Christour Children’s Choir – Rehearsals minn Settembru
Christour Children’s Choir fi hdan il- Moviment Kerŷgma ser jerġa’ jibda taht id-direzzjoni ta’ Eric u Maria Bugeja. L-għan ewlieni ta’ dan il-kor huwa li filwaqt li jiġbor tfal u adollexxenti ta’ bejn is-7 u 17-il-sena flimkien sabiex jitgħallmu l-vuci, juża wkoll lil dawn it-tfal bħala mezz ta’ evanġeliżazzjoni. L-kor jaghti s-sehem tiegħu fil-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd, f’festi speċjali, kif ukoll itella’ l-kuncert tal-Milied u jieħu sehem f’attivitajiet u kunċerti ohra. Xi ħarga l’hawn u l’hinn sabiex niddevertu ftit flimkien ma tonqosx ukoll.
Dawk interressati li jingħaqdu ma’ dan il-kor għandhom jiġu fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma, Misraħ San Duminku, ir-Rabat, nhar ta’ Tlieta fis-18.30 ta’ filghaxija.
Ejjew u ġibu l-ħbieb magħkom.