Int tista’ tagħmel il-Ġid – Prayer Café: 22 ta’ Marzu 2014
“Il-Mulej jagħmel magħna ħwejjeġ kbar bl-iktar modi li l-anqas biss naħsbuhom. Ifmuha sew x’qed ngħid.” B’dan il-ħsieb Fr Charles fetaħ il-prayer cafe’, immedjatament wara, uriena dan il-video:
Intlaqet ħafna mhux biss il-vuċi qawwija tas-Soru, imma r-reazzjoni. Tant apprezzaw it-tajjeb li kien hemm min beda jibki u min baqa’ bla kliem. Aħna lkoll bil-għatx għal xi ħaġa tajba. Xi ħaġa li l-Papa qed jitkellem ħafna dwara. Intwera b’mod ċar u qawwi x’jiġri meta nintelqu f’idejn Alla;
ma nafux fejn ħa jwassalna.
kif ħa jużana, b’liema mod.
Biex inwasslu tbissima u l-bxara t-tajba.
Il-Papa ħareġ ktieb li sa jiġi meqlub bil-Malti. Dan ħa jkun qawwi u mportanti daqs il-Vanġelu. Huwa ktieb li jitratta fuq xi jrridu nagħmlu bħala nsara llum.
Bħal din is-Soru, aħna wkoll għadna x’nagħtu; bl- eżempju tagħna, bl-għemil tagħna, aħna nistgħu inkissru l-arroganza tas-soċjeta’ tal-lum. Aħna għandna don kompla Fr Charles.
Il-laqgħa li Ġesu’ kellu mas-Samaritana, hija l-istess laqgħa li Ġesu’ jkollu magħna. Aħna bil-għatx għall-ispiritwalita’, li jrridu nħossuh aktar lil Ġesu’. Qed infittxu lilhu u ma nafux fejn ħa nfittxu. Infittxuh fl-affarijiet materjali. Bħas-Samaritana; lil Ġesu’ talbitu ‘agħtini nixrob jekk għandek l-ilma tal-ħajja ta dejjem.’ Hi ma fehmitx x’kien qed jgħidilha Ġesu, bħalma fehmuhx id-dixxipli aktar tard, bħalma ma nifmuhx x’jrrid Ġesu’ minna. Iżda Ġesu kien qed jeduka lis-Samaritana, billi qalilha x’inhi l-ħajja tagħha.
Din il-mara, imbagħad marret tgħid lis-Samaritani b’dak li ġrala. Qalet biss li ntaqet ma xi ħadd li qalla d-dnubiet tagħha. B’dan biss hija kaxkret ġens għal wara Ġesu’. Fejn is-Samaritani, ikkonvertu mhux b’dak li qalet il-mara, imma b’dak li semgħu u raw b’għajnejhom. Jiġifieri, meta aħna nfittxu lil Ġesu’, Hu ħa jużana KIF AĦNA. Sa jsibna KIF AĦNA. Ġesu’ sa jwassal il-kelma tiegħu billi jużana KIF AĦNA.
Din il-mara ġabet ħafna skużi lil Ġesu, l-problemi li kellha biex ma toqodx ġejja u sejra bl-ilma…L-istess mod, aħna jkollna l-problemi tagħna; l-inġustizzji li qed insoffru, xi ħaġa li qed tinkwetana fil-familja. Għal Alla ma hemmx xi ħaġa li ma tistax issir.
INT FEJN INT, INT MIN INT, INT TISTA’ TAGĦMEL IL-ĠID. U ĠESU’ JRIDEK TIBQA TAGĦMEL IL-ĠID.
Noti meħudin waqt laqgħa ta prayer cafe’ immexxija minn Fr. Charles Fenech nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu 2014.