Il-Mulej qed isejħilna!
Nistednukom flimkien għall-Mixja mal-Mulej
Nixtiequ nistednukom flimkien għall-mixja mall-Mulej kull nhar ta’ Ġimgħa minn nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru 2014. Mixja mall-Mulej biex nikbru aktar fit-tagħlim iżda jkollna ċ-ċans li naqsmu esperjenza ħajja tal-fidi tagħna flimkien.
Il-laqgħat isiru fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma fis-7.00 pm fil-kunvent tad-Dumnikani r-Rabat. Fis-6.30 pm ikun hemm quddiesa fil-knisja mmexxija minn Fr. Charles Fenech OP.
Ikun hemm laqgħat għal-:
ADULTI PRAYER CAFE laqgħat immexxija minn Fr. Charles Fenech OP
ADOLEXXENTI TEENS FOR JESUS immexxija minn Sarah Barbara
TFAL KIDS FOR JESUS immexxija minn Joanna Giordmiana u Katia Camilleri.
Kulħadd jista jattendi u jiltaqa b’mod personali ma’ Ġesù. Ejja Bħala familja u tara l-bidla liseħħ fik.
Għalhekk żomm dan l-appuntament mal-Mulej, kull nhar ta’ Gimgħa fis-7.00pm fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma.
Għal-iktar informazzjoni, għafas hawn!