Prayer Cafè: IS-SITT ĦADD TAL-GĦID – Intervista ma’ Rebecca Kiessling minn Fr. Hayden
Meta kellha 18-il sena, Rebecca skopriet li, barra li kienet addottata, hi kienet ġiet imnissla bħala riżultat ta’ stupru. Ommha darbtejn riedet tagħmel abort, imma fl-aħħar m’għamlitux. Saret taf b’din l-istorja meta ltaqgħet ma’ ommha naturali.
Għaddiet minn proċess iebes. Ta’ 15-il sena kienet għamlet esperjenza ta’ Ġesu’. Imbagħad, ta’ 18-il sena sabet din is-sitwazzjoni ma’ wiċċha. Imma bl-għajnuna tal-Mulej waslet biex ħafret lil ommha u lil missierha.
Waqqfet il-fondazzjoni “Save The One”, biex tgħin persuni li jkunu qed jikkonsidraw l-abort. Dan tagħmlu permezz ta’ proċess ta’ fejqan u għajnuna. B’hekk issalva l-ħajja umana.
Kieku ommha abortitha, kieku llum Rebecca Kiessling mhix hawn. Għamlet suċċess fil-ħajja tagħha. Turina din ir-realta – li kull persuna hi għażiża għal Alla u trid tkun għażiża għalina.
Aħna lkoll għandna nkunu messaġġiera u ambaxxaturi tal-ħajja.
Tistgħu taraw l-intervista hawn: