Il-Fidi tagħna skont l-aptit? – Prayer Café: 26 ta’ Settembru 2014
Il-Fidi tagħna skont l-aptit?
Hekk irrefera Fr. Charles għall-Qari mil-Evanġelju skont San Mattew (21: 28-32) tal-Ħadd li ġej, fejn kompla jgħid li l-evanġelju jidher sempliċi u għandu qawwa kbira tal-għażliet li nagħmlu aħna ta kuljum fil-ħajja tagħna.
Ejjew nagħtu ħarsa x’joħroġ minn dan l-Evanġelju kif spejgah Fr Charles….Evanġelju li juri
- Il-Fidi tagħna tal-aptit…..
- Ir-Reliġjon tagħna ngħixuha bl-iskossi….
- Ma nafux ngħidu iva sew lil Alla…
- Toħroġ ukoll id-dgħjufija tal-bniedem fejn ma jafx jgħid iva lil Alla…
- Kif ukoll il-kalkoli li nagħmlu m’Alla… dak li sa nigwadanja.
- U fuq kollox..fejn jidħol Ġesu’; jidħol l-aptit.
Dawn huma għażliet li jbegħduna minn dak li jrid Alla minna, għażliet fejn aħna nfluwenżati minn dak li qed jiġri madwarna. Fejn jiena nagħmel dak li jgħidu n-nies u dak li jagħmlu n-nies. Fejn l-uniku messaġ li jagħtini Ġesu’ ma nisimgħux. Allura importanti li nagħmlu għażliet tajba. Imma….
Minn fejn ninduna li Alla jrid xi’ħaġa minni?
Fost in-nies li kienu preżenti, semmgħu; Kuxjenza, xogħol, mit-talb, decizjonijiet u ċirkonstanzi.
Kif jħobb jagħmel Fr Charles, jagħti eżempji konkreti li għadda minnhom hu stess, hu wera kif meta tagħmel vista f’Santwarju, ( u dan jista’ jkun f’Malta ukoll) il-Madonna u Ġesu’ jkelmuna. Fr Charles irrakonta kif meta kien pellegrinagg f’San Giovanni Rotondo, kien qed jaqsam it-triq f’xita qawwija niezla faċċata tiegħu, u minn warajh jiġi wieħed u jwaqqfu, jsaqsih jekk jistax iqerr għax kien għadu kemm wasal u sabhom magħluqin. Għall-ewwel ħaseb ħażin fih, imma x’ ħaġa qaltlu ‘qerru issa’ u f’dik ix-xita qawwija taħt umbrella, Fr Charles ħass li hu għandu jkun dispost kullimkien u kull ħin. Ġesu’ ma jtikx messaġġ fl’ajru imma messaġġ li jolqtok.
Għalhekk aħna irridu nkunu disposti għall-Ġesu’ u mhux bħal dawn iż-żewġ aħwa fejn wieħed qallu le umbagħad obda u l-ieħor qallu le u ma marx. Aħna jridu ngħidu IVA mill-ewwel lil Ġesu’. Pero’ biex naslu għal-dan, irridu noqodu attenti li ma nkunux ipokriti.
“Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla.”
Ġesu’ jgħidilna f’dan l-Evanġelju li minkejja id-devozzjoni tagħna, xorta nistgħu ma nidħlux fis-saltna t’Alla. “Għaliex? Għax huwa faċli mal-Mulej ngħixu ħajja ipokrita, per eżempju, tista tkun bniedma li tħaffer l-għatba tal-knisja u tkun ipokrita wkoll. Fejn il-messaġġ ta’ Ġesu’ mintix twetqu u tagħzel biss il-klikka tiegħek biex issiru qaddisin flimkien.” U din kienet is-sistema legalizzata tal-Farizej. Għax Ġesu’ kien qed jikxef l-ipokrezija tagħhom u għalhekk riedu joqtluh. Dan narawh ċar f’dan l-Evanġelju. Fejn Ġesu’ qed jgħidilna, ‘oqgħodu attenti x’tip ta ħajja qed tgħixu għax ma tidħlux fis-saltna t’Alla.’
Kemm qed nressqu nies lejn Ġesu’? Kemm qed ngħinu lil xulxin? Fr Charles għamilha ċara li tgħin mhux bil-paroli u bil-jaħasra imma bil-fatti, billi xxammar il-kmiem u taħdem fl-għalqa tal-Mulej.
Qiegħdin ngħixu fs-soċjeta’ avvanzata fil-kommunikazzjoni, iżda minn naħa l-oħra naraw soċjeta’ avanzata fil-qtugħ tal-kommunikazzjoni. Tfal u adulti mitlufin fuq l-I.T.. I.T l-iskola bix-nitgħalmu, I.T. wara l-iskola, nirċievu notes bl-email u nagħmlu x-xogħol tal-iskola fuq il-kompjuter. Imma l-kommunikazzjoni qed tonqos. Anki fuq il-postijiet tad-divertiment, in-nies naqsu. Aħna rridu naħdmu fl-għalqa tal-Mulej. Għandna bżonn nikkomunikaw sew ma xulxin, ngħinu lil xulxin nisimgħu lil xulxin.
Fr Charles fetaħ id-diskussjoni fejn il-mistoqsija kienet:
Fejn hi l-għalqa tal-Mulej tiegħek?
Hawnhekk infetħet id-diskussjoni man-nies preżenti fejn kien hemm min qasam il-ħsibijiet u l-esperjenzi tiegħu ma’ dawk preżenti.
Il-laqgħa li jmiss issir nhar il-Ġimgħa. Narawkom hemm!