Intom il-melħ tal -art…. Intom id-dawl tad-dinja…. Prayer Café 8 ta’ Frar 2014
Ħafna drabi fil-ħajja tagħna inħossuna li m’aħna kapaċi għal xejn. Minkejja li nippruvaw u nixtiequ ngħixu ħajja tajba, xorta naqgħu; bid-dnubiet, b’attitudnijiet, bil-kliem li ngħidu… IMMA Ġesu’ għandu fiduċja fina u rridu nħalluh jaħkimna.
Ħalli lil Ġesu’ jirkeb miegħek fid-dgħajsa tiegħek; fil-ħajja tiegħek li hija mimlija.
Ġesu’ f’dan il-vanġelu għandu kliem ta’ kuraġġ għalina, għalhekk irridu nieħduh bis-serjeta’. L-għażla tagħna hija ċara għal Ġesu’? Jew qed nitbandlu fil-problemi ta’ ħajjitna? Inqabbel fejn u kif jaqbilli!
Inħallu lil Ġesu’ jidħol fid-dgħajsa tagħna biex imexxi Hu.
Li tkun nisrani mhux lussu u privileġġ (Papa Franġisku). Li tkun nisrani mhux kumdita’ (Madre Tereża).
Li tkun nisrani mhux faċli. Hawn min qed jgħix il-Kristjanezmu mhux biss fil-kumdita’ imma f’apatija. Importanti li nqumu fuq saqajna. Inti konvint li fl-ambjent tiegħek sa tħalli ftit togħma? B’nofs kelma tista tkun ta’ togħma tajba għal ħaddieħor.
Ippruvaw – Ġesu’ qatt ma jħallik waħdek.
Ġesu huwa d-dawl veru li għandu bżonn il-bniedem. Fejn qed insibuh u kif qed nuzawh dan id-dawl? “Intom” qal Ġesu’; jiġifieri aħna lkoll irridu nkunu dan id-dawl.
Meta wieħed jgħix il-fidi, se jkollu d-dubji u t-tentazzjonijiet. Jekk ma nemmnux ma jkollnix, għax kollox jkun qisu xejn m’hu xejn.
Hu tana l-qawwa u ma nistgħux ma nużawhiex.