Il-Mejda Tkellimna
.
Il-wirja “Il-Mejda Tkellimna” se terġa tittella’ mill-Moviment Kerŷgma, din id-darba fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma. Din se ssir bejn is-Sibt 12 u il-Ġimgħa 18 ta’ April. Il-wirja se tinfetaħ uffiċċjalment u titbierek minn Fr Charles Fenech nhar il-Ġimgħa 11 ta’ April wara l-quddiesa tas-6.30 pm. Il-membri huma mistiedna biex jattendu. F’din il-ġurnata ma’ jkunx hemm il-laqgħat tas-soltu (Prayer cafè, T4J u K4J).
.
.
.
Il-wirja se tinfetaħ għall-pubbliku f’dawn il-ġranet u ħinijiet:
.
Is-Sibt 12 u l-Ħadd 13: mid-9.00 am sal- 12.00pm u mill-5.00 pm sat-8.00pm
It-Tnejn 14, it-Tlieta 15 u l-Erbgħa 16: mill-5.00 pm sat-8.00pm
Il-Ħamis 17: mis-7.00 pm il-quddiem
Il-Ġimgħa 18: mit-8.00 am sal-12.00 pm
.
Apparti l-aħħar ċena, se jkun hemm ukoll il-Qabar ta’ Kristu u s-Sepulkru.
Se jkun hemm ukoll Cafeteria b’ikel tradizzjonali Malti għal żmien ir-Randan kif ukoll stand b’kotba reliġjuzi.
.
.
Ħadd m’għandu jitlifha.