll. Wara kull għemil
hemm xi ħadd
li jagħmlu.
Il-ħtija tad-dnub tiddependi mill-intenzjoni ta’ min
qed jagħmel l-għemil u miċ-ċirkustanzi
li jinsab fihom.
Jista’ jkun hemm id-dnub mingħajr il-ħtija, kif ukoll ħtija mingħajr dnub.
Eżempju: Jien kont qed insuq b’attenzjoni kbira
u bil-għaqal. Iżda f’daqqa waħda ħariġli wieħed u ġie
taħt ir-roti
u miet. Jien ma kelli l-ebda intenzjoni noqtlu u min-naħa tiegħi ma kontx qed insuq bit-traskuraġġni. Il-qtil (l-għemil) huwa dejjem dnub. Imma f’dan
il-każ jien
m’iniex ħati
tal-qtil, għax
jien kont qed insuq għall-affari
tiegħi biex
nasal id-dar (intenzjoni). Il-proxxmu li tajjart ħareġ
bl-addoċċ u sab ruħu taħt il-karozza tiegħi (ċirkustanzi).
Kif
qed naraw għandna
l-għemil fih innifsu li l-moralita’ tiegħu (jekk hux tajjeb jew ħażin) ma jiddependix minn min jagħmlu, imma minnu nnifsu, bħalma hu l-qtil.
Għandna l-intenzjoni, li tiddependi minn min jagħmel l-għemil – għandha x’taqsam mal-ħtija (iżżid u tnaqqas il-ħtija)
Għandna ċ-ċirkustanzi,
li wkoll inaqqsu jew iżidu l-ħtija. Kull min jaġixxi huwa dejjem f’ċirkustanzi
partikolari.
Għalfejn ċertu dnubiet jissejħu
dnubiet mejta?
a. Biex
inħarsu l-ġid tagħna u tal-oħrajn, il-ħajja tagħna trid issir tixbah lill-ħajja
t’Alla, jiġifieri għandna nġibu ruħna mal-oħrajn, bl-istess mod kif Alla jġib
ruħu magħna: kif Alla jħobbna, hekk aħna għandna nħobbu lil xulxin.
b. Bid-dnubiet
mejta mhux talli ma nixbhuhx lil Alla talli proprju nagħmlu l-kuntrarju. Meta
l-ħajja t’Alla, l-imħabba t’Alla, ma tkunx fina, ħajjitna tispiċċa mingħajr
il-ħajja t’Alla. F’dan is-sens dawn id-dnubiet jissejħu dnubiet mejta, għax
Alla, l-għajn tal-ħajja, ma jgħixx aktar fina – inkeċċuh ‘il barra minn qalbna.
Liema huma d-dnubiet mejta?
a. Kull dnub direttament kontra Alla huwa dnub
mejjet:
i. Meta
nħalli xi ħaġa oħra tieħu post Alla f’qalbi, bħal per eżempju, l-flus,
ix-xogħol, ix-xalar, il-politika, l-isports, il-hobbies, eċċ. Meta naħsbu u nemmnu li dawn kollha
huma aktar importanti minn Alla fil-ħajja tagħna. Meta għal dawn l-affarijiet
lesti li nagħmlu kollox u kull sagrifiċċju
u għal Alla nġibu kull skuża immaġinabbli. Meta nsibu ċans għal kollox u qatt
ma nsibu ċans għall-quddies tal-Ħadd, għat-talb u biex ngħix il-ħajja
Nisranija. Meta niċħdu
l-eżistenza t’Alla; jkollna sentimenti ta’ mibegħda lejn Alla, niċħdu l-fidi Kattolika, bil-kliem u
bl-għemil. Dawn huma dnubiet kontra l-ewwel kmandament;
ii. meta
nwaħħal f’Alla jew nakkuża lil Alla ta’ xi ħsara jew għawġ li nkun għaddej
minnu, id-dagħa, kif ukoll dnubiet oħra kontra t-tieni kmandament;
iii. meta
ma nieħux sehem fis-sagrifiċċju
tal-quddiesa fil-Ħdud u l-festi kmandati, għax nuri ingratitudni gravi lejn
Alla li ta ħajtu għalija fuq is-salib, jiġifieri id-dnubiet kontra t-tielet
kmandament.
b. Dnubiet
gravi lejn l-oħrajn: mibegħda, egoiżmu (naħseb biss fija nnifsi u ma
jinteressanix minn ħaddieħor), il-kattiverja, nixtieq id-deni lil ħaddieħor,
il-vjolenza, ir-razziżmu, ngħajjar u noffendi bi ħdura, il-qtil, l-għira,
ir-regħba u l-kilba għall-flus, dejjem irrid u moħħni biex inkun aħjar minn
ħaddierħor, is-serq, is-suppervja, l-arroganza u l-gideb gravi. L-isfruttament
tal-ħaddiema / impjegati jew meta niskartaw minn fuq ix-xogħol, nieħdu
mill-Istat, mill-flus tal-poplu, dak li ma jistħoqqilnniex, ma nħallsux
it-taxxi, bla ebda raġuni, meta nserrħu fuq dahar ħaddieħor u napprofittaw
mill-ġenerożita’ tagħhom, qerq gravi, meta nissfruttaw lil ħaddieħor
għall-pjaċir sesswali, kemm fiż-żwieġ u kemm barra ż-żwieġ, meta l-ġenituri ma
jrabbux sew ‘l-ulied u jkunu ta’ eżempju ħażin għalihom.
c. Biex
ikun hemm ħtija
ta’ dnub mejjet, jeħtieġ li jiġu mħarsa dawn il-kundizzjonijiet:
i. li
jkun għemil gravi, jiġifieri ssir
ħsara kbira lil ħaddieħor u ssir inġustizzja kbira lejn Alla: iċ-ċirkustanzi
jistgħu jiggravaw jew inaqqsu l-gravita’;
ii. min
jagħmlu jkun jaf x’inhu jagħmel;
iii. irid
jagħmlu b’rieda sħiħa.
d. Id-dnub
mejjet jeqred fina l-imħabba u jifridna minn Alla.
Id-dnubiet
venjali
a. Id-dnubiet
venjali: wieħed ma jfittixhomx u lanqas biss iridhom imma minħabba stress,
l-għejja, dgħufija u ċirkustanzi simili jaqa’ fid-dnub.
Il-kuxjenza
Il-kuxjenza m’hijiex l-opinjoni
tiegħi, kif naħsibha jien jew għax jien hekk nemmen.
Il-kuxjenza hija l-vuċi t’Alla fil-qalb
tal-bniedem.
It-tagħlim t’Alla u tal-Knisja idawwal qalb u moħħ il-bniedem biex jagħraf x’inhu s-sewwa u xi
jrid Alla fis-sitwazzjoni partikolari li jinsab fiha.
Dskussjoni dwar il-Liturġija tas-VI Ħadd tas-Sena [A]
Is-Sens tat-Terminu Liġi.
Fit-Testment il-Ġdid it-terminu liġi
jintuża f’żewġ sensi differenti. Hemm
testi fejn il-Liġi huma kotba tat-Testment il-Qadim [Ġw 10,34; 12,34;
15,25; Rum 3,19; 1 Kor 14,21], aktar u aktar meta il-Liġi tissemma
flimkien ma’ il-Profeti.Fil-bidu
tas-silta li se tinqara nhar il-Ħadd Ġesù jalludi għal-Liġi f’dan is-sens:
“Xejn taħsbu li jien ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti” [v. 17]. In-nies kienet temmen li l-kotba tat-Testment
il-Qadim kienu jitkellmu fuq il-wegħdiet li Alla kien għamel lill-poplu Lhudi,
u fil-bidu tas-silta ta’ dan il-Ħadd Ġesù jgħid li fil-missjoni tiegħu mhux
talli ma kienx se jġib fix-xejn il-wegħdiet tat-Testment il-Qadim, talli kien
se jwassalhom fil-milja tagħhom, jiġifieri kienu se jseħħu fil-missjoni tiegħu.
Din l-ideja niltaqgħu magħha
f’diversi siltiet tat-Testment il-Ġdid. Meta
Filippu sab lil Natanjel qallu, “Sibna
lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn
Nazaret, bin Ġużeppi” [Ġw 1,45]. Wara
l-qawmien mill-imwiet lid-dixxipli ta’ Għemmaws fissrilhom kull ma kien hemm
fuqu fit-Testment il-Qadim [= l-Iskrittura], fil-kotba tal-Liġi ta’ Mosè u
tal-Profeti [Lq 24,27], u lill-appostli fetħilhom moħħom biex jifhmu t-Testment
il-Qadim [= l-Iskrittura] u spjegalhom kif kien seħħ dak kollu li kien inkiteb
fuqu fil-kotba tal-Liġi ta’ Mosè, tal-Profeti u tas-Salmi [Lq 24,46].
Imma t-terminu liġi jintuża
f’sens ieħor. It-Testment il-Qadim
jirrakkonta l-Patt li Alla kien għamel mal-poplu Lhudi wara li kien ħelsu
mill-jasar tal-Eġittu. F’dik okkażjoni
Alla kien ta l-liġi lil Mosè u l-komunità kienet aċċettat li toqgħod
għaliha. Fit-Testment il-ġdid il-kmandamenti, il-preskrizzjonijiet,
l-ordnijiet tal-Patt jissejjħu il-Liġi
ta’ Mosè [Lq 2,22.39; Ġw 7,23;
Atti 13,38; 15,5; Lhud 10,28] jew il-Liġi
ta’ Alla [Mt 15,6]. Jingħad, per eżempju: “Wara li [il-ġenituri
ta’ Ġesù] għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’
Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej kif hemm miktub fil-Liġi
tal-Mulej… u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen kif
jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej” [Lq 2,22-24].
Din il-Liġi in-nies kienet issibha fil-kotba tal-Eżodu, Levitiku,
Numri u Dewteronomju.
Fil-Vanġelu
ta’ dan il-Ħadd Ġesù jitkellem anki fuq din il-Liġi, u l-atteġġjament tiegħu
lejn il-preskrizzjonijiet ta’ din il-Liġi hu differenti ħafna mill-atteġġjament
tiegħu il-kotba tal-Liġi bħala espressjoni tal-wegħdiet li Alla kien għamel
lill-komunità.
Il-Liġi tal-Patt
Wara
li l-poplu Lhudi ħeles mill-jasar tal-Eġittu mar fid-deżert u hemmhekk
iuntrabat b’Patt ma’ Alla. Alla ntrabat
li jħares lill-komunità, imma ried li l-komunità tintrabat li tħares ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet ma kienux ir-riżultat
ta’ xi trattativa bejn Alla u l-komunità, imma kienu kundizzjonijiet li Alla
nnifsu ddeċidiehom unilateralment.
Il-komunità kellha l-libertà taċċetta jew ma taċċettax li tintrabat
f’Patt ma’ Alla, imma la aċċettat ma kellhiex għażla ħlief li toqgħod
għall-kundizzjonijiet li Alla kien impona.
Il-Liġi ta’ Mosè fis-sens ta’ kmandamenti, preskrizzjonijiet, u
ordnijiet kienet tispeċifika dawn il-kundizzjonijiet.
Forsi
nimmaġinaw li l-uniċi kundizzjonijiet tal-Patt kienu l-għaxar kmandamenti, imma
s-sitwazzjoni kienet aktar kumplikata minn hekk. L-għaxar kmandamenti kienu meqjusin bħala
l-kundizzjonijiet tal-Patt minn żminijiet antiki, imma matul iż-żminijiet inħass il-bżonn li
l-kundizzjonijiet tal-Patt ikunu aktar speċifiċi u dettaljati minħabba li s-sitwazzjoni
tal-komunità kienet qed tinbidel minn żmien għal żmien. Fi ħdan il-komunità kien hemm mill-bidunett
grupp ta’ nies li f’isem Mosè setgħu jifformulaw liġijiet ġodda u
jippreżentawhom bħala espressjoni tar-rieda ta’ Alla għall-komunità. Meta kienu jagħmlu hekk l-ideja kienet: kieku
Alla kellu jagħmel Patt magħna llum dawn huma l-kmandamenti,
l-preskrizzjonijiet, u l-ordnijiet li kien jagħti lil Mosè biex jimponihom
fuqna. Dan il-proċess ta’ liġijiet
ġodda li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet tal-Patt dam sejjer sekli sħaħ, u hekk
il-Liġi ta’ Mosè f’dan is-sens kibret u kbiret.
Ir-riżultat kien li fil-ħafna liġijiet li llum nsibu fil-kotba
tal-Eżodu, Levitiku, Numri u Dewteronomju mhux dejjem hemm koerenza, u n-nies
kultant kienet issibha diffiċli kif taqbad tagħmel biex toqgħod
għall-kundizzjonijiet tal-Patt.
Hu
x’inhu, għall-ħabta ta tmiem is-seklu erbgħa q.K. dan il-proċess li jiżdiedu
liġijiet ma’ dawk li diġà kien hemm intemm darba għal dejjem. It-test tal-kmandamenti, preskrizzjonijiet, u
ordnijiet kien meqjus sagru, fiss darba għal dejjem, u ħadd aktar ma kellu
s-setgħa jżid jew inaqqas minnu. Biss
is-sitwazzjoni tal-komunità ma kienitx fissa darba għal dejjem, baqgħet
tinbidel, u aktar ma kienet tinbidel aktar kien jinħass il-bżonn li xi ħadd
jgħid lin-nies kif kellhom jagħmlu ħa joqogħdu għall-Liġi. Lejn tmiem it-TQ kien
hemm imgħallmin tal-Liġi li kienu jgħallmu reguli pratiċi kif wieħed għandu
jħares il-Liġi. Dawn it-tradizzjonijiet kienu
ta’ awtorità tant li, bħal-Liġi miktuba, kienu meqjusin daqskieku ġejjin minn
Mosè nnifsu. Dawk l-imgħallmin li kienu
jgħaddu dawn it-tradizzjonijiet kienu jgħidu li meta Mosé ta l-Liġi taha mhux
biss bil-miktub imma anki bil-kelma tal-fomm, u huma kienu qed igħallmu dak li
kien għallem Mosè bil-kelma fomm. Għalhekk
saħansitra Ġesù kien jgħid li biex igħallmu dawn l-imgħallmin kienu joqogħdu
fuq il-katedra ta’ Mosè [Mt 23,2], u kienu jgħallmu fl-iskejjel tagħhom u nhar
ta’ Sibt fis-singagoga [Atti 15,21]. It-Testment
il-Ġdid jagħmel allużjoni għal dawn it-tradizzjonijiet [Mk 7,3; Ġw 2,6; Gal
1,14].
Dawn it-tradizzjonijiet mhux
dejjem kienu jaqblu bejniethom, għax għal ċerti sitwazzjonijiet xi imgħallmin
kienu jgħidu mod u oħrajn kienu jgħidu mod ieħor. Il-każ klassiku li jsemmih anki t-Testment
il-Ġdid hu l-każ tad-divorzju. Fit-Testment
il-Qadim jingħad li Mosè kien ippermetta d-divorzju, imma ma kienx speċifika
liema huma ċ-ċirkustanzi fejn hu permess id-divorzju [Dewt 24,1-4]. U kien hemm imgħallmin li kienu stretti u
kienu jgħidu li hu permess f’ċirkustanzi rari, imma kien hemm oħrajn li kienu
aktar liberali u kienu jgħidu li hu permess kważi f’kull ċirkustanza. Il-Fariżej ippruvaw jimplikaw lil Ġesù f’din
il-kontroversja [Mt 19,3].
Ġesù, il-Liġi u
t-Tradizzjonijiet Tagħha.
Ġesù kellu stima kbira tal-Liġi u
sa ċertu punt anki ta’ dak li kienu jgħallmu l-imgħallmin tal-Liġi. Kellu stima kbira tal-Liġi għax bħall-bqija
tal-komunità kien jagħraf li biex wieħed jibqa’ fidil għall-Patt kien
neċessarju li wieħed iħares il-Liġi.
Biss, kif naraw aktar ’l isfel, bħall-imgħallmin tal-Liġi, għallem kif
wieħed għandu jħarisha. Sa ċertu punt kellu
stima kbira anki għat-tagħlim li l-imgħallmin tal-Liġi dment li dak li kienu
jgħaddu kien jirrifletti dak li kien stabilixxa Mosè. Darba minnhom qal lin-nies, “Fuq il-katedra
ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej.
Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh” [Mt 23,2-3]. U fil-Vanġelu ta’ dan il-Ħadd jgħid, “Jekk xi
ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem
lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna
tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u
jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet” [Mt 5,19]. Kellu anqas stima tal-mod kif kienu
jinterpretaw u japplikaw dak li kien stabilixxa Mosè [cf. Mt 15,1-20; 16,6;
19,3-9]. Jiddistingwi bejn dak li kien
stabilixxa Mosè u dak li kienu jgħallmu l-imgħallmin tal-Liġi.
Fil-Liġi Ġesù jiddistingwi tlett
tipi ta’ preskrizzjonijiet. L-ewwelnett
kien hemm dawk il-preskrizzjonijiet li lil dak li jkun kienu jobbligawh
jagħmel hekk jew hekk. Per eżempju,
il-Liġi kienet tobbliga lill-Lhud jagħmlu pellegrinaġġ lejn it-Tempju biex
jiċċelebraw il-festi prinċipali: Għid [Dewt 16,1-8; Lev 23,5-8], Pentekoste
[Dewt 16,9-12; Lev 23,15-21; Num 28,26-31], Għerejjex [Dewt 16,13-15; Lev
23,33-43; Num 29,12-39]. Kienet tobbliga
il-ħarsien tal-mistrieħ nhar ta’ Sibt [Eż 20,10; Dewt 5,12-15]. Ġesù dejjem qagħad għal dak li kienet
tobbliga l-Liġi.
Fil-Liġi kien hemm ukoll serje
ta’ preskrizzjonijiet li lil dak li jkun kien jipprojbulu li jagħmel
hekk jew hekk. Per eżempju, fl-għaxar
kmandamenti il-Liġi kienet tipprojbixxi il-qtil, l-adulterju, is-serq,
ix-xhieda falza, kull xenqa għal dak li hu ta’ ħaddiehor [Eż 20,13-17; Dewt
5,17-21]. Anki hawn Ġesù qagħad għal dak
kollu li kienet tipprojbixxi il-Liġi.
Fil-Liġi kien hemm imbagħad serje
ta’ preskrizzjonijiet li lil dak li jkun jppermettulu jagħmel hekk jew
hekk, u kienu jħallu f’idejh biex jiddeċiedi x’jagħmel. Il-Liġi ta’ Mosè kienet tippermetti li wieħed ipattieha lil min
jagħmilu l-ħsara. Din kienet il-lex
talionis, għajn għal għajn u sinna għal sinna [Eż 21,23-25; Lev 24,19-20;
Dewt 19,21]. Il-Liġi ta’ Mosè kienet
tippermetti d-divorzju [Dewt 24,1-4]. Ġesù
ħeġġeġ lil dak li jkun biex ma japprofittax ruħu minn kull ma tippermettilu
l-Liġi u f’sitwazzjonijiet bħal dawn juri mħabbtu [Mt 5,31-32.38-42; 19,1-9].
Il-fedeltà għall-Liġi ta’ Mosè Ġesù riedha tkun espressjoni tal-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu. Meta darba
wieħed mill-imgħallmin tal-Liġi staqsieh liema kien l-akbar kmandament Ġesù wieġeb
li kien il-kmandament tal-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu [Mt 23,34-40; Mk
12,28-31; Lq 10,25-28]. U dan
fil-prattika kien ifisser li wieħed kellu jħares il-Liġi għall-imħabba ta’ Alla
u tal-proxxmu, u jekk wieħed ma japprofittax ruħu mill-possibilitajiet li
kienet tagħtih il-Liġi kellu jagħmlu għall-imħabba t’Alla u tal-proxxmu. U spjega anki x’kien il-kunċett tiegħu ta’
mħabba. Mhux sempliċement li tħobb lil
min iħobbok, imma tħobb lil kulħadd, l-aktar lil min hu fil-bżonn [Mt 5,38-48].
Taħt dan l-aspett l-atteġġjament
ta’ Ġesù kien differenti ħafna minn dak tal-imgħallmin tal-Liġi,
il-Fariżej. Għalkemm kellu stima kbira
ta’ dak li kienu jgħallmu l-Fariżej ħeġġeġ lin-nies biex il-Liġi ma jħarsuhiex
kif kienu jħarsuha l-Fariżej [Mt 23,3]. Kien hemm raġunijiet għaliex Ġesù ma qabilx
mal-mod kif kienu jħarsuha l-Fariżej, u waħda minnhom kienet li ma kienux qed
iħarsuha għall-imħabba t’Alla u tal-proxxmu imma pjuttost għall-imħabba tagħhom
infushom. Riedu jimpressjonaw lin-nies
biex in-nies ikollha stima tagħhom. Kienu
jfittxu l-ewwel postijiet fis-sinagoga u l-ogħla postijiet fl-imwejjed, u kienu
jistennew li n-nies isselmilhom b’qima pubblikament u ttiehom it-titlu ta’
Rabbi [Mt 23,5-7]. Meta Ġesù tkellem fuq
l-għoti tal-karità, talb, u sawm fil-moħbi u mhux għal għajn in-nies bħalma
jagħmlu dawk ta’ wiċċ b-ieħor [Mt 6,1-6.16-18] kellu f’moħħu l-imġieba ta’ wiċċ
b’ieħor tal-Fariżej [Mt 23,13.15.23.25.27.29].
Il-Knisja u l-Liġi ta’ Mosè.
Dment li l-Vanġelu kien imxandar il-Palestina dawk li aċċettawh kienu Lhud;
kienu jħossuhom membri tal-komunità Lhudija u kienu jħossuhom marbutin bil-Liġi
ta’ Mosè. Kienu jiċċelebraw
l-Ewkaristija għalihom, imma mal-bqija tal-komunità Lhudija kienu jieħdu sehem
fil-liturġija tat-tempju u tas-sinagoga.
Il-Knisja sabet ma’ wiċċha problema kif il-Vanġelu ġie mxandar barra
l-Palestina, l-aktar għaliex fil-missjoni ta’ Pawlu u Barnaba dawk li aċċettawh
ma kienux ta’ nisel Lhudi. Fil-Knisja
kien hemm xi nsara ta nisel Lhudi li bdew jitħassbu jekk l-insara li ma kienux
ta’ nisel Lhudi kellhomx joqogħdu għal-Liġi ta’ Mosè għax dan kien neċessarju
għas-salvazzjoni [Atti 15,1-4]. Biex jaffrontaw il-problema fis-sena 49
iltaqa’ l-Konċilju ta’ Ġerusalemm taħt it-tmexxija tal-appostli, li qatgħha li
l-insara li ma kienux ta’ nisel Lhudi ma kienux marbutin bil-Liġi ta’ Mosè
[Atti 15,7-12]. Probabbilment aktar tard
kien hemm laqgħa oħra tat-tmexxija ta’ Ġakbu ħu l-Mulej li fformula kriterji li
kienu jppermettu lill-insara ta’ nisel Lhudi l-insara l-oħra jiltaqgħu
bejnietrhom [Atti 15,13-21].
Kien hemm żewġ raġunijiet li għalihom il-Konċilju ta’ Ġerusalemm ħass li ma
kellux jimponi l-ħarsien tal-Liġi fuq l-insara li ma kienux ta’ nisel
Lhudi. Kien hemm raġuni ta’ natura
prattika. Ma kienx se jkun faċli li
l-insara li ma kienux ta’ nisel Lhudi imorru Ġerusalemm biex jieħdu sehem
fil-liturġija tat-Tempju, aktar u aktar li jitħallew jagħmlu dan mill-Lhud li
ma kienux aċċettaw il-kritjaneżimu. Kien
hemm ukoll raġuni ta’ natura teoloġika.
Kien hemm min qed jgħid li s-salvazzjoni l-bniedem jiksibha bl-opri
skont il-Liġi ta’ Mosè. Kienu konvinti
li b’xi mod il-bniedem jista’ jikkundizzjona lil Alla, per eżempju bl-għoti tal-karità,
bis-sagrifiċċji fit-Tempju, bl-ħarsien tal-Liġi. Meta l-bniedem iġib ruħu hekk Alla jtih dak
li għandu bżonn, anki s-salvazzjoni. San
Pawl kien jemmen li l-bniedem ma jistax
jikkundizzjona lil Alla, u jekk b’xi mod jaħseb li jista’ jikseb is-salvazzjoni
bl-osservanza tal-Liġi jkun qed jirrendi inutli l-missjoni ta’ Kristu. Is-salvazzjoni ma jiksibhiex bi dritt, imma
hi grazzja li Alla ta lill-bniedem fil-missjoni ta’ Kristu.
Il-bniedem jgħix skont ir-rieda t’Alla għax jilqa’ l-grazzja li Alla
offrielu fil-missjoni ta’ Kristu. Biex
jgħix skont ir-rieda t’Alla il-bniedem joqgħod għal ċerti normi morali, u xi
wħud minnhom qegħdin anki fil-Liġi ta’ Mosè.
Imma nisrani josservahom mhux għax qegħdin fil-Liġi ta’ Mosè, imma
għaliex jafhom mit-tradizzjoni nisranija kif tgħallimhom il-Knisja.
Konklużjoni.
Kristu kien ħeġġeġ lil dawk li jridu jimxu warajh biex ma japprofittawx
ruħhom minn dak li kienet tippermettilhom il-Liġi ta’ Mosè. L-insara llum mhumiex marbutin bil-Liġi ta’
Mosè, imma fil-punent qed jgħixu f’soċjetà permissiva, anzi soċjetà aktar
permissiva minn dik tal-komunità Lhudija marbuta bil-Liġi ta’ Mosè. Is-soċjetà oċċidentali llum tippermettilek
tgħix kif trid u kif jogħoġbok dment li ma tiksirx il-liġi ċivili, u tgħix kif
tgħix illum ħadd mhu se jgħid bik.
F’sitwazzjoni bħal din in-nisrani għandu jżomm quddiem għajnejh li qabel
ma japprofitta ruħu minn dak li tippermettilu s-soċjetà jrid jara jekk hux
kompatibbli mat-tagħlim ta’ Kristu. Fejn
mhuwiex kompattibli ma jistax japprofitta ruħu minn dak li tippermettilu
s-soċjetà. Fejn hu
kompattibli jista’ japprofitta ruħu
mill-possibilitajiet li ttih is-soċjetà, imma għandu dejjem ifassal ħajtu fuq il-preċett tal-imħabba t’Alla u tal-proxxmu.
The Youth of the Year Award
2019 organised by the Kerŷgma Movement was awarded to Nicolette Aquilina from Luqa. The award, which is sponsored by APS Bank, was announced by Fr. Ivan Attard OP, Director General of the
Kerŷgma Movement on Friday 7 February 2020.
His Excellency Dr. George Vella, President of Malta, and his wife were
present at the ceremony and mass
which was celebrated at St Dominic’s Church, Rabat. Also present
at the award-giving ceremony were Mrs. Tania Borg, Vice-President of Kerŷgma
Movement, Mr. Jeremy Vassallo
representing APS Bank, and other guests.
“Nicolette Aquilina is a 23-year-old youngster from
Luqa, a graduate from the University of Malta. Over the last 9 years since she became a
member of Luqa’s Youth Centre she was of a great help and inspiration to other young people. Her eagerness and
her hard work helped the group, which
had dwindled to just 4 members in 2016, to increase once again to 40
registered members.
Two years ago, Nicolette was unanimously
elected to fill the post of Chairperson of the Luqa Youth Centre which has in turn continued to grow
both spiritually and socially under her guidance. She takes responsibility for organizing and co-ordinating a large number of educational, social and spiritual
activities and meetings throughout the year. Some of these activities also
include the parents of members and a number of other volunteers, including Luqa’s elderly.
Several people in the parish including the
committee of the Youth Center consider Nicolette as an exemplary model and pillar
of the local community. She gives individual attention to each member and often goes out of her
way to help some members going through various personal problems.
Nicolette is also a member of the Parish
Pastoral Council and an active member of the Union Club Band. As chairperson of
the Youth Centre she introduced the concept to share the Centre’s building with other organizations that do not have anywhere in which they can meet.
Recently, Nicolette together with other members of the committee, decided to apply for
funding from the European Union to renovate all the Centre’s building to turn it into a
modern building, wheelchair accessible, lively and with a space for young people to feel safe in and
comfortable enough to express themselves and their feelings. This will be a big step forward for Youth
Centre since it will have
a much brighter
look, equipped with modern technology and thus hopefully attract more youngsters from
every sphere of society towards it.”
The nominees for this year’s Award were: Nicolette Aquilina from Ħal Luqa, Jean-Claude Borg
from Msida, Nathan Borg from Siġġiewi, Amy Chetcuti from Senglea u Martina
Livori from Cospicua.
L-EHis excellency Dr. George Vella, President of Malta and Mrs. Vella together with the Nominees.
This trophy is awarded every year in honour of the late Dr Rudolph Saliba who was Kerygma Movement’s first president. His Excellency Dr George Vella congratulated Kerygma Movement for organizing this annual event which showcases the voluntary work of so many youths. He said that since becoming President he was very impressed to see so many committed youths performing voluntary work. As an example, he mentioned the hundreds of youths who turn up to help out in activities organised by the Malta Community Chest Fund. They do so despite it not being so easy in view of heavy work commitments or studies however they still make the time to help others out and do so with energy and dedication.
The President said that also paid workers could be considered as performing voluntary work, for example when nurses and carers take care of their patients with so much love and dedication, well beyond their call of duty.
He also said that an important aspect of voluntary organisations was that they imbued youngsters with good values, turning them into respectable citizens to the benefit of the nation.
Dr Vella finally congratulated the five nominees and encouraged them to continue with their voluntary activities not only to help others but also not to get lost in negative distractions.
Il-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2019 organizzat mill-Moviment Kerŷgma intrebaħ minn Nicolette Aquilina minn Ħal Luqa. Ir-rebbieħ tal-premju, li huwa sponsorjat minn APS Bank, ġie mħabbar mid-Direttur Ġenerali tal-Moviment Kerŷgma, Fr. Ivan Attard OP. nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar 2020.
L-Eċċellenza Tiegħu Dr. George Vella, President ta’ Malta, u l-mara tiegħu attendew għal din iċ-ċerimonja u għall-quddiesa li tqaddset fil-Knisja ta’ San Duminku r-Rabat. Preżenti wkoll għal din iċ-ċerimonja kien hemm is-Sinjura Tania Borg, Viċi-President tal-Moviment Kerŷgma, is-Sur Jeremy Vassallo jirrapreżenta lil-APS Bank u mistednin oħra.
Nicolette Aquilina
“Nicolette Aquilina hija żagħżuha ta’ 23 sena minn Ħal Luqa u hija studenta gradwata mill-Universita’ ta’ Malta. Tul l-aħħar 9 snin li daħlet membru taċ-Ċentru taż-Żgħażagħ ta’ Ħal Luqa hija kienet ta’ ispirazzjoni u għajnuna kbira għaż-żgħażagħ l-oħra. Il-ħeġġa u l-ħidma tagħha għenet biex il-grupp li kien niżel għal 4 membri biss sal-2016 issa reġa’ żdied għal 40 membru reġistrat.
Sentejn ilu Nicolette ġiet eletta unanimament biex timla l-post ta’ Chairperson u ċ-Ċentru kompla jikber kemm spiritwalment u soċjalment taħt il-gwida tagħha. Hija tieħu ħsieb torganizza u tikkoordina numru kbir ta’ attivitajiet u laqgħat kemm edukazzjonali, soċjali u spiritwali tul is-sena kollha. F’uħud minn dawn l-attivitajiet hija tinkludi wkoll il-ġenituri tal-membri kif ukoll għadd ta’ voluntiera oħra, inklużi anżjani Luqin. Diversi persuni fil-paroċċa ta’ Ħal Luqa u anke l-kumitat fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ ta’ Ħal Luqa jqisu lil Nicolette bħala mudell eżemplari u kif ukoll pilastru għall-komunità lokali. Hija tagħti attenzjoni individwali lil kull membru u ħafna drabi tmur barra minn triqitha sabiex tgħin uħud mill-membri li jkunu għaddejjin minn varji problemi personali.
Nicolette hija wkoll membru tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali kif ukoll membru attiv fil-Każin tal-Banda tal-Unjoni. Bħala chairperson taċ-Ċentru taż-Żgħażagħ hija ressqet il-kunċett li taqsam il-binja taċ-Ċentru ma’ organizzazzjonijiet oħra li m’għandhom l-ebda tip ta’ infrastruttura fejn jistgħu jiltaqgħu. F’dawn l-aħħar xhur Nicolette flimkien mal-membri l-oħra tal-kumitat iddeċċedew li japplikaw għal fondi mill-Unjoni Ewropeja biex jirrinovaw il-binja kollha taċ-Ċentru biex b’hekk issir binja moderna, aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti, vivaċi u bi spazju sigur biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jħossuhom siguri u komdi biex jesprimu ruħhom u s-sentimenti tagħhom. Dan se jkun pass kbir għaċ-Ċentru taż-Żgħażagħ peress li se jingħata dehra ferm isbaħ b’teknoloġija moderna u b’hekk wieħed jittama li jattira aktar żgħażagħ ġodda minn kull sfera tas-soċjeta’ lejh.”
Iż-żgħażagħ nominati għall-Premju Żagħżugħ 2019 kienu: Nicolette Aquilina minn Ħal Luqa, Jean-Claude Borg mill-Imsida, Nathan Borg mis-Siġġiewi, Amy Chetcuti minn Senglea u Martina Livori minn Bormla.
L-Eċċellenza Tiegħu Dr. George Vella, President ta’ Malta u Sra. Vella flimkien maż-żgħażagħ nominati għall-Premju Żagħżugħ 2019
Dan it-trofew jingħata kull sena f’ġieħ il-mejjet Dr Rudolph Saliba li kien l-ewwel president tal-Moviment Kerŷgma. L-Eċċellenza Tiegħu Dr George Vella feraħ lil l-Moviment Kerygma għall-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment annwali fejn jesponu il-ħidma volontarja ta’ tant żgħażagħ. Huwa qal li minn mindu laħaq President baqa impressjonat jara tant żgħażagħ kommessi jagħmlu xogħol volontarju. Bħala eżempju, semma il-mijiet ta’ żgħażagħ li jiġu jgħinu fl’attivitajiet organizzati mill-Malta Community Chest Fund. Dan jagħmluh għalkemm illum mhux faċli minħabba x-xogħol jew l-istudji tagħhom. B’danakollu xorta jirnexxielhom jagħmlu il-ħin biex jgħinu lil ħaddieħor u jagħmlu dan b’tant enerġija u dedikazzjoni.
Il-President qal ukoll li anke ħaddiema imħallsin normali jistgħu jiġu kkunsidrati li qed jagħmlu volontarjat meta, per eżempju, jkun hemm carers jew nurses li jagħtu qalbhom lil pazjenti tagħhom b’tant dedikazzjoni u mħabba lil hinn ħafna min dak mistenni minnhom. Huwa qal ukoll li aspett importanti tal-organizzazzjonijiet voluntarji kienet li liż-żgħażagħ irawmulhom valuri kbar u b’hekk isiru ċittadini rispettabbli għal benefiċċju finali tal-pajjiż.
Dr Vella f’aħħar feraħ li ħames nominati u nkuraġġihom biex ikomplu bix-xogħol voluntarju tagħhom mhux biss biex jgħinu lil ħaddieħor fil-bżonn imma wkoll biex jibqgħu miġburin u ma jintilfux f’distrazzjonijiet negattivi
Imbagħad inqara l-Vanġelu minn San
Luqa, k19, v1-10 – ir-rakkont ta’ Żakkew.
Żakkew bniedem għani, in-nies
jobgħoduh għax traditur ta’ niesu; minbarra li hu seftur tal-ħakkiema hu wkoll
ħalliel.
Jekk inħarsu lejh bl-għajnejn ta’
bnedmin nindunaw li fil-Vanġelu hemm ukoll episodji umoristiċi.
Nagħmlu ftit “role play”.
Kieku jien kont flok Żakkew kont nitla’ fuq is-siġra? Kemm kont indum nixtarr
x’se tkun ir-reazzjoni tal-folla? Ifisser li biex nersaq lejn Ġesu’ noqgħod
inqis. Mhux hekk Żakkew, jaf li se jaqa’ għar-redikolu, bniedem magħruf,
pubblikan, anzi kap tal-pubblikani. Pubblikan ieħor bħal dak li daħal
fit-tempju u baqa’ ħdejn il-bieb għax ħassu ndenju, għaraf iċ-ċokon tiegħu.
Meta kien ġie l-Papa Ġwanni 11,
l-għada, f’gazzetta ewlenija lokali, kien deher ritratt ta’ tfajjel li kien
tela’ fuq siġra, liebes flokk abjad u shorts isfar għax ried jara sew.
Il-kummenti dwar ir-ritratt kienu kollha ta’ simpatija, għax kien tifel.
Imma l-folla li rat lil Żakkew
iġġudikatu b’mod differenti, anki għax kellha l-prejudizzju dwaru. Il-folla ma
taħfirhiex, trid tgħid tagħha, l-ewwel kienet ostaklu, għax minħabba t-tul
Żakkew ma setax jara lil Ġesu’, imbagħad iġġudikatu fuq dak li jidher, fuq dak
li kienet taf dwaru superfiċjalment.
Imma jekk Żakkew ħass dix-xewqa li
jara min kien Ġesu’, minn ġewwa kien bniedem ieħor, kien bniedem li Alla biss
jaf x’kellu f’qalbu.
F’dan l-episodju naraw li Żakkew
kellu jegħleb tliet ostakli biex ikun jista jara lil Ġesu’ għaddej.
L-ewwel wieħed kien it-tul. Imma
b’rieda sħiħa li kellu biex jiltaqa’, jew tal-inqas jara lill-Mulej, nessitu
lilu nnifsu. Ħareġ minnu nnifsu u ma ħabbilx rasu mill-ġudizzju li kien jaf li
se tgħaddi fuqu l-folla. Jekk napplikaw dan għalina nindunaw li jekk mhux
mill-istatura aħna wkoll qosra meta nitilfu l-fiduċja fina nfusna. Din hi
tentazzjoni kbira li x-xitan jiżra’ fina bla waqfien biex jipprova jirbaħna
għalih.
Hi tentazzjoni li tolqot ukoll
il-fidi tagħna, l-istatura mhux fiżika, iżda l-istatura tal-fidi li għandna,
kemm aħna konvinti minn dak li nemmnu u kemm inqiegħdu lil Alla l-ewwel
f’kollox.
F’omelija li għamel dil-ġimgħa
l-Papa Franġisku tkellem dwar San Pawl (qed jitkellem spiss dwaru għax bħalissa
qed jagħmel l-udjenzi ta’ nhar ta’ Erbgħa dwar l-Atti tal-Appostli). Osserva li
fil-ħin li Pawlu kien wasal lejn tmiem ħajtu ma kienx moħħu f’dak li se jiġri
minnu, iżda ħsiebu kien biss dwar kif se tkompli tixxandar il-kelma t’Alla.
F’ħajjitna, bosta drabi, minflok
inħarsu ‘l fuq, inħarsu ‘l isfel. Mhux hekk għamel Ġesu’ meta ra lil Żakkew.
Alla ma jaraniex dubbien, kif nagħmlu aħna ma’ xulxin. Alla jħares lejna u
għandu fiduċja kbira li l-liberta’ li tana biex nagħżlu tkun favurih. Alla ma
jorqod qatt, dejjem jishar għax jaf li jekk le, l-għadu se jkun iħuf biex
jaħtaf in-nagħaġ.
F’opra ta’ Verdi, id-Don Carlos,
waqt li r-Re Karlu qed jhewden fi xjuħitu jgħid: Se dorme il prence veglia il
traditor – Ladarba l-prinċep ikun rieqed, it-traditur ikun iħuf.
Alla qatt ma jistrieħ. Tfakkarni
f’cartoon li rajt m’ilux fejn raġel jistaqsi lil ieħor: Imma Alla qatt ma jieħu
ġurnata mistrieħ? U dak iwieġbu: Le, għax id-darba li qagħad jistrieħ fil-ġnien
tal-Għeden, il-bniedem beda jgerfex u ħawwadlu l-pjanijiet kollha!
Inħarsu ‘l isfel ifisser li nhedew
immaħħu dwar l-imgħoddi, dwar kull ħaġa negattiva li ġratilna f’ħajjitna u
nibqgħu mwaħħlin ma’ dak li għadda bla ma nħarsu lejn ix-xefaq l-ieħor. Aktar
mhi sħiħa l-fidi tagħna aktar inkunu konvinti li l-uniku difett li għandu Alla
hu li jinsa l-imgħoddi tagħna għax ħanin, għax mimli tenerezza, it-tenerezza
tal-omm li tħaddan lill-ulied ma’ ħdanha.
Il-bieraħ il-Papa għamel omelija
fejn tkellem dwar it-tenerezza ta’ Alla f’Ġesu’ Ibnu, dak Ġesu’ li beka quddiem
il-qabar ta’ ħabibu Lazzru, li beka fuq Ġerusalemm għax ma rnexxilux jiġbor ‘l
uleidha bħalma l-qroqqa tiġbor il-flieles taħt ġwenħajha.
Meta nintrabtu mal-imgħoddi, aktarx
iħufu f’moħħna dejjem l-affarijiet ħżiena. Dan mhux denju tan-nisrani, huwa
qosor figurattiv, qosor spiritwali, huwa virus li jimblukkalna ħajjitna, virus
li jagħlqilna l-bibien tat-tama, nispiċċaw bla ferħ fi qlubna, nibqgħu statiċi
u dak li hu statiku, qalilna l-Papa Franġisku l-bieraħ, jeħżien bħalma jeħżien
l-ilma li ma jiċċaqlaqx, li ma jimxix.
Ostaklu ieħor fil-ħajja spiritwali
tagħna, fil-mixja lejn Ġesu’, hi l-mistħija. Il-mistħija tipparalizzana.
It-tifel fuq is-siġra ftit ħabbel rasu x’se jgħidu fuqu. Nimmaġinaw kieku
minflok tifel kien hemm adult li ħa dik l-inizjattiva!
Dan hu Żakkew. Min jaf x’għadda minn
moħħu qabel ma’ tela fuq is-siġra tat-tin selvaġġ. Imma x-xewqa li kellu li
jara lil Ġesu’ għenitu jgħeleb il-mistħija. Kemm drabi aħna nipparalizzaw ruħna
u nibżgħu nuru t-twemmin tagħna f’dinja ostili li ma tiddejjaqx tgħaddi
messaġġi negattivi u li tikkundizzjonana bl-iskuża ta’ korrettezza politika, biex
ma nurtawx lil min ma jaqbilx magħna!!
Ma ninsewx li Żakkew hu persunaġġ
pubbliku, kien jaf li meta se jitla’ mas-siġra, hu tant mibgħud li kien se jkun
żuffjett għal min jarah. Madankollu għeleb il-mistħija, għax il-ġibda lejn
Ġesu’ kienet ferm akbar mill-umiljazzjoni li kien jaf li se jgħaddi minnha.
X’lezzjoni għalina, fil-kuntest sekularizzat li qed ngħixu fih, fejn, bla ma
nindunaw, aħna nfluwenzati mill-messaġġi tal-mezzi tal-komunikazzjoni li,
minħabba fihom, lanqas inkunu qed nindunaw li qed nagħmlu kompromessi
mal-prinċipji evanġeliċi!
Kemm irridu noqogħdu attenti biex ma
nħallux id-droga tas-suċċess, tal-poter, tar-rikkezza titlagħlna għal rasna u
ninsew li l-għan ta’ dil-ħajja hu x-xaqliba l-oħra. L-ankra tagħna rridu
nitfgħuha fuq ix-xatt l-ieħor u aħna nibqgħu mqabbdin mal-ħabel, qalilna l-Papa
Franġisku waqt omelija oħra fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Jekk nhedew biss
fil-kumditajiet, fil-lussu artifiċjali li jpinġulna l-mezzi tal-komunikazzjoni,
l-ankra tagħna nkunu qed inwaddbuha sal-qabar għax inkunu qed ninjoraw il-ħajja
tal-eternita’, inkunu bħar-raġel tal-parabbola li ħaseb biex jibni l-imħażen
għall-ġid kbir li kiseb u dak il-lejl stess kellu jrodd ruħu.
Dakinhar, il-folla kienet iġġudikat
lil Żakkew, kienet ħarset lejh minn isfel għal fuq. Ġesu’ għamel il-maqlub,
refa’ għajnejh għax mar ‘l hinn mid-difetti tal-bniedem. Alla jara, iħares lejn
il-persuna, minflok jieqaf fuq id-difetti tal-imgħoddi jħares ‘ il quddiem għax
ma jirrassenjax ruħu, jibqa’ jiġri wara l-bniedem. Jiġri warajh personalment,
infatti, minkejja l-folla ta’ madwaru, lil Żakkew isejjaħlu b’ismu u jistieden
ruħu b’idejh.
Żakkew tela’ jiġri fuq is-siġra u
daqstant ieħor bil-ħeffa niżel biex jilqa’ lil Ġesu’ f’daru. Ġesu’, it-tabib
tal-marid kif jistqarr Hu stess, jiġi għand kull min iħalli l-bieb ta’ qalbu
miftuħ, jidħol fil-qalb ta’ min jitqabad għall-onesta’, għas-solidarjeta’,
għall-ġustizzja vera, mhux għall-ġustizzja superfiċjali.
It-tagħlima li nieħdu minn dan
l-episodju hi li, jekk irridu ngħixu ta’ veri nsara, il-bidla li jeħtieġ isseħħ
fina hi bidla radikali. “Lil min sraqt irroddlu erba’ darbiet aktar, nofs
ġidi ntih lill-foqra”.Kemm idarrasna dal-kliem! Imma l-verita’ hi li
l-ħabel marbut mal-ankra li hemm fuq ix-xatt l-ieħor jitlob minna li nkunu
foqra, jiġifieri li ma nkunu marbutin ma’ xsejn, anqas u anqas ma’ idejat u
ideoloġiji politiċi.
Se nkun xi ftit polemikuż, imma
nsostni li l-veru nisrani ma jistax ikun marbut ma’ ideoloġija politika, għax
il-Vanġelu mhux politika, u mhux ideoloġija. Kif itenni spiss il-Papa
Franġisku, il-Vanġelu hu stil ta’ ħajja li żżommna ekwilibrati ħalli ma
niġġustifikaw qatt dak li jidher ċar li jmur kontra t-tagħlim tal-Vanġelu.
L-aktar ħaġa mportanti li rridu
nżommu quddiem għajnejna hi li biex insalvaw m’hemm ebda ‘short cut’. Il-bieb
id-dejjaq huwa għażla: kull ħaġa li nagħmlu, kull deċiżjoni li nieħdu rridu
b’kuxjenza ħielsa nistaqsu lilna nfusna: kieku hawn Ġesu’ minfloki x’kien
jagħmel? Nindunaw kemm naqgħu f’kompromessi, kemm hu diffiċli naqdfu waħedna
mingħajr l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, mingħajr l-interċessjoni ta’ Marija.
Meta naqraw dal-pass tal-Vanġelu,
donnu jidher li l-protagonista huwa
Żakkew. Il-protagonista huwa Ġesu’, u r-relazzjoni li bir-rieda Tiegħu jwaqqaf
mal-bniedem, l-imħabba li għandu għal kull bniedem li twasslu jagħti ħajtu anki
għal min jagħmillu l-ħsara, għal min sallbu.
Dan l-episodju jseħħ fit-triq lejn
Ġerusalemm, fejn Ġesu’ kien sejjer biex jingħata f’idejn l-għedewwa Tiegħu
…… u x’inhu l-aġir Tiegħu? Laqgħa ma’ midneb, anzi ma’ midneb pubbliku,
ħalliel bil-provi.
Żakkew, bħalna, hu bniedem midrub
minħabba l-ġibda żejda mal-flus, li jbiegħduh minn Alla. Pero’ x-xewqa kbira li
jara lil Ġesu’ terġa’ tkebbes fih il-fjamma li kienet iddgħajfet. Ġesu’, li
qasba mġenġla ma jiksirhiex, li fjamma tnemnem ma jitfihiex, jerġa’ jkebbes
in-nar f’dik il-qalb għax ħtieġlu jmur joqgħod għandu.
Bħalma għamel ma’ Żakkew, Ġesu’
jħabbat il-bieb ta’ qalbna għax irid iwaqqaf relazzjoni magħna personalment,
iridna nistednuh f’darna, il-post li lilna jtina l-kenn u l-wens. Jekk dal-kenn
u l-wens nippruvaw infittxuhom f’dak li hu materjali, inkunu qed niktbu
l-kundanna tagħna nfusna. Jekk il-wens u l-kenn naqsmuhom ma’ min iħobbna
b’imħabba bla qies, ma’ min juri magħna ħniena nfinita, jkun ifisser li aħna
mqabbdin sewwa ma’ dak il-ħabel li t-tarf tiegħu hu marbut mal-ankra li hemm
imwaħħla sew fuq ix-xatt l-ieħor.
Kien mill-katakombi li ħarġet
il-Knisja, u hekk ukoll illum il-Knisja trid toħroġ ‘il barra. Dan hu l-messaġġ
kontinwu tal-Papa Franġisku. Meta qed jitkellem hekk, il-Papa jfisser Knisja li
ma tibqgħax fis-sagristija, li ma tibqgħax maqfula fl-għaqdiet. Dawn huma
postijiet importanti, għax huma l-postijiet fejn il-Knisja trid tinbena. Imma
mbagħad irridu nkunu Knisja li toħroġ ‘il barra. Il-Knisja tfisser l-imgħamdin
kollha. Aħna lkoll imsejħa biex inxandru l-Aħbar it-Tajba. Il-vjaġġi tal-Papa
huma proprju biex iwassal dan il-messaġġ ta’ Knisja li toħroġ.
Knisja
li titkellem:
L-ewwel laqgħa li jagħmel il-Papa
fil-vjaġġi tiegħu tkun mas-soċjeta’ ċivili – il-President, membri
tal-Parlament, ambaxxaturi etċ. L-ewwel messaġġ li jwassal huwa lilhom –
il-Knisja trid tkun f’dan id-djalogu kontinwu mad-dinja biex aħna nwasslulhom
il-messaġġ tal-Evanġelju.
Kelli ngħid kelma ta’ ġid għidtha?
Kelma ta’ ġid, kelma ta’ kuraġġ, tagħti daqqa t’id – dak li jimpurtah Alla. U
dan hu li qed jagħmel il-Papa – jiltaqa’ mal-foqra, mal-batuti. Hu Papa li jrid
ikun qalb in-nies għax in-nisrani ma jistgħax ikun imsakkar waħdu.
Il-Papa jiltaqa’ wkoll maż-żgħażagħ
fil-vjaġġi tiegħu, biex juri li dawn huma parti mill-ħidma tal-Knisja llum.
Il-Papa jagħti mportanza liż-żgħażagħ u l-anzjani flimkien, għax tal-ewwel
għandhom bżonn l-esperjenza tal-anzjani, u dawn għanhom bżonn il ħeġġa
taż-żgħażagħ.
Knisja li titkellem, mhux fuq il-pulptu biss, imma billi tiltaqa’ man-nies, tara l-problemi tagħhom, tiddiskuti magħhom u tħallihom jitkellmu.
Il-Papa sejjer lura Ruma wara l-Ġurnata Dinjija taż-Żgħażagħ 2013 Mustafa Bader [CC BY-SA 4.0 (https://creativecommons.org/licenses/by-sa/4.0)]
Knisja
li tisma’:
Il-Papa iktar jagħti mportanza lil
dak li jridu jgħidulu n-nies milli lil dak li jkun irid jgħidilhom hu. Jekk
aħna ma nisimgħux il-weġgħat tan-nies, kif nistgħu ngħinuhom? Irridu nisimgħu u
naraw x’għandom bżonn fiċ-ċirkostanzi tal-lum. Il-Papa, permezz ta’ dawn
il-vjaġġi, irid juri li hemm bżonn li l-Knisja toħroġ, li tisma’ u li
titkellem.
Il-Papa, kif jagħmel fit-tmiem ta’
kull vjaġġ, fuq l-ajruplan lura lejn il-Vatikan, jagħmel konferenza stampa
għall-ġurnalisti li jivvjaġġaw miegħu. Jagħmlulu kull tip ta’ domandi, u hu
jwieġeb mill-aħjar mod li jista’, bl-iktar mod sinċier u miftuħ.
F’dawn il-vjaġġi, il-Papa mhu qed jagħmel xejn ġdid li ma kienx ilu jagħmel qabel. Meta kien Arċisqof ta’ Buenos Aires, kien jivvjaġġa kuljum b’tal-linja biex ikun qalb in-nies. Irid jurina li rridu nkunu Knisja qalb in-nies, biex titkellem magħhom u tismagħhom.
Il-Papa f’Betlem Mustafa Bader [CC BY-SA 4.0 (https://creativecommons.org/licenses/by-sa/4.0)]
Knisja
miftuħa għal insara oħra u reliġjonijiet oħra:
Il-Papa ma jmurx fuq dawn il-vjaġġi
biex jiltaqa’ mal-Kattoliċi biss, imma ma’ nsara oħra, bħal Protestanti,
Ortodossi, Luterani u Anglikani, fost oħrajn. Jiltaqa’ wkoll ma’ Musulmani,
Lhud, u Buddisti, għax il-messaġġ tal-Vanġelu ma nistgħux inwassluh biss li ta’
ġewwa, imma lil kulħadd: “Morru mad-dinja kollha…”
Knisja
tal-fqar u l-batuti:
L-ewwel vjaġġ tal-Papa kien
f’Lampedusa – vjaġġ b’messaġġ qawwi. Irid li l-Knisja – aħna lkoll – inkunu
qalb in-nies, speċjalment dawk li qegħdin ibatu. Irid ikollna l-umanita’, li
nħossu għal min qed ibati.
Meta l-qassis, fl-aħħar tal
quddiesa, jgħid “Morru fil-paċi ta’ Kristu”, ikun qed jibgħatna biex
dak li rċevejna waqt il-quddiesa nwassluh lill-oħrajn. Dan hu li jagħmel
il-Papa fil-vjaġġi tiegħu.
Meta mar il-Calabria u ltaqa’
mall-ħaddiema qal li t-tort ta’ dak kollu li jiġri fid-dinja hu li fiċ-ċentru
tal-ħajja tagħna poġġejna l-alla falz tal-flus. Alla jrid li fiċ-ċentru
tad-dinja jkun hemm il-bniedem, għax meta Alla sar bniedem fil-persuna ta’
Ġesu’ kristu, Hu poġġa lill-bniedem fiċ-ċentru.
Meta ngħidu Knisja tal-fqar u
l-batuti mhux qed nitkellmu biss fuq il-faqar tal-but, imma wkoll fuq il-faqar
spiritwali, l-faqar ta’ mingħajr Alla.
Knisja
b’messaġġ ta’ tama:
Jitkellem fuqiex jitkellem, il-Papa
dejjem jispiċċa d-diskors tiegħu b’messaġġ ta’ tama. In-nisrani veru hu dak li,
minkejja l-ħażen kollu, il-problemi u d-diffikultajiet kollha, xorta jara illi
hemm messaġġ ta’ tama. Infatti, fl-aktar mumenti li l-Knisja kienet għaddejja
minn żminijiet koroh u diffiċli, Alla pprovda lil Knisja qaddisin kbar.
Alla jara l-indiema,
id-disponnibbilta’ tal-qalb. Ħadd minna mhu qaddis. Aħna lkoll għandna bżonn
il-ħniena t’Alla. Imma aħna lkoll nistgħu nkunu Kristu ieħor għall-oħrajn.
Il-Papa jiddiskrivi l-Knisja bħala
sptar fuq il-kamp tal-battalja. U fi sptar, morda ssib! Allura m’għandniex
neħduha bi kbira li fil-Knisja nsibu min hu marid spiritwalment. Kieku aħna
lkoll qaddisin, kieku l-Knisja m’hemmx bżonnha. Aħna mmorru l-Knisja għax
għandna bżonn il-fejqan.
Knisja
għal ta’ ġewwa wkoll:
Il-Papa jitkellem kemm ma’ ta’ ġewwa
kif ukoll ma’ ta’ barra. Alla jridna nwasslu l-Aħbar it-Tajba fl-ambjent ta’
madwarna – id-dar, fuq ix-xogħol, fil-ħanut, etċ. Irridu nagħmlu l-vjaġġ tagħna
biex nilħqu lill-oħrajn – il-vjaġġ tal-Kelma t’Alla. Ma nħallux lix-xitan
jaqtalna qalbna. Irridu nagħmlu l-parti tagħna mill-aħjar li nistgħu.
Il-Papa jisħaq ukoll fuq
l-importanza tal-ġenituri u n-nanniet li jridu jwasslu dan il-messaġġ
liż-żgħar.
U l-Papa jgħid ukoll li l-messaġġ
tal-Vanġelu hu Kristu Rxoxt – l-Aħbar it-Tajba li, minkejja ċ-ċirkustanzi li
nkunu għaddejjin minnhom, aħna rridu ngħidu: “Mulej, agħmel minni dak li
trid Int”
Huma ċelebrazzjoni ta’ kif Alla jagħtina sehem fil-ħajja tiegħu.
Huma l-mod ta’ kif Alla jimxi magħna fil-mixja
tagħna lejh, f’kull waqt importanti tal-ħajja tagħna.
Permezz tas-sagramenti Alla jagħtina l-għajnuna
meħtieġa biex ngħixu ta’ Nsara.
M’humiex ċerimonji marbutin ma’ xi eta’.
M’humiex okkażjoni biex niffanfraw, qisna qegħdin
f’xi fashion show.
Lanqas m’huma okkażjoni biex organizzaw parties
u nirċievu rigali.
Huma don mhux dritt.
2. Għalfejn
nirċevu s-sagramenti?
Aħna nirċievu s-sagramenti:
għax nixtiequ u rridu ngħixu l-ħajja Nisranija, aħna u nieħdu sehem fil-ħajja t’Alla
għax neħtieġu l-għajnuna t’Alla ħalli ngħixu l-ħajja Nisranija.
Min ma jridx jgħix il-ħajja Nisranija ma għandux għalfejn jirċievi s-sagramenti.
Is-sagramenti ma jagħmlux magic.
3. X’inhuma
l-kundizzjonijiet biex wieħed/waħda jirċievi s-sagramenti?
Skont
id-dritt kanoniku tal-Knisja Kattolika:
Can. 843 §1. Sacred
ministers cannot deny the sacraments to those who seek them:
AT APPROPRIATE TIMES,
ARE PROPERLY DISPOSED,
and are not
prohibited by law from receiving them.
3.1 Xi
tfisser “APPROPRIATE TIMES”?
Appropriate TIMES mhux appropriate AGE
Ġesu’ jqabbel diversi drabi x-Xandir tal-Kelma mal-biedja: il-parabbola taż-żerriegħ (Mt 13, 3-9) u l-ispjegazzjoni tagħha (Mt 13, 18-23):
Iż-żerriegħa hija l-Kelma – LOGOS, jiġifieri ż-żerriegħa tal-ħajja t’Alla;
Qabel jiżra’, il-bidwi jistenna ż-żmien opportun – l-istaġun: mhux kollox jinżera’ fl-istess staġun;
Meta jasal iż-żmien iħejji l-art: jaqla’ l-ħaxix ħażin; jaħdimha; jagħtiha d-demel; jaħratha, imbagħad jiżra’;
Wara li jiżra’ jieħu ħsieb dak li żera’ biex jagħti l-frott mistenni: isaqqi regolarment; jaqla’ l-ħaxix ħażin li jkun reġa’ kiber, eċċ.
Il-bidwi ma jiżrax għall-gost, iżda biex jieħu l-frott.
3.2 Xi
tfisser “ARE PROPERLY DISPOSED”?
L-art trid
tkun imħejjija tajjeb, ħalli dak li jinżera’ jagħti l-frott mistenni:
L-ebda
bidwi ma jiżra’ fuq l-irħam imma fil-ħamrija;
Jiġifieri neħtieġu dawk il-virtujiet
bażiċi li jiftħu u jiddisponu l-qalb biex nilqgħu l-grazzja li Alla jagħtina fis-sagramenti;
Il-virtujiet
bażiċi huma: l-umilta’, il-fidi, l-imħabba, il-ħniena u l-ġustizzja
Qalbna trid
tkun tixbah lil qalb ta’ Ġesu’ – iċ-ċavetta trid taqbel mas-serratura; irid ikun hemm sintonija bejn Alla u
l-qalb ta’ min se jirċievi s-sagrament.
Rieda li wieħed jgħix il-fidi Nisranija u dak li jitlob is-sagrament li jkun se jirċievi;
Il-fidi
Nisranija hija dik li jgħallem Ġesu’ permezz tal-Knisja u mhux dak li jfettilli ġo moħħi;
Ir-riga li
nuża’ biex inkejjel il-fidi huwa t-tagħlim t’Alla
kif ġie mgħoddi lilna matul is-sekli mill-Knisja Kattolika;
Jien miniex
ir-riga biex inkejjel il-fidi – għalhekk neħtieġu l-umilta’, li nagħrfu kemm ma nafux u kemm Alla jaf aħjar minna x’inhuwa l-ogħla ġid għalina.
Jekk dawk li se jirċievu
s-sagramenti għadhom żgħar u ma jistgħux jerfgħu din ir-responsabilta’, huwa d-dmir tal-ġenituri (jew
ta’ xi adult ieħor li se jieħu ħsieb l-edukazzjoni Nisranija) li għandu
jkollhom din ir-rieda u dispożizzjoni tal-qalb biex irawmu lil dawn
iż-żgħar fil-ħajja Nisranija.
Il-fidi Nisranija trid tkun għal qalbhom.
Konkretament jridu jkun nies li qed jgħixu l-fidi Nisranija: eż. jmorru
l-quddies il-Ħadd, jersqu lejn il-qrar; jgħixu ħajja miżżewġa skont it-tagħlim
li ħallielna Ġesu’; qed jagħmlu ħilithom biex jgħixu l-virtujiet Insara:
il-maħfra, l-umilta’, l-onesta’, l-imħabba lejn min hu dgħajjef, eċċ; li ma
jagħmlux il-flus u x-xogħol alla tagħhom, eċċ.