SUMMER CLUB 2017
- Valuri Reliġjużi: Dan il-Klabb tas-Sajf huwa dwar varjetà wiesgħa ta’ pjaċir f’ambjent Kattoliku. Kull gimgħa it-tfal ser ikunu qegħdin isaħħu l- valuri nsara ta’ mħabba u għaqda fost oħrajn
- Ħiliet bl-Avventura: il-Klabb tas-Sajf se jkollu avventuri fil-beraħ għat-tfal kull ġimgħa. Din is-sena ukoll ser nintroducu sessjoni ta’ drama u kant taħt supervizjoni ta’ għalliema qualifikata. Fl- aħħar gurnata, it-tfal ikunu jistgħu jesponu t-talenti tagħhom quddiem sħabhom u l-ġenituri.
- Għarfien Kulturali: dan il-klabb se jieħu it-tfal fuq avvanturi f’postijiet differenti, biex jesploraw flimkien dak li l-gżira tagħna għandha x’toffri, l-istorja tagħna u fl-istess ħin jieħdu gost u jkunu avventurużi.
- Tkabbir Personali: b’interazzjoni ma’ sħabhom, it-tfal se jingħataw l-opportunità li jitgħallmu ħiliet ġodda u jiżviluppaw l-kunfidenza u l-indipendenza billi jieħdu fuqhom ir-responsabbiltajiet u sfidi ġodda permezz ta’ tisjir, drama u attivitajiet oħra varji.
- Ħbiberiji ġodda: flimkien mal-gost, logħob, kanzunetti, għawm, drama u ħarġiet, it-tfal jagħmlu ħbieb ġodda u jsaħħu ħbiberiji eżistenti iżda barra minhekk dawn jiksbu l-esperjenza ta’ Ġesù bħala ħabib tagħhom. Il-Klabb tas-Sajf huwa esperjenza li ma tinsieha qatt u li se tagħti lil tfal memorji u stejjer li jibqgħu jiftakru tul ħajjithom kollha.
X’hemm fih għaz-żgħażagħ?
Żgħażagħ jistgħu jissieħbu fil-Klabb tas-Sajf u jiffurmaw wieħed mill-gruppi ddedikati speċjalment għalihom. Madankollu opportunità ta’ sfida akbar se tiġi offruta liż-żgħażagħ li tkun dik ta’ mexxej ta’ grupp tat-tfal. Il-gruppi kollha ser ikunu ssorveljati minn adult fil-ħinijiet kollha.
Il-Moviment jemmen li għandu jforni liż-żgħażagħ tal-lum b’riżorsi għall-iżvilupp personali u sens ta’ għan fil-ħajja li huma tant importanti iżda ħafna drabi mhux mgħallma fl-iskola. Permezz ta’ dan il-klabb nimmiraw biex ngħinu żgħażagħ jibnu kunfidenza fihom infushom, jingħataw ħiliet ta’ tmexxija, management tajjeb tal-ħin, ħiliet organizzattivi u l-komunikazzjoni, fost ħiliet oħra.
Allura x’qed tistenna?
Il-formoli ta’ reġistrazzjoni jinkisbu mill-Moviment Kerŷgma fil-Kunvent ta’ San Duminku, Ċentru Kulturali Kerŷgma, Rabat, jew online:
– niżżel iktar informazzjoni u l-formola ta’ applikazzjoni għat-tfal minn hawn.
– niżżel iktar informazzjoni u l-formola ta’ applikazzjoni għaż-żgħażagħ mi nn hawn.
Għal aktar tagħrif tista’ wkoll iċċempel fuq 99110888.
Formoli ta’ reġistrazzjoni jintlaqgħu fl-uffiċċju tal-Moviment Kerŷgma bl-appuntament. Reġistrazzjonijiet jiġu kkunsidrati fuq bażi first come first served u r-reġistrazzjonijiet ser jingħalqu hekk kif in-numru massimu jintlaħaq, possibbilment qabel it-30 ta’ Ġunju jew fit 30 ta Gunju. Jintalab hlas biss sabiex inkopru l-ispejjez meta ssir attivita li tinkludi trasport, dhul gewwa xi entita’ jew rizorsi ohra.