Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

WEEKEND FAMILJA – Irtir Randan 2016

March 18, 2016 @ 18:30 - March 20, 2016 @ 15:00

“Il-Ħniena tiegħu, il-Ħniena tagħna.”

Il-Moviment Kerŷgma bit-tema ‘Għal impenn Kristjan fis-Soċjetà’ sa mill-bidu tiegħu kien iżomm iż-żmien tar-Randan bħala mument qawwi ta’ tiġdid u konverżjoni personali biex nikbru aktar fil-fidi u fl-imħabba tagħna lejn Alla. Għalhekk qed nipproponu WEEKEND FAMILJA; li ser issir bejn il-Ġimgħa 18 u l-Ħadd 20 ta’ Marzu 2016, ġewwa s-Seminarju tal-Virtù r-Rabat. Okkażjoni li aħna qed niftxu għal kulħadd: adulti, żgħażagħ, adolexxenti, u tfal, u għall-familji sħaħ, biex flimkien nikbru fil-fidi.

Il-kelliem ewlieni ser ikun Fr. Ivan Attard O.P.

Ngħixu din l-esperjenza ta’ konverżjoni flimkien. Il-Mulej Ġesù u Ommna Marija jgħinuna f’dan il-pass ta’ bidla sinċiera.

Niżżel l-Applikazzjoni minn hawn!

Noti

1. Il-ħlas isir mal-booking.
2. Il-ħlas tal-irtir kollu jinkludi l-ikel kollu, l-akkomodazzjoni u l-użu tal-façilitajiet.
3. Dawk li jibbukkjaw għall-ġurnata biss (is-Sibt biss: il-prezz jinkludi 2 ikliet u 2 coffee breaks), (Ħadd biss: il-prezz jinkludi 1 ikla u 1 coffee break).
4. Il-kmamar jitqassmu fuq bażi first booked first served.
5. Imla formola GĦAL KULL PERSUNA li ser tattendi.
6. Ċekkijiet għandhom jintbagħtu u jkunu pagabbli lill-“Moviment Kerŷgma”.
7. Tfal taħt id-9 snin jiġu aċċettati BISS jekk akkumpanjati minn persuna adulta.
8. L-Irtir jibda l-Ġimgoea fis-6.30pm u jispiçça l-Ħadd fit-3.30pm.
9. Id-data tal-egħluq għall-bookings hija l-Ġimgoea, 11 ta’ Marzu 2016.
10. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel lil Philip Borg fuq 21459942 jew ibgħat email fuq: info@kerygma.org.mt

Ibgħat il-formola flimkien mal-ħlas lil Moviment Kerŷgma, Kunvent San Duminku, Rabat RBT 2521

Details

Start:
March 18, 2016 @ 18:30
End:
March 20, 2016 @ 15:00
Event Categories:
, , , , , , , ,
Website:
www.facebook.com/movimentkerygma

Organizer

Moviment Kerŷgma
Phone
21459942
Email
info@kerygma.org.mt
View Organizer Website

Venue

Ċentru Kristu Ragħaj
The Archbishop's Seminary 90, Triq tal-Virtù Triq Tal-Virtu
Rabat, RBT 2604 Malta
+ Google Map