Prayer Café #2 (28 Ħadd Ċ)
28 Ħadd ta’ matul is-sena.
Noti mil-laqgħa Prayer Cafe’ tal-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru 2013
Waqt il-laqgħa tal-Kerygma Fr. Charles Fenech tkellem fuq il-vanġelu tal-Ħadd li jmiss. Dawn huma ftit spunti meħudin mid-diskors tiegħu.
Aħna nieħdu for granted li ma nirringrazzjawhx lil Alla għax għandna dritt għalihom għal dak li nitolbuh. Kuljum inpapċu, kulħadd, mhux in-nisa biss. Nibżgħu mis-skiet, umbagħad ħin lil Alla m’għandix ħila ntuh.
Iva, nibżgħu mis-skiet. Waqt adorazzjoni, għax mhux imdorrijin, moħħna jiġri bina. Ma nħallux spazju għal intervent tagħna m’Alla.
Aktar ma nisimgħu l-kelma t’Alla, iċċartilna qalbna fil-kuntens tagħha.
Fiż-żmien Gesu’, l-lebbra, ma kienx hemm fejqan għaliha, allura kull min kien ikun marid biha, jrid jitlaq mis-soċjeta, jinqata’ għaliex il-marda ġġib epidemija sħiħa, ikollu joqgħod fit-tarf tas-soċjeta’ u ma kellu ebda dritt ta’ bniedem. Kien ikollhom jgħajtu “Jien imġiddem.” Ħalli ħadd ma’ jersaq lejhom.
Iżda dawn flok għajtu hekk qalu “Mgħallem, ikollok ħniena minna.”
Gesu’ kien spontajnu, u qalilhom “Morru uru rwieħkom lill-qassisin.” Għax Hu kien jaf li ħa jfiqu u bagħathom biex jirringrazzjaw.
It-Time Frame tagħna mhux bħal ta’ Gesu’. Mhux kull meta nitolbu, huwa jfejjaqna.
Wieħed biss mar jirringrazzja lil Alla. Hawnhekk niftħu għajnejna, għax anki t-talb tagħna mhux dejjem ikun sew. Kemm qed nirringrazzjawh lil Alla fit-talb tagħna? Aħna bħala nsara maturi, bħala koppji, komunita’ jridu nirringrazzjaw lil Alla.
“Morru uru rwieħkom lill-qassisin, il-fidi tiegħek fejqitek.” Fejnha l-fidi tagħna, l-liema barometru qegħdin? Henjin dawk li ma rawx u emmnu.”
Għandna bżonn nagħmlu reviżjoni tat-talb tagħna. Għandna bżonn inbiddlu l-attitudni tat-talb tagħna. Ma nistgħux nibqgħu nitolbu biss meta tinqala’ xi emergenza, meta nkunu fi krizi. Ma nkunux parti mid-disgħa. Jekk int ma titlobx u tirringrazzja lil Alla kuljum, mela int nisrani part time. Kultant aħna nsara tal-krizijiet; meta niġu darna mal-ħajt induru lejn Alla. Ma nistgħux nibqgħu hekk. Iridu nkunu nsara ta’ veru.
Dan il-vanġelu jagħti indikazzjoni tal-qrar. Ineħħi l-ġdiem. Il-qrar irid jsir ta’ spiss, mhux ta’ żewġ sekondi qabel il-quddies. Trid tkun rutina, bħal meta jżomm rutina li tmur għand id-dentist. Il-qrar huwa l-istess. Fil-qrar niftħu relazzjoni beraħ mal-Mulej. Il-Mulej ma jħarisx lejn l-uċuh jew lejn il-ġdiem.
Qegħdin inħossu l-fidi qed tfejjaqna? Għax emmint fil-kelma fiqt. Aħna nisimgħu ħafna, imma nemnu fiha?
It-talb għandu qawwa kbira. Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb. Kif? Ezempju, dik il-persuna li int tevita biex ma tkellimix, itlob fuq din il-problema u ħalli l-fidi tiegħek tgħinek mhux kif taħseb int.
Nitolbu bil-fidi u nirringrazzjaw lil Alla.
Diskussjoni
l-għaxart irġiel għarfu li għandhom bżonn l-għajnuna u għamlu x’ħaġa fuqha. X’għamlu?
l-ewwel ma stħawx juru wiċċhom u l-problema tagħhom u resqu HUMA lejn Ġesu’. Taħseb li Ġesu’ ma kienx rahom qabel? Imma jekk aħna ma nitolbuhx l-għajnuna u mhux ħa jdejjaqna . Jħalli lilna ngħamlu l-ewwel pass. Kwazi f’kull meraklu narawha din. Li dejjem kienet il-persuna li resqet għall-għajnuna għand Gesu.
Aħna meta fil-ħajja tagħna jkollna xi problema jew sitwazzjoni, nirrikorru għand il-prof. tabib, avukat ect. Dan huwa tajjeb li ngħamluh, imma kemm minna nersqu quddiem Ġesu’ u nitolbuh? Kemm minna nemmnu li huwa Hu li jnaddaf kull ġdiem….basta nersqu aħna l-ewwel.
Mela għaraf li għandek bżonnu, ersaq lejh, itlob u emmen bil-fidi u faħħar.
Gesu’ jgħin lil kull minn jitolbu. Meta Gesu’ jisma l-bikja tagħna, it-talba tagħna, Gesu’ qatt u qatt ma jdawwar wiċċhu u jinjorana. Fil-Bibbja,kull min resaq lejn Ġesu’, Ġesu’dejjem kellu risposta jew fejqan għalih.
Sikwit insibu lil Ġesu’ jgħid “il-fidi tiegħek fejqitek”.
Issa ħa niġu għall- parti tal-fejqan. Għaliex dawn fiqu u jien li tant ili nitlob lill Ġesu x’ħaġa għandni ma qlajtix? Jista’ jkun il-fidi qed jżommni? U jekk hi l-fidi. mela ħa nara x’inhi sew il-fidi għax JRID nfiq, JRID naqla dak li qed nitlob jew risposta.
Int x’taħseb? Temmen li Alla huwa miegħek u tista tegħleb kull dnub u ġdiem? Temmen li dan tista’ tagħmlu biss bil-fidi?
Il-fidi hija x’ħaġa spiritwali ma tarahiex. Hija kif naħseb jien, kunfidenza f’Alla u temmen. Fil-Bibbja, naraw kif Abraham, sar il-kampjun tal-bniedem tal-fidi. Il-bniedem li hu miftuħ għal Alla. Bniedem li jobdi minkejja li ma jifhimx. Il-bniedem li jittama minkejja li ma kellu l-ebda tama quddiemu.
U ħaġa oħra! Aħna t-tfal ngħidulhom, x inhi l- magic word? U jgħidulek “Thank you”.
Mela aħna t-tfal ngħalmuhom jgħidu thankyou lill ġenituri, lill-għalliema ect. Ngħalmuhom ukoll jgħidu thankyou lil Alla? U fuq kollox mhux li ngħidulhom biss għax l-eżempju jkaxkar!
Mela minn din is-silta x’sa nieħdu magħna d-dar?
Għaraf li għandek bżonnu, ersaq lejh, itlob u emmen bil-fidi u faħħar.
Id-diskors tal-Arċisqof fil-festa ta’ Kristu Re’ 2012 huwa relevanti: