Ġesu’ qam mill-qabar għax aħna wlied id-dawl, wlied il-ħajja – Prayer Café: 25 ta’ April 2014
Wara waqfa ta ftit ġimgħat, prayer cafe reġa’ iltaqa għal darba oħra.
Fil-bidu ntwera vidjow dwar l-Għid u kif Ġesù issallab għalina u miegħu issalbu d-dnubiet u d-difetti kollha tagħna, biex Hu rxoxta u d-dnubiet tagħna baqgħu midfunin. Il-mużika tal-vidjow kienet għolja, sabiex, kif spejga Fr Charles, inqumu mir-raqda għax qegħdin fi krizi. Għal ħafna hija aktar imporanti d-Duluri u l-Ġimgħa l-kbira minn l-Għid. Għaliex? Għax bqajna marbutin ma: l-istatwi, drammi, xenarji, sepulkru eċċ u u l-fatt li Ġesù qam u jrid iqajjem lilek, ma nikalkulawhx.
Fr Charles kompla jgħid, kemm hu mportanti l-Għid, tant li għandu Ottava, fejn ukoll jaqaw il-festi kolla bħal dik ta San Ġorġ u San Mark.
Għaliex l-Għid huwa mportanti?
“L-Għid huwa l-qofol tat-twemmin t’Alla tagħna,
kieku Kristu ma qamx, kieku m’hawnx Knisja.”
“Għax għamilna ergħin ġurnata nippreparaw biex inġeddu l-wegħdiet tal-magħmudija; u jekk aħna ma ndunajniex li Ħadd il-Palm, Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid, kienu qed imexxuna lejn it-tiġdid tal-magħmudija (għalhekk il-Blandun joqgħod fuq l-artal għall-ħamsin ġurnata) u jekk aħna ma ħassejniex li din is-sena ġeddidna mil-ġdid iċ-ċaħda tax-xitan u l-iva tagħna għal Kristu; l-Għid seta’ ma ġiex!”
Tajjeb li wieħed iżomm quddiem għajnejh lil San Pietru, li jimxi l-ħin kollu ma Ġesu’, jixtieq jibqa wara Ġesu’ imma x’ħin jiġi l-mument tal-prova jinżel, jagħmel il-mirakli, jimxi fuq il-baħar, imma kif ma jħarisx lejn Ġesù, jogħdos… Kif nagħmlu wkoll aħna, jekk ma nimxux ma Ġesu’.
“Aħna nsara imma ngħixuha fil-privat”, din hi t-trend li d-dinja tal-llum trid taddotta. Kif il-Prim Ministru ta l-Ingilterra, David Cameron qal li l-Ingilterra huwa pajjiz Kristjan u ħadd ma jista’ jiċħdu, infetħu l-bibien tas-smewwiet. Din hija biss qatra ta dak li qed tgħix is-soċjeta’.
“kun nisrani l-aqwa li ma titkellimx”
- Allura, aħna nsara miz-zuntier il-ġewwa?
- Kif xi ħadd jipprova jitkellem fuq sinjali ta żminijietna, neħduha kontra dik il-persuna?
- Aħna sa nibqaw riqdin u nħallu l-liġijiet jinbiddlu u jdawruna?
Mhux aħjar inqumu u nibdew nagħmlu xi ħaġa aħna lkoll?