Il-Magħmudija tal-Mulej – Il-Ħadd 12 ta’ Jannar 2014

Il-Magħmudija tal-Mulej – Il-Ħadd 12 ta’ Jannar 2014

January 9, 2014
Fr. Charles Fenech OP
0

Il-Magħmudija tal-Mulej

FIH L-GĦAXQA TIEGĦI

Isaija 42:1-7, Salm 28; Atti 10:34-36; Mattew 3: 13-17,

Il-Vanġelu – Il-magħmudija ta’ Ġesù

Mbagħad ġie Ġesù mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu. Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: “Jiena hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek, u int tiġi għandi?” Ġesù qallu: “Inti għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq nagħmlu biex intemmu s-sewwa kollu.” Mbagħad Ġwanni ħallieh jitgħammed.

Ġesù, wara li tgħammed, minnufih tala’ mill-ilma; u ara, is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel qisu ħamiema u ġej għal fuqu. U mis-smewwiet instama’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni  l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi.”

Il-Ħsieb

     U Ġesù tgħammed.  Instema’ l-leħen ta’ konferma:  “Dan hu Ibni l-għażiż: fih sibt il-għaxqa tiegħi”.  Huwa l-mument important i tal-bidu tal-ħajja pubblika ta’ Ġesù, mument importanti għax anki aħna rridu nagħrfu lkoll kemm aħna li aħna mgħammdin.  Mhix biss magħmudija bħala rikordju.  Hija magħmudija li tiftaħ beraħ it-toroq tal-ħajja tagħna.  Magħmudija li tagħmilna INSARA RESPONSABBLI ta’ l-għemil tagħna.  Kemm tassew aħna qegħdin nagħmlu sforz biex niġġeddu aħna u nġeddu l-ambjent ta’ madwarna?  Ġesù, il-qaddis u l-ġust, joqgħod għall-Magħmudija biex juri kemm tassew niżel vi`in tagħna l-midinbin.  Huwa f’dan il-ġest li nagħrfu l-kobor bla qies t’Alla fil-ħniena lejna l-bnedmin.

Il-Kelma

Fl-Ewwel Qari ta’ llum insibu l-Profeta Isaija jitkellem fuq il-Qaddej t’Alla spe`jali.  Fuq dan il-Qaddej Alla qiegħed l-Ispirtu tiegħu.  It-tifħir tal-qawwa t’Alla li dehret fil-Magħmudija ta’ Kristu ntennuha flimkien fis-Salm 28 fejn ngħidu:  “Il-Mulej ibierek il-poplu tiegħu fis-sliem.”  Fl-Atti ta’ l-Appostli nsibu li Alla kkonsagra lil Ġesù ta’ Nażaret bl-Ispirtu s-Santu.  San Pietru jagħmel dan id-diskors fid-dar ta`-~enturjun.  Pietru jippriedka lil Kristu lill-pagani wkoll.  Fil-Vanġelu ta’ San Mattew għandna r-rakkont tal-Magħmudija ta’ Ġesù fejn jagħti idea tal-qaddej fidil tal-Mulej.

Il-Ħajja

  1. Il-Magħmudija ta’ Ġesù trid tfakkarna fil-Magħmudija tagħna.
  2. Il-Magħmudija hija twelid ġdid mill-mewt għall-ħajja.  Kemm qegħdin inħossuh dan l-effett illum?
  3. Il-Magħmudija hija l-ħajja li rridu nittrasmettu, dik li rridu nwasslu lill-oħrajn.

Id-Djalogu

Mulej Ġesù

agħtini d-dehen biex nagħraf

ngħix il-Magħmudija tiegħi kull ħin.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.