“Aħna wkoll għomja?” – Prayer Café: 28 ta’ Marzu 2014
Meta tħares lejn il-ħajja tiegħek, x’tara?
Tarhom id-dettalji?
Prova aqra ftit x’qal Fr Charles waqt laqgħa tal-prayer café u…..irrifletti.
Fr Charles beda l-ewwel parti tal-laqgħa tal-prayer café b’eżempju li ta l-Papa f’waħda mill-omeliji tiegħu (vidjow). Fejn qal li ħafna drabi l-vizjoni tagħna tkun bħal wieħed li qed jibagħti bil-kataretti u li jkollu bżonn jagħmel l-operazzjoni. Kif jagħmel l-operazzjoni jara’ dettalji li qabel ma kienx jara’. “Meta int tkun fil-grazzja ta’ Alla” kompla jżid Fr Charles, “meta int tkun fil-paċi ta’ Alla, tara’ dettalji li qabel ma kontx tarhom fil-ħajja tiegħek.” Id-dettalji li kien qed jirreferi għalihom Fr Charles, mhumiex id-dettalji ta kif ħaddieħor jridek tħares lejn il-ħajja, imma wieħed jibda jħares lejn il-ħajja kif Alla jridek tħares lejha. Għalhekk wieħed jibda jifhem aktar Alla jrid minnu għax jkun qed jara ċar, għax ikun fil-paċi ta’ Alla.
Wara l-qari tal-vanġelu, Fr Charles irrefera għalih bħala vanġelu bil-ritratti kontinwi tal-ħajja tagħna.
L-aħħar domanda li l-Fariżej staqsew lil Ġesu’, m’għadnix il-kuraġġ li nagħmluha aħna. “Aħna wkoll għomja?” Aħna kapaċi nsaqsu lil Ġesu’din id-domanda llum stess? F’dan ir-randan, fejn qbiżna aktar minn nofs, inbidel xi ħaġa f’ħajtek? Hawn ħafna, innota Fr Charles li bdew jaqraw il-Bibbja, hemm ukoll li qed jipprovaw jigdmu aktar ilsienhom biex jżommu l-paċi f’qalbhom u f’dawk ta madwarhom. Hawn min għamel ħafna sforż.
Importanti li tidħlu f’relazzjoni soda ma Ġesu’. Dan ma jfissierx li trid tkun soru jew patri jew tkun eremit f’kunvent. Kien hawnhekk fejn Fr Charles qasam magħna esperjenza ċkejkna, fejn hu kellu x-xorti li jqatta’ ġurnata f’eremitaġġ f’Ruma, fejn jgħixu f’silenżu strett, għadhom kamra, distratta minn xulxin f’ġnien kbir. Wieħed seta’ jitkellem biss waqt il-ħin tar-rikrejazzjoni. Hawnhekk Fr Charles ħass paċi f’qalbu, tkellem ma wieħed minnhom u qallu kemm hi ħajja ta’ paċi din li qed tgħixu ntom. Iżda r-risposta kienet “kieku taf Fr minn xix ngħaddu!”
Bl-istess ħaġa ngħafu fejn Padre Pio ukoll, li kien jgħix f’kunvent, ix-xitan prova jkissru, kif ukoll il-knisja. Meta qalulu biex ma jqaddis għal sentejn sħaħ, il-knisja kienet qaltulu. Ċertament ma kienx Alla li qallu.
B’dawn iż-żewġ eżempji u ħafna oħrajn, Fr Charles kompla jgħidilna li fil-ħajja tagħna, iva, hemm ħafna affarijiet li jrridu noqodu attenti għalihom, irridu niftħu għajnejna għall-kelma ta’ Alla u NARAW ID-DETTALJI. Dawk id-dettalji li l-agħma ra meta fejqu Ġesu’. Dawk id-dettalji li l-agħma ra biex wara li ġie jara’, kellu lest għalih qorti sħiħa. U huma dawk id-dettalji li tawh l-qawwa biex jfaċċja l-inġustizzji tan-nies. Mingħajr il-grazzja ta’ Alla, mingħajr dawn id-dettalji, l-agħma kien jara biss dak li ħaddieħor kien jara….imma hu għax kien fil-paċi ta’ Alla, ifaċċja s-sitwazzjonijiet bil-qawwa ta’ Alla. Huwa ħaddieħor li baqa’ agħma.
U int? Qed tara d-dettalji li tarhom biss bil-qawwa ta’ Alla?