Kompetizzjoni Presepji 2015
Il-Moviment Kerygma qed jorganizza kompetizzjoni tal-Presepji tal-Milied li wara jiġu eżebiti f’wirja li ser issir bejn 20 u d-29 ta’ Novembru 2015 ġewwa c-Ċentru Kulturali Kerŷgma, ir-Rabat. Ir-rebbieħ jingħata premju ta’ €200, waqt li dak tat-tieni post jingħata €100 u għat-tielet post – €50. Kulħadd jista’ jipparteċipa f’din il-kompetizzjoni tal-presepji li taghrif dwarha jinsabu f’dawn ir-regolamenti.
- Il-qies tal-presepju m’għandux jaqbeż il-120 ċm wisa’ bi 80 ċm fond. Il-presepju għandu jkun statiku, imma affarijiet żgħar mekkanizzati bħal xi sienja, imtieħen eċċ huma aċċettati. Jista’ jintuża kull tip ta’ materjal MINBARRA oġġetti protetti bil-liġi bħal Sagħtar eċċ. Il-materjal KOLLU użat fix-xogħol irid jissemma, u dan biex il-membri tal-Moviment ikunu jistgħu jagħmlu nota miktuba fuq kull mejda tal-wiri għal benefiċċju ta’ kompetituri oħra u tal-pubbliku li jżur il-wirja.
- Il-ġurija sejrin jagħtu l-punti tagħhom fuq: l-oriġinalità, artistrija, il-grotta u l-madwar, irfinar fix-xogħol, perspettiva u proporzjon, tqassim ta’ pasturi u wkoll effetti maħluqa permezz ta’ dwal jew ilma. Presepji mingħajr dwal ukoll jiġu aċċettati u ma jsir ebda tnaqqis ta’ punti fihom. Fl-ebda post tal-presepju ma jista’ jitħalla fejn jidher, l-isem jew xi dettalji oħra li jistgħu jagħtu xi ħjiel ta’ min huwa l-presepju. Min jagħmel dan ikun qed joħloq kunflitt ta’ interess u b’hekk jiġi skwalifikat mill-ewwel.
- L-esebituri jridu jġibu u jieħdu x-xogħol tagħhom fil-ġranet mogħtija lilhom mill-Moviment. Ir-reġistrazzjoni tagħlaq hekk kif il-postijiet jimtlew u mhux ser ikun hemm data ta’ għeluq. Il-Moviment Kerŷgma jżomm d-dritt li jista’ ma jaċċettax xi presepji, mingħajr ma jagħti spjegazzjoni.
- Id-deċiżjoni tal-ġurija għandha tkun DEJJEM finali.
- Il-premjijiet ser ikunu hekk: L-ewwel post €200, it-Tieni post € 100 u t-Tielet post € 50. Ċertifikati ta’ parteċipazzjoni ser jiġu mogħtija wkoll lill-kompetituri KOLLHA. Id-data tal-premjazzjoni tingħata mill-membri tal-Moviment,
- Il-ħlas ta’ €10 jsir mar-registrazzjoni u kull individwu jista’ jippreżenta presepju wieħed. Għal aktar taghrif cemplu fuq 99110888