Premju Żagħżugħ tas-Sena 2018 – aplikazzjonijiet miftuħa
Il-Moviment Kerygma ser jerġa jorganizza l-“Premju Żagħżugħ tas-Sena” bil-għan li joħroġ fil-beraħ l-impenn taż-żgħażagħ b’mod nisrani fis-soċjetà Maltija.
Il-Premju hu miftuħ għal dawk iż-żgħażagħ kollha li juru sens kbir ta’ impenn fil-ħajja nisranija tagħhom ta’ kuljum u għalhekk jkunu ta’ eżempju qawwi għal żgħażagħ oħra.
Niżżel kopja tar-Regolamenti u l-Formola ta’ Applikazzjoni biex tkunu tistgħu tinnomminaw xi żagħżugħ jew żagħżuha li taħsbu li jikkwalifikaw u jimmerithom jkunu nnominati għal dan il-premju prestiġjuż.
Niżżel ir-Regolamenti
Niżżel il-Formola
L-applikazzjonijiet u d-dokumenti relattivi għall-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2018 għandhom jaslu fl-uffiċċju tal-Moviment Kerygma sa mhux aktar tard mil-Ġimgħa, 9 ta’ Novembru 2018 fl-12.00pm. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jkunux ikkunsidrati.