FID-DEŻERT… GĦAL INDIEMA VERA – L-1 Ħadd tar-Randan [B] – 18 ta’ Frar 2024
L-1 Ħadd tar-Randan [Sena B]
FID-DEŻERT… GĦAL INDIEMA VERA
Ġenesi 9:8-15; Salm 24; 1 Pietru 3:18-22; Mark 1:12-15
Il-Vanġelu
F’dak iż-Żmien, l-Ispirtu ħareġ lil Ġesù fid-deżert. U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan. Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.
Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.”
Il-Ħsieb
Hemm bżonn li niftħu qlubna beraħ għall-indiema fil-Bxara t-Tajba li tfejjaq lil kull wieħed minna.
Il-Kelma
L-Ewwel Qari tal-lum huwa meħud mill-Ktieb tal-Ġenesi fejn għandna r-rakkont tad-dilluvju li, fi żmien Noè, naddaf id-dinja mill-ħażin. Is-Salm Responsorjali, meħud mis-Salm 24, itenni li l-Mulej hu t-triq tat-tjieba u l-fedeltà għal min iħares il-preċetti tiegħu. Nitolbu ’l Alla jgħallimna nimxu f’din it-triq. Fit-Tieni Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pietru Appostlu jissemma x-xebh bejn l-ilma tad-dilluvju li naddaf il-ħażen tad-dinja fi żmien Noè, u l-ilma tal-Magħmudija. Fil-Vanġelu ta’ San Mark għandna lil Ġesù fid-deżert jipprepara l-predikazzjoni tal-konverżjoni.
Il-Ħajja
- Dan ir-Randan irid ikun żmien ta’ deżert għalina.
- Sib ħin għall-eżerċizzi u qrar frekwenti.
- Issaħħaħ fl-indiema tiegħek billi tħalli lil Ġesù jimliek bl-Ewkaristija.
- Ħu ħsieb li l-grazzja li rċevejt fil-Magħmudija ma kinetx fix-xejn. Agħraf il-kobor tal-fejqan kontinwu li jagħmel Ġesù.
- Hemm bżonn li dan ir-Randan ma niħduhx biss b’mod passiv. Hemm bżonn li nxandru lkoll l-indiema fil-Bxara t-Tajba.
Id-Djalogu
O Alla,
bit-taħriġ matul ir-Randan
agħtina li nifhmu dejjem iżjed
il-misteru ta’ Kristu