EVANGELION #34 Ammended!
AĦBARIJIET U AVVIŻI MILL-MOVIMENT KERŶGMA
.
QUDDIESA U FTUĦ TAL-WIRJA TAL-PRESEPJI
Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru 2013 ikollna l-quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-quddiesa kulħadd huwa mistieden fiċ-Ċentru tal-Moviment għal ftuħ uffiċċjali tal-Wirja tal-Presepji li se jiġu mberkin minn Fr Charles. Ser ikun hemm numru kbir ta’ presepji li nħaddmu waqt il-lezzjonijiet li taw Antoine u Sarah Barbara u li ilhom għaddejjin mis-sajf li għadda. Il-wirja tiftaħ għall-pubbliku mis-Sibt 7 ta’ Diċembru sal-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2013 waqt dawn il-ħinijiet:
Sibtijiet u Ħdud kif ukoll il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru:
Mit-8.00am sat-8.00pm.
Il-ġranet l-oħra mid-9.00am sal-12.00pm u mill-5.00pm sat-8.00pm
Kafeterija
Waqt il-wirja ser ikun hemm kafeterija miftuħa għal kulħadd fejn ser ikollna wkoll għall-bejgħ ħelu tradizzjonali tal-Milied.
QUDDIESA TAT-TIĠDID TAL-KONSAGRAZZJONI TAL-MOVIMENT LILL-MADONNA
Bħal kull sena, fit-8 ta’ Diċembru ser issir il-quddiesa li fiha jsir it-tiġdid tal-konsagrazzjoni tal-Moviment Kerŷgma u l-membri tiegħu kollha lill-Madonna tal-Kunċizzjoni, Marija Immakulata. Il-quddiesa tkun fis-6.30pm fil-Knisja ta’ San Duminku, Rabat. Fl-aħħar tal-quddiesa ser jingħata l-Premju Patri Martin Caruana OP li l-Fondazzjoni Patri Martin Caruana OP, ta’ kull sena tagħti lil dak is-saċerdot jew reliġjuż/ża li jkun ta impenn qawwi fis-soċjetà Maltija permezz tal-appostolat tiegħu.
QUDDIESA TAN-NOVENA
Il-Quddiesa tan-Novena li ser tkun animata mill-membri tal-Moviment ser issir nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru fis-6.30pm fil-Knisja ta’ San Duminku, Rabat. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi. Wara l-quddiesa jkollna bibita fiċ-Ċentru. Membri huma mistiedna għall-bibita.
BORN 4 US
Wara s-suċċessi tas-snin ta’ qabel, din is-sena ser jerġa’ jittella’ l-Kunċert tal-Milied mill-kor tat-tfal tal-Moviment, Christour Children’s Choir. Dan ser isir nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Diċembru 2013 fis-7.15pm fil-Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat. Dawn it-tfal ilhom ġimgħat sħaħ jippreparaw għal dan il-kunċert taħt is-superviżjoni ta’ Mary Rose Buhagiar, Mary Sammut u Debbie Scerri. Kulħadd huwa mistieden. Titilfuhx!
ATTIVITÀ SOĊJALI
Eżatt wara li jispiċċa l-Kunċert tal-Christour Children’s Choir tas-27 ta’ Diċembru, ser niltaqgħu fiċ-Ċentru tal-Moviment għal bibita. Kulħadd huwa mistieden.
ADORAMUS DOMINUM
Din is-sena ser nerġgħu nagħmlu ċelebrazzjoni f’għeluq is-sena 2013 li fiha naduraw lil Alla u nirringrazzjawH għas-sena li temmejna, għas-sena li ser nibdew u għal dak kollu li qed jagħmel magħna lkoll. NitolbuH biex iżomm idejH fuq il-Moviment, fuqna lkoll u fuq il-familji tagħna matul is-sena l-ġdida.
Għalhekk din iċ-ċelebrazzjoni, li tkun tinkludi wkoll quddiesa animata mill-membri tal-Moviment Kerŷgma, ser issir nhar it-Tlieta, 31 ta’ Diċembru 2013 fil-Knisja ta’ San Duminku, Rabat. Iċ-Ċelebrazzjoni tibda fis-6.00 pm u tispiċċa fit-8.00pm.
ATTIVITIJIET OĦRA: NADURAW biex NEVANĠELIZZAW
Il-Ħamis, lejliet l-ewwel Ġimgħa ta’ kull xahar nagħmlu adorazzjoni biex speċifikament tgħinna u tagħtina l-qawwa fl-evanġelizzazzjoni li mitlubin nagħmlu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi. Il-ħin ikun bejn is-7pm u s-7.30pm.
ATTIVITIJIET OĦRA: L-EWWEL ĦADD TA’ KULL XAHAR
Il-quddiesa li ssir fil-Knisja ta’ San Duminku r-Rabat kull l-ewwel Ħadd tax-xahar tal-10.00am tkun animata mill-Kor ta’ Moviment Kerŷgma – Christour Children’s Choir. Tfal li jixtiequ jingħaqdu ma’ dan il-kor, jistgħu jattendu għal audition waqt il-ħin tar-rehearsals, li jsiru kull nhar ta’ Tlieta fil-Knisja ta’ San Dumniku, Rabat fis-7.00pm.
ATTIVITIJIET OĦRA: IT-TIELET ĦADD TA’ KULL XAHAR
Il-quddiesa li ssir fil-Knisja ta’ San Duminku r-Rabat kull tielet Ħadd tax-xahar tal-10.00am tkun animata mill-Kor tal-Adulti tal-Moviment Kerŷgma. Jekk hemm xi żgħażagħ jew adulti li jixtiequ jingħaqdu ma’ dan il-kor għandhom javviċċinaw lil Darren Tonna jew Manuel Giordmaina waqt il-laqgħat tal-Ġimgħa.
L-EWWEL LAQGĦA TAL-2014
Wara li jgħaddu l-festi tal-Milied u s-sena l-ġdida, il-laqgħat tal-Ġimgħa jkomplu fit-3 ta’ Jannar 2013 fis-7.00pm bħas soltu. Nistednukom tattendu wkoll għall-quddiesa li ssir qabel kull laqgħa fil-Knisja ta’ San Duminku, Rabat fis-6.30 pm.
KALENDARJU TA’ ATTIVITAJIET
Diċembru
Il-Ħamis 5 fis-6.30pm: Quddiesa u Naduraw biex Nevanġelizzaw
Il-Ġimgħa 6 fis-6.30pm: Quddiesa l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u ftuħ uffiċċjali/tberik tal-Wirja tal-Presepji
Is-Sibt 7 sal-Ħadd 15: Wirja tal-Presepji
Il-Ħadd 8 fis-6.30pm: Quddiesa – Tiġdid tal-Konsagrazzjoni tal-Moviment lil Maria Immakulata u Premju Patri Martin Caruana OP
Il-Ħadd 15 fl-10.00am: Quddiesa kant Adulti
Il-Ġimgħa 20 fis-6.30pm: Quddiesa tan-Novena + Bibita fiċ-Ċentru
Il-Ġimgħa 27 fis-7.15pm Kunċert tal-Milied – Christour Children’s Choir + bibita fiċ-Ċentru
It-Tlieta 31 fis-6:00pm Adoramus Dominum
Jannar
Il-Ġimgħa 3 fis-6.30pm: Quddiesa u Laqgħat – Sorpriżi minn Alla – Prayer Café, Teens 4 Jesus u Kids 4 Jesus
Niżżel l-EVANGELION minn hawn!