L-Imħabba ssalva l-ħajja, d-droga teqridha – laqgħa mmexxija mill-aġenzija Sedqa
Il-Laqgħa Prayer Cafe, ta nhar il-Ġimgħa 7 t’Ottubru ġiet immexxija minn żewġ rapprezentanti mill-Agenzija Sedqa; Ms Glorianne Galea u Ms Stacey Grima.
Kienet laqgħa fejn tqajjmu l-mistoqsijiet bħal:
- Għalfejn wieħed jieħu jew jipprova d-drogi, anke meta jkun jaf bid-deni li din se tikkaġunalu?
- X’tipi ta’ Droga qegħdin niltaqgħu magħhom?
- X’karatteristiċi nistgħu naraw f’persuna biex nindunaw li din qegħda tieħu d-droga?
Minn video b’nies jagħtu xhieda ta’ kif / għaliex waqgħu fil-vizzju tad-drogi, ħareġ li dan jagħmluh:
- Biex isiru parti minn grupp.
- Għal gost u biex jirrilassaw.
- Biex jaħarbu mir-realta li jkunu fiha.
- Biex jesperimentaw xi ħaġa ġdida.
- Biex iħossuhom adulti.
- Issib min jeħodha biex jirribella.
Ssib min jieħu d-droga minn darba sa darbtejn biex jipprovha u jieqaf jeħodha. Imbagħad issib min jibda jeħodha aktar frekwenti biex tgħinu jibdel il-burdata. U hawn se jibda l-inkwiet għax qegħed issir dipendenti fuqha. Issib ukollmin sar dipendenti fuqha. (Addicted ) Meta tqum u torqod taħseb biss kif se ġġib id-droga. Meta tasal f’dan l-istat wieħed jkollu bżonn għajnuna professjonali biex joħroġ minnha.
Jezistu ħafna tipi ta’ drogi u l-effetti li jħallu huma diversi.
Iktar Informazzjoni Hawn!
More Info Here!
Ngħalaq billi nistedinkom tiġu għal laqgħa li jmiss. Il-Laqgħat issir kull nhar ta’ Ġimgħa fis-19:15.