EVANGELION: DIRETTUR ĠENERALI ĠDID U ASSEMBLEJA ĠENERALI
Evangelion: Ħarġa 72
DIRETTUR ĠENERALI ĠDID
Il-Provinċjal tal-Provinċja Dumnikana Maltija P. Frans Micallef OP, appunta lil P. Ivan Attard OP bħala Direttur Ġenerali ġdid għall-Moviment Kerŷgma.
Nawguraw ħafna lil P. Ivan għal din il-kariga l-ġdida.
ASSEMBLEJA ĠENERALI
L-Assemblea Ġenerali tal-Moviment Kerŷgma ser issir fit-28 ta’ Ġunju fis-6.30pm fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma, ir-Rabat:
AGENDA:
- Talba tal-Moviment Kerŷgma;
- Qari tal-minuti;
- Rapport Amministrattiv:
- Ħidmiet ta’ matul is-sena;
- Studju dwar l-evanġelizzazzjoni kontinwa tal-Moviment.
- Rapport Finanzjarju;
- Nomina ta’ Awdituri;
- Mozzjonijiet/emendi għall-Istatut;
- Elezzjonijiet tal-membri tal-Eżekuttiv.
Jekk ikun hemm aktar minn 8 nominazzjoni għall-Eżekuttiv il-ġdid, il-votazzjoni tibda fl-4.00pm u tibqa għaddejja sa tmiem l-Assembleja.
Membri mħallsa tal-Moviment jistghu jressqu emendi għall-Istatut u/jew jinnominaw membri għall-Eżekuttiv il-ġdid. Dan jistgħu jagħmluh sa nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2019 billi jibgħatuhom f’envelope magħluq lil –
President Moviment Kerŷgma, Ċentru Kulturali Kerŷgma, Kunvent Patrijiet Dumnikani, Misraħ San Duminku, Rabat RBT 2521. Formoli għan-nominazzjonijiet ta’ membri għall-Eżekuttiv jinkisbu mis-Segreterija jew permezz ta’ email lill-Moviment.
LAQGĦAT TAL-ĠIMGĦA
Nhar il-Gimgħa 3 ta’ Mejju ser jerġgħu jibdew il-laqgħat Prayer Cafe’ fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma fis-7.15pm. Narawkom.
ĊELEBRAZZJONIJIET TA’ JUM L-OMM
Is-Sibt 11 ta’ Mejju
Fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm ser nagħmlu quddiesa fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma fis-18:30. Wara l-quddiesa ser ikollna bibita. Kulħadd huwa mistieden.
ĊELEBRAZZJONIJIET TA’ JUM IL-MISSIER
Is-Sibt 15 ta’ Ġunju
Fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Missier ser nagħmlu quddiesa fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma fis-18.00. Wara l-quddiesa ser ikollna bibita. Kulħadd huwa mistieden.