Midinbin? – Prayer Cafè – 4 ta’ Marzu 2016
Il-laqgħa Prayer Cafe ta’ nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu bdiet bil-qari tal-Vanġelu meħud minn Lq 15:1-3,11-32. Dawn li ġejjin huma xi ftit mill-punti li ġew tratati waqt il-laqgħa.
F’dan il-vanġelu nsibu żewġ gruppi ta’ nies li qegħdin jiġru wara Ġesu biex jisimgħuh. Nsibu l-Pubblikani u l-Midinbim, li huma għatxana biex jisimgħuh; u hemm wkoll il-Fariżej u l-Imgħallmin tal-Liġi li wkoll iridu jisimgħuh imma biex jonsbuh u jagħtuh xi gambetta. Infatti fil-bidu ta’ dan il-vanġelu nsibuhom igergru li Ġesu kien jilqa’ nies midinba għandu. Għandna dawn iż-żewġ aspetti tal-ħajja tal-bniedem li jorbtu wkoll mal-aspetti fiż-żewġt personaġġi msemmija fil-parabola. Il-Missier fil-parabola jirraprezenta lil Alla l-missier.
F’din il-parabola tal-Iben il-Ħali għandna 4 aspetti fil-ħajja tal-bniedem u minnha rridu naraw x’jolqotna speċjalment f’din is-sena tal-ħniena; irridu naraw x’nistgħu nieħdu minnha għal ħajjitna. Il-vrus li ma nisimgħux huma żewġ paraboli oħra, il-parabola tan-ngħaġa l-mitlufa u l-parabola tat-talent il-mitluf. Meta Papa Franġisku nieda s-sena tal-Ħniena minħabba raġunijiet li jixtieq idaħħal l-ideja tal-Ħniena f’dinja fejn il-ħniena sfortunatament qegħed tgħib; kellu dan il-vanġelu quddiemu- speċjalment il-parti tan-nagħġa l-mitlufa li hi wkoll l- logo ta’ din is-sena. Dan il-vanġelu ta’ San Luqa infatti jissejjaħ il-vanġelu tal-ħniena. San Luqa jurina li meta seħħet din il-ġrajja lu Ġesu kien riesaq lejn il-post li fih kien se jirċievi l-martirju. San Luqa jiddedika għaxar kapitli għal din il-mixja. Il-fus ta’ dawn l-għaxar kapitli huwa dan il-vanġelu; bih San Luqa ried jurina s-sens tal-Ħniena fil-missjoni ta’ Ġesu. Dawn it-tlett paraboli taqadhom is-sens ta’ imħabba gratwita, abbundanti u bla qies li għandu l-Missier speċjalment lejn il-bniedem midneb; il-bniedem mitluf. In-nagħġa u l-iben li ntilfu u reġgħu instabu b’ferħ kbir!
Din il-parabola fiha 4 taqsimiet differenti:
- Il-pretensjonijiet tal-Iben iż-żgħir u l-firda minn ma missieru.
- Il-ħajja mtajjra u l-waqgħa fil-ħama kemm spiritwali u kif ukoll morali tal-Iben il-Ħali.
- L-Indiema u d-deċizzjoni li jerġa jersaq lura lejn missieru .
- L-aspett tal-Iben il-Kbir.
F’din il-parabola sempliċi u magħrufa minn kulħadd irridu nirriflettu l-aspett tal-ħniena fiha. Hemm min isejjħilha l-vanġelu tal-vanġelu; jekk il-kotba kollha tal-vanġelu jinqerdu din il-parabola tiġbor fiha il-messaġġ sħiħ tal-vanġelu tal-ħniena u l-abbundanza. Ġesu b’din il-parabola ried iħalli messaġġ x’għamel l-Iben il-Ħali iżda riedna wkoll nħarsu lejn l-Iben il-Kbir. Ngħiduha kif inhi aktar nixxiebhu mal-Iben il-Kbir, Ġesu jridna nindunaw li m’għandniex naqgħu fil-preġudizzju tal-Iben il-Kbir. Ħaġa li Papa Franġisku jirrepeti kontinwament. Preġudizzjoni li naqgħu fih bla ma nafu kif u xi kultant kif ġie ġie.
L-Iben il-Kbir kien jintrabat mal-Farizej u l-Imgħalmin tal-Liġi. Huwa ma telaqx mid-dar ta’ Missieru, segwa l-liġijiet ‘ “ma berbaqtlekx flusek” qallu lil missieru’ pero li ma tiksirx il-liġi biss nkunu għadna ‘l bogħod fil-mixja tal-fidi. L-Iben il-Kbir m’aċċettax lil ħuh lura – daħlet is-suppervja. Meta neżaminaw ħajjitna u nqabbluha ma tal-Iben il-Kbir – irridu noqgħodu attenti. L-Iben il-Ħali dineb imma qabad it-triq lura lejn il-Missier – lejn il-konversjoni. Jekk aħna nsara tajba rridu ngħarblu l-messaġġ li jrid jagħtina Ġesu. Noqgħodu attenti ma nagħmlux bħal Farizej – “Jien pur – ħadd ieħor irid jinbidel/jirranġa.” Parabola mimlija b’rakonti ta’ żbalji, żbal tal-Iben iż-żgħir, tal-Iben il-Kbir, imma l-iżball ċentrali hu li aħna ma nindunawx fejn aħna. U allura neħlu, nilludu ruħna li mexjin imma nibqgħu mwaħħlin mal-użanzi u d-drawwiet li m’għandniex il-kuraġġ li ninqatgħu minn magħhom. Hawn ġiet kwotata sentenza li qal Fr Philip Cutajar waqt eserċizzi “Aħna l-Maltin għandna bżonn nieqfu ngħixu r-reliġjon, u r-reliġjosita u nibdew ngħixu l-FIDI.” Jekk ngħixu l-Fidi ; ir-reliġjon u r-reliġjosita tiġi waħeda – issir l-istil ta’ kif ngħixu. L-iskop ta’ din il-parabola hu li twassalna biex nifmhu min hu Alla, x’inhu l-ġudizzju tiegħu. Il-ġudizzju t’Alla lilna jdejjaqna għaliex hu mibni fuq kriterju differenti minn tagħna u naħsbu li huwa inġust.
Hawn ġejna mfakkra fil-parabola meta s-sid ħareġ ifittex ħaddiema – mar fl-ewwel siegħa u baqa ħiereġ f’ħinijiet differenti isib ħaddiema aktar. Meta ġie biex iħallas – ħallas lil kulħadd l-istess! X’agħmlu dawk li ġew fl-ewwel siegħa? Bdew igergru. Ppretendew li dawk li kienu bdew jaħdmu fl-ewwel siegħa kellhom jieħdu aktar minn dawk li ġew warajhom. Imma ‘s-sid’ ALLA rrispondihom: “b’ġidi – b’dak li hu tiegħi ma nistax nagħmel li rrid jien?” Dak li kien wegħdhom kien tahulhom.
Matul din is-sena tal-Ħniena meta nisimgħu li rridu nkunu ġeneruzi ma l-oħrajn naħsbu li kemm il-darba nħabbtu lil ġar tagħna u ngħamlu paċi miegħu nkunu lħaqna l-iskop ta’ din is-sena – imma fil-fatt rridu nibdew minna nfusna – irridu naħfru lilna nfusna, għaliex jekk iktar iridu nkunu qrib t’Alla rridu naħfru u ninsew li rċevejna xi tort u ninsew li għandna f’qalbna għal ħaddieħor għaliex interessanti li l-Mulej jgħidilna ħobbu l-għadu tagħkom dik hija t-‘twist’ importanti mit-Testment l-Qadim għat-Testment il-Ġdid li nindunaw li l-ewwel għadu tagħna mhux ta’ ħdejja jew ta’ faċċata huwa aħna stess għax inżommu f’qalbna; meta lil Ġesu kienu qegħdin jaħqruh mingħajr ħtija kif stqarr Pilatu stess: “ Jien ma nsib l-ebda ħtija f’dan ir-raġel.”( U dan lanqas kien xi dixxiplu ta’ Ġesu! ) Ġesu xorta talab għal min kien qiegħed jaħqru minn fuq il-forka – s-salib tiegħu – ħafer lil min kien qiegħed jaħqru. Mela aħna ma rridux nibqgħu irrabjati. Huwa diffiċli. Pero għandna l-għajnuniet – għandna l-Ispirtu t’Alla li jista’ jieqaf magħna. Irid jkollna l-Fidi mhux r-reliġjosita – il-FIDI li ċċaqlaq il-muntanji. Biex aħna dejjem nersqu lejn il-perfezzjoni – il-fidi li twassalna nifhmu li fejn ma naslux aħna hemm Ġesu jaqbeż għalina. Il-Papa Franġisku jħobb jgħid li Ġesu għad għandu l-Pjagi f’idejh u f’saqajh; u kull meta jrid jinterċjedi għalina lill Alla ’l missier jgħidlu ‘ Dawn minħabba fihom għamilthom biex nressaqhom lejn imħabbtek.” Irid ikollna Fidi li għandna lil xi ħadd jaqbeż għalina. Għaliex il-Fidi tgħina naslu fejn ma naslux weħidna – tagħtina fiduċja li Ġesu qiegħed jaqbeż għalina. Imma sfortunatament aħna l-aktar sentimenti faċli għalina huma l-vendetta u t-tpattija – allura s-salib huwa skandlu għax fuqu Ġesu urina li t-tweġiba għal vendetti mhumiex il-vendetti oħra imma l-imħabba u għalhekk is-Salib idarrasna.
Lura għal parabola tal-qari tal-vanġelu ta’ nhar il-Ħadd li ġej. Fiha għandna l-sfond ta’ dar din tirraprezenta d-dinja. L-Missier/ir-raġel jirraprezenta lil Alla. Nsibu wkoll lil qaddejja – mela kien hemm universalita. Mhux il-figura tal-iben il-Ħali ddarras lil Alla iżda l-figura tal-iben il-kbir li ħafna drabi jirraprezenta lilna. Ta min isemmiha l-Parabola tal-Missier il-Ħali fl-Imħabba din il-parabola. Niftakru li madwarna hemm ta’ denbu twil ma saqajna u dejjem jimlilna moħħna b’idejat żbaljati dwar Alla; għaliex dejjem nippretendu li Alla għandu jagħmel l-affarijiet kif irridu aħna u mhux kif jaħseb li l-aħjar Hu għalina. U b’hekk tonqosna l-umilta.
Fil-Bibbja nsibu ġrajjiet oħra fejn naraw l-infinita tal-Imħabba t’Alla. Per eżempju fit-tieġ ta’ Kana biddel 600 litru ilma f’inbid, bihom kien jisqi raħal sħiħ; fit-tkattir tal-ħobż nġabbru tnax-il-qoffa wara li kiel kulħadd; is-sajda mirakoluza tant qabdu ħut li kienu se jgħerqu. Dawn kollha juruna l-abbundanza tal-Imħabba t’ Alla.
Anke minn fuq is-salib permezz ta’ Kristu, Alla qiegħed jgħidilna biċċirni, sawwatni, oqtolni, offendini imma jien nibqa’ nħobbok xorta.
Fil-parabola ta’ llum nsibu żewġ ulied li jirraprezentaw aspetti differenti mill-ħajja tagħna. Ma min nqablu ruħna mal-iben il-kbir jew iż-żgħir jew qisna pendlu daqqa bħal wieħed u oħra bħal ieħor?! Iż-żgħir talab lil missier jagħtih sehmu mill-ġid tiegħu,(dan jirrifletti kif aħna bħala soċjeta irridu nwarrbu lil Alla, nilludu ruħna li sirna allat minfloku!) l-missier ma jmerrihx, jaqsam ġidu maż-żewġ ulied, stmagħhom l-istess. Mela Alla ried itina l-liberta, Alla ma jrid lil ħadd skjav tiegħu – iridna miegħu b’għażla libera. Kemm il-darba nisimgħu min jgħid li r-reliġjon tgħamlek skjav – għax għandek ħafna regoli – imma l-iskop tar-reliġjon hu li nkunu ferħana “Il-ferħ tagħkom jibda minn din id-dinja.” Ħafna drabi hawn min ifittex il-ferħ f’drogi, fix-xorb iżda dawn huma ferħ ta’ ftit mumenti biss, b’konsegwenzi koroh. Kulħadd irid id-DRITTIJIET imma id-DMIRIJIET ħadd ma jridhom. U dan iġib miegħu nuqqas ta’ rispett. Qabel tela’ s-sema Kristu tagħna kmandament tal-Imħabba. Dan jitlob minna li naħfru u li jkollna ħniena. Irridu nimxu kontra l-istint tagħna ta’ tpattija, rridu nżommu kontrol fuq ir-rabja. Alla ħares Alla kellu jirraġuna bil-mod tat-tpattija għax kieku kollha rasna maqtuha!
Fil-parabola nsibu li l-Iben il-Ħali wara li missieru tah sehmu mar u berbaq kollox u telaq lejn id-dezert – waqa’ ġuħ kbir f’dak il-pajjiz tant li kellu jmur jirgħa l-ħniezer. Ħafna drabi ssib min jistaqsi ‘ Imma Alla fejn kien f’xi dizgrazzja bħal dik tal-holocaust’ Kien hemm f’nies eroj bħal Edith Stein, Maximillion Kolbe. Dak iż-żmien ir-rgħajja tal-ħnieżer lanqas kienu jitħallew jidħlu fil belt – mela l-iben il-Ħali kien mess il-qiegħ nett. F’dik is-sitwazzjoni irejalizza li l-qaddejja f’dar missieru kienu ferm aħjar minnu – nidem u qabad it-triq lura lejn dar missieru – beda l-proċess tal-konversjoni. Malli rah ġej il-missier ma qagħadx janalizza b’liema indiema ġie lura iżda niżel jiġri u tah merħba b’tgħanniqa. Hawn tidher il-Ħniena bla limiti tal-Missier. L-maħfra tagħna hekk jew nfittxu l-kompromess? Jien nċedi biċċa u inti oħra! X’ħin l-iben jistqarr dnubietu l-missier lanqas qagħad iwiddbu imma ordna li ssir festa għax Ibnu kien mejjet u issa reġa’ qam. Libbsuh ċ-ċurkett u z-zarbun. Issa jidħol l-iben il-kbir fl-istorja li malli sema’ li l-missier kien qegħed jagħmel festa għal ħuh, issupervja u lanqas ried jidħol. Mudell ta’ kif inġibu ruħna aħna li mmorru l-knisja sfortunatament, nkejlu kollox bix-xiber tagħna, il-ġustizzja nagħtiha b’kompromess mhux gratwita.L-Iben il-kbir għażel li jinqata’ ’l barra mill-festa għaliex l-kriterji tal-Missier ma kienux tiegħu. L-istess jiġri lilna meta nġibu ruħna bħal Farizej naħsbu li aħna bla difetti. Issa niftakru li fil-bidu tal-parabola nsibu li l-missier qasam ġidu bejn it-tnejn indaqs. Mela dan ta’ l-aħħar kien ħa daqs l-ieħor. Dan juri nuqqas ta’ apprezzament ta’ dak li kien ġa ħa l-iben il-kbir.
Nirriflettu fuq il-ħajja tagħna fuq dawn l-erba’ mudelli: Pubblikani u l-midinbin; l-Farizej; l-Iben il-Ħali u l-Iben il-Kbir. Liema aspett jgħodd għalija fil-ħajja tiegħi? J’Alla l-mudell tagħna jkunu l-Pubblikani u l-midinbin, għax hekk ngħarfu li aħna midinba u li għandna bżonn il-maħra, u nistgħaġbu bit-tgħalim li għallimna Ġesu. Imma irridu nkunu wkoll bħal mudell tal-Iben il-Ħali li għaraf dnubietu u beda l-mixja lejn il-konversjoni. Mela ma rridux inkunu riġidi bħal Farizej u lanqas suppervji bħal Iben il-Kbir. Irridu niftħu qalbna kif dejjem itenni Papa Franġisku għal Ħniena u l-Maħfra t’Alla.
Il-laqgħa spiċċat bi kwotazzjoni ta’ Santu Wistin: INTI QATT MA TITLAQNA MULEJ IMMA AĦNA NSIBUHA DIFFIĊLI LI NIĠU LURA.