Is-Saltna tas-Smewwiet hi għal kulħadd: Prayer Cafè – 20 ta’ Jannar 2017
Waqt il-laqgħa ta’ Prayer Cafe ta’ nhar il-ġimgħa 20 ta’ Jannar 2017, mmexxija mis-Sur John Seguna li wara li qasam it-talba tal-Ħniena Divina ma dawk prezenti; ġie trattat il-qari tal-Ħadd li jmiss mehud minn Mt 4:12-23. Dawn huma xi ħsibijet li qsamna flimkien waqt il-laqgħa.
Ġesu sema bl-arrest ta Ġwanni l-Battista hu warrab lejn il-Galilija. Tajjeb inkunu nafu li l-Galilija kien mimli b’nies pagani. Għalhekk ma kienx xi post faċli fejn tippriedka l-Kelma t’Alla. Dan juri wkoll li Ġesu ma kienx joqgħod iħares lejn l-uċuh. Is-Saltna tas-Smewwiet hi għal kulħadd. Mattew kien jikteb għal Lhud insara u l-mottiv ewlieni tiegħu kien li juri li Ġesu kien il-Messija l-mistenni. B’hekk kien jikkwota ħafna mill-antik testment, speċjalment mill-ktieb ta’ Isaija. L-ewwel tlett evanġelji jissejjħu ‘ L-evanġelji s-SinotiċI’ għaliex jirrakontaw stejjer simili. F’dawn it-tlett evanġelji l-kittieba jiffukaw fuq il-mirakli u l-umanita ta’ Ġesu filwaqt li San Ġwann iffoka l-evanġelju tiegħu fuq id-divinita ta’ Ġesu. Hawn is-sur John Seguna ta eżempju. Fi klassi tat-teoloġija l-għalliem bagħat lill-istudenti tiegħu barra għal ftit żmien..kif daħlu staqsihom jirrakontaw x’raw. Ħadd minnhom ma qabel u dan mhux għax gidbu imma għaliex jekk wieħed jinteressawh l-għasafar innota għasfur fuq siġra..ieħor nnota l-karozzi… F’dak iż-żmien il-Lhud insara kienu qed isibuha diffiċli biex jaċċettaw pagani li kkonvertew għar-reliġjon nisranija. Biex tissejjaħ Lhudi ridt tkun mwieled Lhudi. Infatti lill-pagani kkonvertiti kien jsejjħulhom Proseliti u mhux Lhudi nisrani.
Mela fir-rakkont tal-llum nsibu li għadda “ fl-inħawi ta’Żabulon u Neftali.Hekk kellu jseħħ dak li intqal mill-profeta Isaija..” Mattew qed jikwota l-antik testment biex juri lill-Lhud li dan kien il-Messija l-mistenni. Barra minn hekk Żabulon u Neftali kienu pajjizi għaddejjin mill-gwerer ..dan juri li Ġesu ma kienx jibża minn sitwazzjonijiet diffiċli anzi lil dawn in-nies li kienu “fid-dlamijiet ra dawl kbir”. Ġesu tahom tama.
Alla bagħat lil Ibnu biex isalva d-dinja u fuq is-salib Hu tagħba bid-dnubiet tagħna biex isalvana
‘Ġesu beda jxandar u jgħid: “Indmu, għax qorbot is-Saltna tas-Smewwiet.” ’ Is-Saltna tas-Smewwiet tibda meta tibda taħfer l-egħdewwa tiegħek. Il-Moralita nisranija hija bbażżata fuq żewġ prinċipji. Fuq l-għaxar kmandamenti mit-Testment l-antik u fuq it-Tmien Beatitudnijiet mit-Testment il-Ġdid (Mt 5). Mela l-moralita nisranija tiġbor kemm mill-antik testment u kif ukoll mill-ġdid testment. Indmu fil-bibbja Griega hi metanoja – li tfisser ‘biddel id-direzzjoni ’ mela meta Ġesu qiegħed jgħidilna “Indmu” mhux qed isaqsina biss li nindmu BISS imma li jridna nbiddlu d-direzzjoni tagħna – jekk inti qed tidgħi trid tieqaf – rridu niġġieldu biex negħlbu d-dgħjufijiet tagħna. Alla bagħat lil Ibnu biex isalva d-dinja u fuq is-salib Hu tagħba bid-dnubiet tagħna biex isalvana
Innotaw kif huwa Ġesu li jagħżel lill-appostli – hekk ukoll Hu jagħżel lilna – HUMA laqgħu s-sejħa tiegħu u “Minnufih telqu x-xbiek u marru warajh..” Kemm hawn nies li jiġu msejjħa iżda jagħżlu li ma jwieġbux għal din is-sejħa? F’passaġġ mill-vanġelu ta’ San Ġwann (10:26-27) nsibu: “Iżda intom ma temmnux għax m’intomx min-nagħaġ tiegħi. In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. Ġesu ma jgħidx in-ngħaġ jisimgħuni imma “in-ngħaġ tiegħi jisimgħu leħni..” Is-sur John Seguna fakkarna wkoll f’passaġġ ieħor minn Mattew 10: 14 “Jekk imbagħad xi ħadd ma jilqagħkomx u ma jismax minn kliemkom, oħorġu ‘l barra minn dik id-dar jew belt u farfru t-trab ta’ saqajkom.” L-għażla li nimxu wara Ġesu trid tkun għażla ħielsa.Aħna rridu nitfgħu ż-żerriegħa u nħallu lil Alla jsaqqiha. Pero jekk insibu min jgħalqilna l-bieb ma jfissirx li l-missjoni tagħna spiċċat.Ġesu qal: “Jeħtieġli nxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla lill-ibliet l-oħra wkoll, għax għalhekk kont mibgħut.”(Lq 4:43). Kull min hu nisrani għandu l-istess missjoni – li jxandar l-Evanġelju ..dan nistgħu nagħmluh bil-kelma jew bl-egħmil. Billi ngħinu lil min hu fil-bżonn. Ma kienitx faċli li jħallu lil missierhom warajhom Ġwanni u Ġakbu; infatti nsibu l-isem ta’ missierhom Zebedew msemmi darbtejn fil-passaġġ..u kien hemm miktub fil-bibbja biex jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom ..hawn l-Evanġelist jrid juri li l-għajta ta’ Ġesu hi dik li għandha tiġi l-ewwel f’ħajjitna. Dawn iż-żewġ dixxipli kienu magħrufin kemm kienu zbukkati..infatti lil San Ġwann Ġesu kien tah l-isem “Iben ir-Ragħad” imma fiż-żmien li għix ma Ġesu nbiddel tant li aktar tard nsibuh msejjaħ “ l-appostlu l-maħbub” . Aħna kemm qegħdin inħallu lil Ġesu jibdilna?