Il-laqgħa Prayer Cafe ta’ lbierah 13 ta’ Marzu bdejniha billi tlabna lill-Ispirtu s-Santu bit-Talba tal-Moviment Kerygma, u tlabnih jinżel fuqna u jħeġġiġna biex b’egħmilna u ħidmietna nkomplu nxandru l-Kelma t’Alla. Wara nqara l-vanġelu tal-Ħadd li ġej mehud minn Ġwanni 3:14-21. Dawn huma xi punti u riflessjonijiet li qsamna flimkien waqt il-laqgħa dwar dan il-qari.
Fil-vanġelu tal-Ħadd li ġej naraw lil Kristu bħala ’l Mose l-ġdid. “Kif Mose refa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem” Fl-Ezodu nsibu li waqt li l-Lhud kienu fi triqthom fid-deżert lejn l-art mwegħda, daru għalihom is-sriep u Mose staqsa lil Alla x’setgħa jagħmel biex isalva lil min jiġi migdum. Alla kien qallu jdewweb ram forma ta’ serp fuq zokk u kull min jiġi migdum u jħares ’l fuq lejn dan is-serp kien ifieq. Filwaqt li Mose kien il-mexxej tal-poplu Lhudi fi triqthom lejn l-art mwegħda, Kristu hu l-mexxej tagħna l-fidili tal-prezent u l-futur. KRISTU ġie maqtul u mdendel fuq is-salib. Aħna llum ukoll niġu migduma mis-sriep – Is-sriep tal-llum huma d-dnubiet li d-dinja tridna nwettqu u biex nevitawhom jew biex insalvaw minnhom irridu nħarsu lejn Kristu mdendel fuq is-salib bħalma l-Lhud kienu jħarsu lejn l-forma tas-Serp magħmul mir-ram.
Hawn issemma kif waqt vista lill- anzjani mixħutin f’qiegħ ta’ sodda, ssib min jgħidlek “Għandi ’l Alla għandi kollox” . Mhix frazi faċli biex ngħidu b’konvinzjoni u twemmin meta tkun għaddej minn tbatija. Iżda meta nħarsu u nimmeditaw (speċjalment f’dan iż-żmien tar-Randan) lejn Ġesu-Bin il-bniedem stess msallab; kif nistgħu nistennew li aħna ma jkollniex biċċa minn dan is-salib? Ġie tradut Hu – Bin Alla! Jekk tradew lil Iben Alla nista’ nippretendi li jien ma niġix traduta ukoll? Dan il-ħsieb nirreferu għalih f’ħafna mumenti f’ħajjitna, meta niġu traduti minn ħbieb, minn kollegi tax-xogħol, saħansitra minn żwieġna/martna – mumenti iebsa – u f’mumenti bħal dawn nistgħu niddispraw jekk ma nħarsux lejn Kristu msallab fuq s-Salib . Fl-ittra ta’ San Pawl lill-Fillipin naqraw hekk:“Ġesù li għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem; ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.”
Il-ħsieb li aħna rridu nsalvaw irid ikun dejjem fuq moħħna.
Ta’ bnedmin li aħna ninġibdu minn dak li toffrilna d-dinja. Fid-dinja tal-llum aħna bbumbardjati bir-riklami – mit-TV , revisti, gazzetti ..u dawn ma joffrulniex il-fidi iżda jiġġeneraw id-dnub; għalhekk irridu nduru lejn Ġesu msallab sabiex neħilsu mid-dnub. Aħna m’aħniex maħluqin għad-dnub iżda Alla ħalaqna biex ingawdu miegħu iżda din ir-relazzjoni tkissret bid-dnub. Għadda ż-żmien u ġie Kristu fid-dinja u tagħna l-possibilta li nerġgħu nibnu l-ħbiberija miegħu. Il-ħsieb li aħna rridu nsalvaw irid ikun dejjem fuq moħħna.
Per ezempju biex immorru minn post għal ieħor nistgħu ngħaddu minn diversi direzzjonijiet – aħna fil-ħajjitna wkoll kulħadd għandu triqtu xi jwettaq – l-vokazzjoni tiegħu x’jgħix – min ta’ miżżewweġ, min ta’ għażeb/xebba, min ta’ reliġjuz , hawn anke min jagħzel jibqa’ d-dar jieħu ħsieb l-ġenituri. Ilkoll għandna l-mixja tagħna biex naslu għal punt komuni dik tas-salvazzjoni. U dan nistgħu nagħmluh billi Ġesu Kristu miet għalina u reġa’ fetħilna l-bibien tal-ġenna. HEMM irridu naslu. Għal hemm nħlaqna. BISS it-toroq se jkun fihom is-slaleb. U hawn ukoll irridu ndawru l-ħarsa tagħna lejn Ġesu msallab. Kieku Ġesu miet mewta komda kieku t-tbatija titlef mis-sinjinifikat tagħha.
Hawn membru fakkarna fi storja li ġġib lil kulħadd iġorr salib. Wieħed raġel beda jitlob ’l Alla biex iċċekkinlu s-salib tiegħu u hekk sar għal tlett darbiet talab li jitnaqqaslu s-salib u kull darba jiċkien. Iżda mbagħad ġara li waslu f’punt li riedu jaqbzu minn irdum għal ieħor u filwaqt li dawk li baqgħu jġorru s-salib tagħhom uzaw is-salib tagħhom bħala pont dak li kien ċkienlu s-salib sab li s-salib tiegħu kien ċċekken wisq biex jasal għan naħa l-oħra u hekk kellu jieqaf milli jkompli triqtu. Għandna niftakru li Alla ma jagħtiniex aktar milli nifilħu. Il-knisja tgħallimna ukoll li t-tbatija ta’ din il-ħajja tippurifikana u tnaqqsilna ż-żmien tagħna fil-purgatorju.
Is-slaleb li niltaqgħu magħhom jistgħu jkunu l-mezz li aħna nersqu lejn il-Mulej. U għalhekk il-Knisja ma taqbilx mal-EUTANASIA.
Il-Laqgħa spiċċat permezz ta quote:
“It is Better to light a candle than curse the darkness”
Peter Benenson
Kristu ġie biex jagħtina d-dawl iżda aħna nagħżlu li nibqgħu fid-dlam għalhekk meta jiġu mumenti ta’ dlam fuqna iridu nagħmlu sforz ħalli ma nibqgħux fid-dlam – fil-qtiegħ il-qalb – iżda nixgħelu dik ix-xemgħa żgħira – li terġa tagħtina t-tama u nagħmlu l-qalb.
Wara intalbet it-Talba tal-Missierna.
Filwaqt li nirringrazzjak li għoġbok taqra dan il-blog, nistiednek biex ġimgħa oħra tkun prezenti magħna fil-laqgħa PRAYER CAFE fiċ-centru tal-Moviment Kerygma, Kunvent tad-Dumnikana, r-Rabat fis-7 ta’ filgħaxija wara l-quddiesa tas-6.30pm. Narawk!
Ir-Randan hu żmien ta’ tiġdid għall-Knisja, għall-komunitajiet u għall-persuni individwali. Sa mill-bidu tiegħu l-Moviment Kerŷgma kien iżomm dan iż-żmien tar-Randan bħala żmien ta’ grazzja fejn wieħed jista’ jġedded il-konverżjoni personali u jikber aktar fil-fidi u fl-imħabba lejn Alla.
Din is-sena l-Moviment Kerŷgma ippropona din l-Esperjenza Ġesù bit-tema “Mgħallem Tajjeb X’Għandi Nagħmel Jien, Biex Nikseb il-Ħajja ta’ Dejjem?” fejn ta l-opportunità lil kulħadd: adulti, żgħażagħ, adolexxenti u tfal u familji sħaħ biex jiltaqgħu u jqattgħu tlett ijiem ġewwa s-Seminarju tal-Virtù bejn is-6 u 8 ta’ Marzu 2015.
Il-programm kien imżewwaq b’mumenti ta’ talb u quddies immexxija minn Fr Reno Muscat, Dumnikan, adorazzjoni Taizè, Via Crucis, filmat b’tema reliġjuża, eċċ. Din is-sena flok il-priedki tas-soltu minn saċerdot kien hemm innovazzjoni fejn saru tlett Forums li fihom ġie diskuss id-diskors tal-Papa Franġisku għar-Randan 2015. B’hekk il-protagonisti kienu l-parteċipanti nnifishom fejn xtarru dan id-diskors li kien ibbażat ħafna fuq l-indifferenza globalizzata li teżisti llum.
Dawn huma ftit mill-kummenti ta’ uħud li attendew:
……..”Attendejt dawn it-tlett ijiem biex ninqata’ mir-rutina ta’ kuljum u nirrifletti fuq il-kelma t’Alla f’ħajti. Il-Forums għoġbuni għax taw l-opportunità lil kulħadd jesprimi ruħu dwar il-messaġġ tal-Papa Franġisku.”
……..”Laqatni ħafna s-sens ta’ għaqda u s-sempliċità. Kollox kien organizzat tajjeb sa lanqas dettal. Il-leaders kienu ‘caring’ ħafna u b’hekk kullħadd ħassu milqugħ. Apparti mill-quddies, mumenti ta’ talb u Taizè, inħoss li Alla kellimni bl-esperjenza tan-nies li konna waqt il-Forums. Li tisma’ nies lajċi jitkellmu u jaqsmu magħna l-esperjenzi tagħhom għeni ħafna.”
……….”Hassejt li għandi nattendi għax almenu tlett ijiem fis-sena nagħtihom kompletament lil Ġesù. Laqatni ħafna l-passaġġ tal-Papa għax meta tixtarru fih ħafna x’titgħallem. L-programm kien kollu tajjeb.”
………..”Biex tkun esperjenza li qatt ma għamilt qabel u biex nesperjenza iżjed lil Ġesù. Li laqatni ħafna f’dan l-irtir huwa l-imħabba u l-għajnuna għal xulxin mill-membri tal-Kerŷgma.”
Laqgħa li saret il-Ġimgħa nhar is-27 ta’ Frar 2015
It-Tieni Ħadd tar-Randan.
Il- laqgħa bdiet billi inqara l-Evanġelu skont San Mark (9, 2-10)
Is-silta tirrakkonta l-Misteru tat-Trasfigurazzjoni : meta Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġakbu u lil Ġwanni fuq il-muntanja Tabor. Il-kelma trans tintuża meta xi ħaġa tinbidel minn ħaġa għal oħra. Figurazzjoni tfisser figura jew persuna. Fuq it-Tabor, Ġesù inbidel minn bniedem għall-figura ta’ Alla. Pietru bil-biża, tħawwad u ma jafx x’kien ħa jaqbad jgħid. Għalkemm kienu jafu li Ġesù huwa Alla għax kienu rawh jagħmel il-mirakli, kienu għadhom qatt ma rawh f’sura ta’ Alla. Pietru, tant ħassu tajjeb hemm fuq, li kien għalih bena tlett tined: waħda għal Ġesù, waħda għal Mose’ u waħda għal Elija biex jibqgħu f’dik il-Glorja. Dak il-ħin Pietru nesa lilu nnifsu u lil dawk ta’ madwaru għax ħass paċi u ferħ liema bħalu, kif aħna għad inħossuna fil-Ġenna. Tfajjel staqsa lil Papa Franġisku jekk il-kelb tiegħu jmurx il-Ġenna ukoll. Il-Papa ma kisirlux qalbu u qallu iva. Imma żgur li aħna meta nkunu l-Ġenna tant inkun fi stat ta’ paċi u ferħ li jiġrilna bħal Pietru u ninsew lil kulħadd. Ma jkollnix għalfejn infittxu u nsibu lil qrabatna għax ma jkun jonqosna xejn.
Ġesù bħala bniedem kien jifraħ u kien jibki bħal ma għamel fuq il-Golgota. Mela fuq it-Tabor Ġesù kien fil-Glorja u fuq il-Golgota ħa l-mewt. Din tista’ tgħodd għal ħajjitna: daqqa nkunu għaddejjin tant tajjeb li ma nixtiequx li dak iż-żmien jispiċċa (bħal ma qal Pietru li xtaq jibqa’ hemm) u mill-banda l-oħra jkun hemm żmien meta tant ikun ħażin li tridu jispiċċa malajr u jiġrilna bħal Ġesù li ngħidu “Alla tiegħi, Alla tiegħi għaliex tlaqtni”. Meta nkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli tkun il-prova tagħna ta’ kemm għandna fidi f’Alla u għalkemm xi kultant ma nħossuhx, il-preżenza tiegħu tkun hemm. Din hi ħajjitna daqqa fuq u daqqa isfel.
Din hi ħajjitna daqqa fuq u daqqa isfel.
Kif d-deheb irid jgħaddi min-nar biex jissaffa hekk ukoll aħna irridu ngħaddu mit-tbagħtija biex nissaffew ukoll.
Hawn infetħet d-diskussjoni. Qamet il-mistoqsija li kif jista’ jkun li meta tkun qed tieħu pjaċir x’imkien, ninsew lil ta’ madwarna. Ġie spjegat illi dan jiġri biss meta naraw lil Alla għax ma jkun jonqosna xejn. L-eqreb ħaġa ta’ meta jiġri dan bħalissa, li għadna hawn, hija meta per eżempju tkun f’xi irtir li tant tħossok qrib il-preżenza ta’ Alla, la ma tkunx trid li l-ħin jgħaddi u jispiċċa.
Inqagħlet il-mistoqsija ta’ kif wieħed għandu jġib ruħu ma’ nies li jkunu tilfu lil qrabathom. Kif tispjegalhom li dawk il-mumenti ta’ niket huma għalina imma mhux għal min ħalliena. It-tweġiba mhix faċli. Hemm diska li tgħid li l-ħajja hija vjaġġ u mhux destinazzjoni: irridu naslu f’punt fejn ħajjitna tinbidel. L-unika risposta li ssib quddiem il-mewt hija bil-fidi: dik il-persuna tkun marret tieħu l-premju ta’ dejjem, dak li tkun ħadmet għalih.
Instemgħu esperjenzi personali ta’ uħud li tilfu lil qrabathom u għalkemm il-firda ovvjament ħassewha ħafna, kkonfermaw li l-fidi f’Alla biss iżżommok għaddej. Irid ikollok fidi kbira u trid tkun tant sod fiha, għax jekk le, f’mumenti iebsa bħal dawn tista’ saħansitra titlef dik il-fidi li jkollok.
Issemmew każi fejn ulied jitilfu l-ġenituri t-tnejn ta’ eta’ żgħira. Dawn huma iktar diffiċli biex wieħed jispjegalhom minħabba li l-fidi tagħħom tkun aktar fqira u dgħajfa. Hawn jidħol ix-xogħol tal-parrinijet li jieħdu post l-ġenituri biex jaraw li dawn l-ulied jkomplu fit-triq it-tajba.
Brooklyn Museum – The Transfiguration (La transfiguration) – James Tissot [Public domain], via Wikimedia Commons
Inqalet ukoll l-mistoqsija għaliex dehru Mosè u Elija u mhux qaddisin oħra. Għal poplu Lhudi dawn kienu żewġt irjus kbar ħafna dawk li bl-ingliż ngħidulhom ‘figure heads’ . Mosè huwa s-simbolu tal-Liġi filwaqt li Elija huwa wieħed mill-akbar profeti. Fiha tifsira oħra fejn Ġesù għaqqad it-Testment l-Antik (Elija) mat-Testment il-Ġdid (Mosè).
Tqajjem ukoll il-punt ta’ kif wieħed għandu jġib ruħu ma ateju. Ingħata parir li jekk ma tkunx ippreparat sew l-aħjar ma tiddiskuti xejn miegħu.
Ġiet mistoqsija ukoll għaliex dawn il-persekuzzjonijiet li għaddejjin bħalissa. Fil-fatt il-persekuzzjoni kontra l-Insara qatt ma waqfet imma sempliċiment għax ma jingħatawx prominenza fil-media.
Fl-aħħar inqrat storja fejn raġel li kien jipprova jibda l-ġurnata bis-sewwa, kien jitlef kull xewqa tajba li jkollu meta jmur fuq ix-xogħol għax kien jiltaqa’ ma’ baħar ta’ inkwiet: min jgħid ħaġa, min jgħid oħra, min jirrabja, min jidgħi, min jgħid kontra dak u kontra l-ieħor. Kien iħoss dalma taqa’ fuqu. Veru li madwarna nsibu baħar ta’ dlam imma jekk wieħed ikollu ftit tad-dawl, mhux sew li jintefa’ d-dawl tal-qalb ukoll. Hemm proverbju Għarbi li jgħid li jekk għallinqas ma tistax tkun kewkba, kun għallinqas musbieħ.
Il-laqgħa spiċċat bit-talba tal-Missierna.
Laqgħa oħra issir nhar it-13 ta’ Marzu peress il-weekend li ġej ser ikun hemm tlett ijiem irtir is-Seminarju.
Il-laqgħa Prayer Cafe fl 20 ta’ Frar bdiet bit-talba tal-Moviment.
Bħala ġens uman fejn sejrin? Il-ħajja ta’ madwarna tagħmel sens? Nħossu li l-Ispirtu qiegħed imexxi l-bniedem biex jiltaqa’ mal-Imħabba u l-Ferħ veru ? JEW qed infittxuh x’imkien ieħor? Zgur li l-bniedem jixraqlu jkompli jikber fid-dinjita, fl-imħabba, fil-ferħ u l-paċi. Ir-Randan hu żmien ta’grazzja fejn għandna ngħarblu l-ħajja spiritwali tagħna. Nsibu mezzi kif nersqu qrib il-Mulej, bħalma huma dawn il-laqgħat u anke ftit jiem oħra se jkollna irtir ta’ tlett ijiem. Ejjew nuzaw dan iż-żmien biex nissaħħu fil-fidi tagħna.
Wara dan il-ħsieb inqara il-vanġelu ta’ nhar il-Ħadd li ġej mehud mill-vanġelu ta’ San Mark 1:12-15.
F’dan il-vanġelu nsibu kif wara li tgħammed minn Ġwanni l-Battista l-Ispirtu ħareġ lil Ġesu fid-dezert qabel ma kien sejjer jibda il-ħajja pubblika tiegħu. Tajjeb ninnutaw li ĠESU li kien Alla, qabel ma beda l-missjoni tiegħu inqata’ għalih waħdu sabiex isum u jitlob. Eżempji oħra ta’ dan insibhuhom f’partijiet oħra tal-Bibbja bħal:
L-għada fil-għodu kmieni,qabel ma zernaq qam, ħareġ u mar f’post imwarrab u qagħad hemm jitlob(Mk1:35)
Ġesu ħa miegħu lill-Pietru, Ġwanni u Ġakbu fuq il-muntanja biex jitlob.(Lq 9:28)
Mar fuq il-muntanja waħdu biex jitlob (Mt 14:23)
Iżda hu kien ifittex xi mkien imwarrab u jinġabar fit-talb (Lq 5:16)
Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob u għadda l-lejl fit-talb lil Alla (Lq 6:12)
Mela ĠESU kien isib sosten fit-talb billi jfittex li jiltaqa’ m’Alla. X’ezempju sabiħ dan għalina! KEMM iżjed aħna li aħna nies dgħajfa, qabel nagħmlu xi ħaġa, qabel nieħdu xi deċizjoni jew inwettqu xi missjoni, għandna nduru lejn Alla u nitolbu!
Ġesu jgħidilna: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab u strieħu ftit” (Mk 6:31) Li nisimgħu l quddies huwa tajjeb, li mmorru l-laqgħat tat-talb huwa tajjeb, li nitolbu fil-familja huwa tajjeb li ngħidu r-ruzarju huwa tajjeb pero l-Mulej qiegħed isejħilna biex inqattgħu ftit ħin fil-kwiet biex nisimgħu LILU jkellimna.
“Iżda int meta titlob, idħol fil-kamra tiegħek ta’ ġewwa, għalaq il-bieb warajk u itlob li Missierek li hu fil-moħbi” (Mt 6:6)
Fit-talb aħna nistabbilixxu ir-relazzjoni personali tagħna m’Alla.
Il-Missier li ħalaqna
l-Iben li salvana
L-Ispirtu s-Santu li qaddisna
Ġesu jgħid :
“Ħadd ma jista jgħid Ġesu Hu il-Mulej, jekk il-Missier li bagħatni ma jigbdux lejja (Gw 6:44)
“Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi” (Ġw 14:6)
“Ħadd ma jista’ jgħid Ġesu Hu il-Mulej, jekk mhux imqanqal mill-Ispirtu S-Santu” (1 Kor 12:3)
Mela aħna għandna nitolbu fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Ma nistħux inroddu s-salib l-aħwa, bil-mod il-mod id-drawwa li nroddu s-salib f’postijiet pubbliċi qed tinqata’! Is-salib huwa barka għalina lkoll.
It-talb għandu jkun li nisimgħu. Irridu nitgħallmu nisimgħu lil Alla jkellimna fil-kwiet, fis-skiet u fil-profond ta’ qalbna.
Ma nistgħux ngħidu li nafu lil xi ħadd jekk qatt ma qadna nismgħuh. Lanqas nistgħu inħobbu persuna li ma nafuhiex.
Jekk nagħmlu sforz biex nisimgħu lil Alla hemmhekk nistgħu ngħidu li qed insiru nafuh.
L-Ispirtu li ħareġ lil Ġesu fid-desert huwa l-istess Spirtu li aħna ħadna fil-magħmudija u ġeddidna fil-Grizma ta’ l-Isqof. Pero disgrazzjatament ħafna nsara din il-grazzja ħallejnieha rieqda. Hawnhekk il-kellima li mexxiet il-laqgħa tal-llum stqarret li hi meta ħadet il-Grizma tal-Isqof mill-katekezi fehmet li hi kellha issa ssir suldat ta’ Kristu u għalhekk kienet tħoss il-bżonn li fejn tisma’ lil xi ħadd jgħid kontra Ġesu kienet taqbez għaliH bil-fomm. Fl-1989 esperjenzat lill-Ispirtu s-Santu f’ħajjitha u din l-esperjenza bidlitilha ħajjitha – bidlet il-mod li tgħix, il-mod li titlob. Ħeġġet lil dawk prezenti ma jħallux lill-Ispirtu rieqed ġewwa fihom.
Ejjew jekk s’issa lil-Ispirtu s-Santu ħallejnieh rieqed, nibdew nitolbuh jgħina fit-talb tagħna u jmexxina Hu, ejjew nagħrfu nħaddmu d-doni li jrid isebbaħna bihom. Nitolbu għad-don tal-Kelma, għad-don tal-Għerf, għad-don tal-Mirakli…
Nistgħu ngħidu li aħna qegħdin nimxu skont dan l-Ispirtu? Il-Papa Franġisku fl-Omelija tiegħu tat-Tnejn 20 ta’ Mejju 2013 qal “Talb qalbieni, umli u qawwi jagħmel il-mirakli…….KOLLOX hu possibli għal min għandu l-fidi……..spiss dawk li jħobbu lil Ġesu ma jissugrawx wisq fit-twemmin tagħhom fih u lanqas ma jafdaw għal kollox fih. Imma għaliex dan in-nuqqas ta’ twemmin? Naħseb li dan jiġri meta l-qalb ma tinfetaħx, meta l-qalb tkun magħluqa, meta l-qalb tkun trid tikkontrolla kollox. Hi qalb, mela ‘li ma tinfetaħx’ u li ‘ma tintelaqx f’Ġesu”……kompla l-Papa. “lkoll kemm aħna għandna fina xi ftit tan-nuqqas ta’ twemmin. JEĦTIEĠ TALB UMLI U QAWWI, LI JIPPERMETTI LIL ĠESU LI JWETTAQ IL-MIRAKLU……irid ikun talb kuraġġuż, li jissielet biex jinkiseb il-miraklu, u mhux talb għall-kirjanza. Ehe, nitlob għalik, ngħid il-Missierna, Sliema u Qaddisa u mbagħad ninsa kollox…
It-TALB għal dak li jkun irid ikun talb tal-interċessjoni.
NISTGĦU NGĦIDU LI QEGĦDIN NGĦIXU SKONT DAN L-ISPIRTU?
Meta nkunu ffukati fuq it-talb, stqarret waħda mill-membri, tħoss il-qawwa tat-talb; pero jiġri kultant bid-distrazzjonijiet jew ħsibijiet tispiċċa tintilef. Trid tiprova tneħħi kull ħsieb u distrazzjoni minn quddiemek.
Xi ħadd ieħor stqarr li meta titlob lill-Ispirtu s-Santu timtela bil-paċi u tħoss li se jgħinha tgħeleb kollox.
Xi ħadd ieħor tat l-esperjenza tagħha ta’ fejqan fiziku – l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu titlaqna biss jekk inkunu fid-dnub u nagħzlu li nibqgħu fih.
L-Ispirtu s-Santu jirrevela lilu nnifsu lil dawk li jaċċettawh u jħalluh ikun il-gwida tagħhom.
QEGĦDIN NITOLBU QABEL NIEĦDU XI DEĊIZZJONI JEW INWETTQU XI ĦAĠA? JEW L-EWWEL NGĦAFFĠU U NAGĦMLU TA’ RASNA, IMBAGĦAD WARA LI TIĠINA ĦAZIN INDURU GĦAT-TALB?
Sfortunatament ħafna huma dawk li jitolbu bħal papagalli u jitolbu meta l-għawġ ikun ġa ġie fuqhom. It- talb irid isir kuljum – fis-skiet irridu nistennew li l-Ispirtu s-Santu jimliena bil-qawwa tiegħu. JEKK taċċettaH Hu se jaħdem fik – se tħossok mqanqal biex titkellem fuq Ġesu.
Tajjeb li lkoll kemm aħna nqumu mir-raqda – qegħdin ngħixu fi żmien diffiċli – f’soċjeta anti Kristjana. Soċjeta li ddawwar ir-reliġjon kif trid hi. Tajjeb nintebħu li għaddejjin fi żmien ta’ persekuzzjoni. U rridu nkunu AĦNA xhieda ta’ Kristu.
Ma ninsewx li Ġesu qalilna: “Min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet” (Mattew 10:32).
L-Ispirtu s-Santu jirrevela lilu nnifsu lil dawk li jaċċettawH u jħalluH ikun il-gwida tagħhom.
Ix-xitan kien jaf għalxiex kien qed jipprepara lilu nnifsu Ġesu, u minkejja li Ġesu kien Alla xorta ried jagħmel minn kollox biex iġarbu, biex jipprova jfixkel il-pjan t’Alla għas-salvazzjoni tal-bnedmin.
L-Iva ta’ Ġesu lil Alla kienet qed tiġi ittestjata mill-bidu net tal-ministeru tiegħu.
L-istess aħna bħal Ġesu niġu mġarba mix-xitan.
Ix-xitan huwa qattiel u giddieb. Hekk isejjaħlu Ġesu (Ġw8:44). Qattiel – għax joqtol il-grazzja t’Alla fina. Giddieb – għax jipprezentalna l-ħazin bħala tajjeb.
Min jaf kemm il-darba meta ħadna xi deċizjoni jew kommitment, jibda jinqalalna kull tfixkil. Meta iddeċidejna li rridu ngħixu aħjar, naqtgħu xi vizzju jew nikkommettu ruħna sabiex ngħinu lill-oħrajn,jew jafdalna xi biċċa xogħol f’idejna, kemm jibda jinqala tfixkil u anke gwaj u dan ix-xitan jagħmlu biex ifixkilna biex naqtgħu qalbna u ma nikkommettux ruħna sabiex ngħixu aħjar, nagħmlu l-ġid u nwettqu dak li Alla jrid minna u qiegħed isejħilna għalih. Dan kollu taħwid minn taħt tax-xitan. (2 Kor 2:11) tfixkil fl-appostolat (Tess 4:15) persekuzzjonijiet (Apok 2:10) indħil fil-ħwejjeġ umani(Ġuda 1:9)
Min irid jibqa’ fidil lejn il-patt t’Alla jrid jeħodha kontra d-dnub u jgħix skont l-evanġelju. Irid jitlob biex ir-rieda t’Alla sseħħ fih.
QEGĦDIN NIĠĠIELDU KONTRA T-TENTAZZJONIJIET GĦALL-ĦAZEN? JEW AĦNA DAWK LI NITGERBU MAL-KURRENT?
Irridu nużaw il-Kelma t’Alla biex negħlbu t-tentazzjonijiet. Il-Kelma ta’ Alla hi “bħal xabla li taqta’ b’żewġt ixfar” (Lhud 4, 12). Nużawha l-Bibbja.
Il-fatt li ġejna għal din il-laqgħa turi li qegħdin nimxu kontra l-kurrent – nagħtu kuraġġ lil xulxin.
Is-sagrament tal-qrar qiegħed hemm biex aħna nersqu lejh biex tinħafer il-ħtija tagħna.Tagħlaq il-bieb bejn ir-relazzjoni tiegħek u Alla BISS jekk inti tibqa’ l-bogħod mill-qrar.
Ix-xitan jista’ jilgħab bis-sens ta’ ħtija fina u jbegħedna milli nagħmlu r-rieda tal-Mulej. Irridu nkunu umli u nagħrfu l-ħtija tagħna.
Imiss lilna li nilqgħu lil Alla minn qalbna f’ħajjitna u nkunu lesti dejjem inwettqu r-rieda tiegħu.
Alla joffrilna l-ħbiberija u l-imħabba tiegħu għax Alla tagħna mhux xi Alla li jinqata’ għal rasu u ma jimpurtahx minna. Alla tagħna huwa Alla li jrid ikun qrib tagħna u jrid jidħol f’rabta ta’ ħbiberija personali magħna u dan irid jagħmlu għaliex iħobbna.
“Intom issejħuli u tiġu titolbuni u jien nismagħkom. Meta tfittxuni b’qalbkom kollha issibuni.” (Ger 29:12-13) Ġesu jħeġġiġna sabiex nitolbu biex ma naqtgħux qalbna. Fil-parabola tal-armla u l-imħallef (Lq 18:1-8) l-armla sabet ħaqq minn Imħallef għax iperseviet fit-talba biex isir ħaqq magħha. Hekk ukoll għandna aħna nippersevaw fit-talb u nibqgħu nitolbu dak li jinħteġilna. Alla zgur li se jtik dak li għandek bzonn.
“ Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.” (Mt:25:13) Mela aħna se nintilfu għax IRRIDU aħna għaliex Ġesu diġa ppreparana x’għandna nagħmlu. M’hemmx irtirar fis-servizz t’Alla. Il-missjoni li jafda lilek ma jfissirx li ser jafda lili. Tgħidlux le. IDDIXXERNA fejn il-Mulej irid juzak.
Ejjew f’dan ir-Randan imqaddes nagħmlu ħilitna sabiex nagħrfu aħjar s-sejħa li Alla qiegħed jagħmlilna u nfittxu li nwieġbu għaliha bl-akbar serjeta.
NIXTIQILKOM MINN QALBI LI L-FERĦ LI JFAWWAR L-ISPIRTU T’ALLA FIJA ISSIBUH INTOM UKOLL!
Fil-laqgħa tal-lejla ġew imsemmija xi kliem partikulari minn din is-silta tal-Fejqan tal-Lebbruż mill-Evanġelju ta’ San Mark sabiex minnhom ħarġet aħjar it-tifsira ta’ din is-silta.
L-ewwel kelma hija l-kelma lebbruż. Fil-kultura tal-Lhud, il-lebbruż huwa bniedem imniġġeż, bniedem li jgħix imwarrab għaliex hekk iġagħluh jagħmel. Fil-ktieb tal-Levitiku insibu li jrid jilbes imċerċer u jgħix ‘il bogħod mis-soċjetà u huwa eskluż kompletament mis-soċjetà. Min kien lebbruż kien jiġi meqjus bħala xi kastig minn Alla, ta’ xi ħażen li jew għamel hu jew għamlu l-antenati tiegħu. B’hekk il-bniedem lebbruż huwa bniedem li qiegħed jgħix mingħajr tama. Alla biss seta’ jfejqu però biex ifejqu kellu jitlob lil Alla minn ġewwa t-tempju; però l-kontradizzjoni hi li l-lebbruz ma setax imur it-tempju għax ma setax jersaq lejn in-nies. Għalhekk f’għajnejn il-poplu, il-lebbruż ma kellu tama ta’ xejn. Għalhekk il-mexxejja tal-poplu kienu anke qegħdin jeskluduh mill-qima t’Alla.
Però meta jiltaqa’ ma’ Ġesù u l-lebbruż talab lil Ġesù biex ifejjqu, hemm kelma li qal Ġesù li hija mportanti: kun imnaddaf. Din kienet timplika li Ġesù fejjqu mhux biss mill-marda imma anke minn kull ħtija li l-lebbruż seta’ kellu. B’dan il-ġest il-lebbruż issa sar bniedem ġdid, bniedm pur li allura seta’ jerġa’ jersaq lejn Alla u t-tempju.
Ġesù f’dan l-episodju jħossu mqanqal. Quddiem kull bniedem, Ġesù jħossu mqanqal għaliex Ġesù ġie għall-bniedem u speċjalment quddiem it-tbatijiet tal-bniedem, Alla dejjem iħossu mqanqal.
Ġesù meta kien se jfejjaq lill-lebbruż insibu li medd idu fuqu u messu. Issa dan kien ġest li Ġesù kien jaf li qiegħed imur kontra l-liġi meta jagħmel hekk. F’dan l-evanġelju insibu mumenti li kienu jmorru kontra l-liġi. L-ewwel waħda kienet li l-lebbruż resaq lejn Ġesù, ħaġa li l-liġi kienet timponilu li jagħmel. It-tieni sitwazzjoni kienet li Ġesù mess lil dan il-lebbruż biex ifejjqu. Għaliex allura Ġesù mar kontra l-liġi? Għal Ġesù il-bniedem huwa mportanti. Ġesù mar kontra din il-liġi għaliex ma setax jaċċetta li bniedem iċaħħad bniedem ieħor milli jagħti qima lil Alla.
Wara l-fejqan Ġesù bagħtu għand il-qassisin il-kbar biex jagħmel l-offerta tiegħu. Ġesù ma ġiex biex jeqred il-liġi imma biex jipperfezzjonaha. Is-saċerdoti biss setgħu jiddikjaraw li din il-persuna hija mfejjqa.
Kelma oħra li tolqotna hija l-kelma tħabbir. Il-lebbruż li jmur ixandar dak li għamel miegħu Ġesù qiegħed jaqdi funzjoni li aħna bħala nsara aħna mitluba li naqdu. Din hija l-funzjoni missjunarja li meta l-persuna tiltaqa’ ma’ Ġesù ma tkunx kuntenta li żżomm lil Ġesù għaliha imma tipprova taqsam lil Ġesù ma’ ħaddieħor. Din hija diffikultà li niltaqgħu magħha għaliex is-soċjetà ta’ madwarna qiegħda tipprova tikkundizzjonana li l-fidi ngħixuha fil-privat. Dan huwa filfatt dak li joħroġ mill-eżortazzjoni appostolika tal-Papa Franġisku Evangelii Gaudium li fiha l-Papa jisħaq dwar il-bżonn li anke aħna l-lajċi nkunu missjunarji.
Dan il-lebbruż għalhekk kien ħabbàr tar-reliġjon, però din il-reliġjon ta’ Ġesù ma kinitx tiddiskrimina bejn bniedem u ieħor; reliġjon li ma tiġġudikax. Spiss jiġri li matul il-ġurnata niġġudikaw persuni li forsi nikkundannawhom għaliex ma jaqblux magħna. Però Ġesù ġie fid-dinja għal kullħadd u mhux għat-tajbin biss. Ġesù meta qiegħed jagħmel dan il-ġest qiegħed juri l-imħabba tiegħu lejna. Sabiex ifejjaq Ġesù qiegħed juża l-ħniena. Din il-ħniena forsi qiegħda ssir skarsa fis-soċjetà tagħna. Il-ħajja ta’ ħaddieħor għandha ssir importanti mhux għal ħaddieħor biss imma mportanti anke għalija u għalina. Il-ħajja hija prezzjuża għalina għaliex hija rigal.
Issa aħna kemm qegħdin inxandru l-fidi tagħna u ma nirriduċux il-fidi tagħna għall-isfera privata biss? Kemm aħna lesti li aħna nuru biċ-ċar anke b’sempliċi ġest dak li aħna nemmnu fih quddiem ħaddieħor? Pereżempju kemm aħna lesti li nagħmlu ġest sempliċi ta’ radd tas-salib quddiem persuni oħra bħala meta nitilgħu fuq karozza tal-linja jew qabel l-ikel? Il-Papa Benedittu XVI kien qalilna li mportanti li aħna nagħtu raġuni għat-tama tagħna. Il-fidi tagħtina t-tama fil-ħajja mogħtija lilna li l-milja tagħha se tkun fil-Ġenna. Ħafna drabi nkunu influwenzati mid-dinja ta’ madwarna. Spiss nibżgħu pereżempju li nidħlu f’diskussjoni ma’ dawk li forsi ma jaqblux magħna jew mal-fidi tagħna. L-imħabba però għandha twassalna biex lil dan Ġesù li aħna nġorru fina, aħna nafdaw fl-Ispirtu s-Santu sabiex idawwalna kif għandna nwassluh lil ħaddieħor.
Għandna xi lebbruż li jgħix madwarna? Ninnutaw li fl-evanġelju li dan il-lebbruż m’għandux isem. Dan jimplika li dan il-lebbruż jirrapreżenta dawk ta’ madwarna li għandhom bżonn il-fejqan kif ukoll jirrapreżenta lil kull wieħed u waħda minna għaliex aħna wkoll għandna bżonn il-fejqan. Issa l-lebbruż huwa l-bniedem li s-soċjetà qiegħda taqta’ barra. Madwarna speċjalment fil-bliet il-kbar jeżistu ħafna nies li minkejja il-ħafna moviment madwarhom, huma nies iżolati mis-soċjetà. Il-Papa jgħallimna però li f’dan l-iżolament hemm xi ħadd li huwa dejjem preżenti; u dan huwa Alla. L-iskribi u l-fariżej moderni huma dawk li jmexxu l-ekonomija tad-dinja. Illum aħna niskandalizzaw b’dak li ġara fil-gwerer kbar li seħħew imma llum madwarna qegħdin isiru diversi inġustizzji fis-soċjetà ta’ madwarna. Għalkemm forsi ma nistgħux nagħmlu diffrenza kbira ekonomika, però nistgħu nagħmlu differenza permezz tat-talb. Il-Papa Franġisku jenfasizza l-importanza tat-talb flimkien(f’komunità) li jagħti dimensjoni ta’ komunità li tħobb.
Dan id-djalogu tal-lebbruż ma’ Ġesù jintemm bil-fejqan. Id-djalogu tagħna ma’ Ġesù għalhekk għandu jispiċċa bil-fejqan, għaliex aħna għandna bżonn is-salvazzjoni li ma nistgħux niksbu weħidna.
Il-kelliem tal-laqgħa tal-lejla qal storja li kienet dehret fl-Educational Times ta’ Londra. Din l-istorja titkellem dwar tifel żgħir li meta wasal għand ċerta għalliema kienu bdew jippreparawha li se ssibha diffiċli ħafna li tgħallmu u tmexxieh ‘il quddiem. Wasal il-Milied u fejn ħaddieħor ta rigal sabiħ lill-għalliema, dan it-tifel ta flixkun fwieħa li kienet użata u mgeżwra f’karta fqira u użata. L-għalliema ddeċidiet li ma tiġġudikahx u taċċetta dan ir-rigal bl-imħabba kollha u anke waslet biex għamlet ftit fwieħa dak il-ħin. Dan it-tifel mistagħġeb qalilha: “You smell like my mother!” (Issa għandek ir-riħa tal-mamà tiegħi). L-istorja ma waqfitx hawn għaliex wara żmien twil l-għalliema mardet b’cancer u sabet quddiemha lil dan it-tifel bħala kirurgu. Din l-għalliema ma kinitx iġġudikatu imma tatu ċans biex tħobbu u taċċettah bħala persuna. Dan it-tifel li kellu diffikultà d-dar li kienet qed taffetwalu ħajtu sab lil din l-għalliema li l-ewwel ħabbitu imbagħad kompliet biex tgħinu fl-affarijiet l-oħra li tant kellu bżonn.
It-tqanqil li ħass Ġesù għalhekk għandu jkun ukoll tagħna; quddiem tant traġedji li qegħdin insibu quddiemna. Kemm qegħdin nuru li aħna nsara konvinti mill-fidi tagħna?
Għalfejn il-mard Mulej? Għalfejn dawn it-tbagħtijiet Mulej?
Ġesu’ jkompli l-missjoni tiegħu billi jfejjaq in-nies minn kull xorta ta mard. Mard fiżiku, mard spiritwali… Kif jidħol Hu, ix-xena tinqaleb. Huwa sew li nipprovaw ngħixu ħajja fiżikament b’saħħitna. Kif ukoll huwa sew li x-xjenza tagħmel minn kollox għall-avanż ta’ dan.
Aktar mal-bniedem jikber, aktar isaqsi mistosijiet. Naħseb li l-aktar mistoqsija li nagħmlu aħna lil Alla hi; Għalfejn il-bniedem irid ibati? Għalfejn hawn dan il-mard fiżiku? Għalfejn?…
Il-mard huwa parti minn ħajjitna imma diffiċli li taċċettah għax aħna lkoll irridu ngħixu. Meta l-mard ikun fuqna sa nħossuh, meta jkun fuq ħaddieħor qrib tagħna, inbatu magħhom ilkoll. Ġesu’ dejjem ta importanza lill-marid u hekk irridu nagħmlu aħna. Infarġu l-marid, nissimpatizzaw miegħu, ngħinuh u nitolbu ħafna għalih. Għax tinsewx li kulħadd ħa jiġi ġġudikat quddiem Alla: “għax dak li tagħmlu ma l-iżgħar fost ħuti tagħmluh miegħi.”
Il-mard mhuwiex biss dak fiżiku, li narawh; imma hawn ħafna min hu marid b’mard ieħor u aħna għadna ma għarafniex il-missjoni tagħna ma dawn in-nies bħalma Ġesu’ għaraf il-missjoni tiegħu.
Min qed jgħix f’solitudni waħdu … morru żuruh/a.
Min qed jsibha diffiċli li jiġi aċċettat mis-soċjeta’….farġuh/a, għinuh/a.
Min qed jbagħti bid-dimensja … ifmuh, għinuh.
Itolbu lil Alla biex jużakom u jtikom il-qawwa meħtieġa biex tagħmlu dan.
Alla jagħti sens lil-mard tagħna
Kif? Alla jippermetti l-mard?!
Iva, għax Alla jrid juri l-Glorja tiegħu fil-mard/fejqan, biex l-għemil t’Alla jidher fih. Dan iseħħ meta nħallu kollox f’idejn Alla. Mhux faċli, imma DIN hija l-FIDI. Aħna lkoll maħluqa biex insiru qaddisin. Il-qaddisin ta’ qabilna batew ħafna. Uħud kienu morda. Il-mard tagħhom stess, għinithom biex tippurifikom u tressaqhom aktar viċin Alla. Hekk ukoll aħna li aħna morda, bit-tbagħtija tagħna stess nitnadfu minn ġewwa u nħarsu lejn il-ħajja minn lenti differenti minn dik li konna nħarsu lejha qabel ma mradna.
Mela kuraġġ, int li int marid, int li qed iddur bil-marid; għax fejn hemm Alla hemm il-fidi.
The Youth of the Year Award 2014 organised by the Kerŷgma Movement was awarded to the Youth Alive Foundation from Marsascala. The award, which is sponsored by APS Bank, was announced by Ms Tania Borg, President of the Kerŷgma Movement.
Mr Edgar Preca who represented the President of Malta, presented the trophy at the end of a mass which was celebrated at St Dominic’s Church, Rabat on Friday 30 January 2015. Also present at the ceremony were Prof. Emanuel P. Delia, Chairman of APS Bank Limited who sponsored the event, and Mrs. Tania Borg, President of Kerŷgma Movement, among other guests.
“The Youth Alive Foundation is an organization of young volunteers which originated in 1996 as a youth ministry named “Youth Alive” within Our Lady of the Sacred Heart parish in Sliema. The main objective of the group has always been the formation of youth through active participation in the community based on the solid foundations of the Word of God and the Franciscan spirituality. In August 2007, Youth Alive was set up as a Foundation, centered at “Dar Frate Jacoba” in Marsascala which house had been donated to them by two kind-hearted women. This home consists of a 200 year old farmhouse and includes various acres of arable land.
Spirituality, charity and the environment are the three pillars on which Dar Frate Jacoba is founded. The residents live in an open community, with a permaculture system, which is the best system that embraces these three pillars. This is the first and currently the only Home in Malta to date, that practices these three principles in a sustainable manner.
This Home welcomes young people who are going through difficult life situations and who are often labelled as ‘social cases’ living on the edge of society and who are homeless. This innovative project is centered around an open community of Religious and lay people living together with and catering for these youths. There are also a number of other youngsters who attend for a number of hours or even days to benefit from the services offered at the Home. In the essence of such environment one can find a therapeutic system which allows the liberation of the inner self and violence is not inflicted against the person’s character. The person learns to overcome his fears and inhibitions without causing damage to him or to others, allowing his true character to emerge. These young people learn to help each other, work in the fields and care for the farm animals and at the same time go out to work or attend school. Youth Alive Foundation is currently taking care of five young people between 11 and 17 years of age. In view that the demand has been great and placements are limited, Youth Alive Foundation decided to expand the Home to be able to cater for up to 16 youths. This project consists of a basement, a semi-basement and another floor with eleven bedrooms. The actual building is already completed in shell form and work has now commenced on its finishing. Although all works are dependent on the generous donations from benefactors, the Foundation organises a number of fund-raising activities since the cost of the new building amounts to €200,000. Among these initiatives are schemes whereby people pledge donations over a number of years. Open weekends are also held where crafts and food products produced during the year by the residents, are sold. Social activities include barbecues and dinners. Volunteers attend frequent courses of formation, retreats, spirituality, among other subjects.
The lifestyle adopted at the Home requires a lot of patience and dedication. The point of departure is known but the road is long. The highs and lows together with other challenges are there to continue strenghtening the commitment of the Youth Alive Foundation.
The nominees for this year’s Award were: Joseph Cauchi from Għarb, Gozo, Franco Cefai from Żebbuġ, Gozo, Andrea Grima from Luqa, Edward Mifsud from Fgura and the Youth Alive Foundation from Marsascala.
This trophy is awarded every year in honour of the late Dr Rudolph Saliba who was Kerygma Movement’s first president. Mr Preca congratulated the winner and all the other nominees. He stated that being a Christian today was very difficult as could be seen from what was going on in other countries abroad where christians are being massacred daily. In Malta too, being a Christian is not considered trendy any more. However this did not prevent him from showing his beliefs even in public places. Prayer was of utmost importance. He said that it was unfortunate that the media practically always portrays the negative element of today’s youngsters such as when they take drugs or commit crimes but did not do the same to promote the good so many other youngsters were doing in society. An excellent example was that portrayed by the five nominees for this year’s award.
Premju Żgħażugħ tas-Sena 2014: Leander Duca jirċievi l-premju f’isem il-Youth Alive Foundation mingħand s-Sur Edgar Preca – Ritratt ta’ Robert Soler
Premju Żgħażugħ tas-Sena 2014: Leander Duca, rappreżentant tal-Youth Alive Foundation u s-Sur Edgar Preca – Ritratt ta’ Robert Soler
Premju Żgħażugħ tas-Sena 2014: In-Nominati mas-Sur Edgar Preca – Ritratt ta’ Robert Soler
Il-laqgħa Prayer Cafè ta’ lbierah 23 ta’ Jannar, bdiet billi għidna t-Talba tal-Moviment Kerŷgma, talba li biha nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jinżel fuqna u jħeġġiġna biex b’egħmilna u ħidmietna nkomplu nxandru l-Kelma t’Alla. Wara nqara l-vanġelu tal-Ħadd li ġej mehud minn San Mark 1:14-20.
Dan il-vanġelu jeħodna fil-bidu tal-ministeru ta’ Ġesu. Ma kienx żmien faċli – ftit taż-żmien qabel din il-ġrajja msemmija kien ġie arrestat San Ġwann il-Battista. Dan la waqqaf u lanqas ma beżża’ lil Ġesu biex ikompli bil-missjoni tiegħu. “Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesu mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju t’Alla.” Hekk ukoll aħna meta niltaqgħu ma xi għawġ, ma qtih il-qalb… għandna nitħeġġu u nafdaw f’Alla l-Mulej b’dik l-istess fiduċja sempliċi li tifel ċkejken għandu lejn missieru. Jekk il-Mulej fdalna biċċa xogħol x’inwettqu f’idejna għandna nidħlu għaliha bil-fidi li l-Mulej se jsibilna l-mezzi Hu kif inwettquha. Minn naħa tagħna rridu nxamru l-kmien u nħalluh jużana għal ġid tal-bxara t-tajba.
Fejn irridu nxandru l-Kelma t’Alla?
Il-kelma KERŶGMA ġejja mill-Grieg u tfisser ‘ixxandar l-aħbar it-tajba’. Bxara li bdiet mill-għadira tal-Galilija. Il-Galilija hija żona fertili ħafna madwar għadira tal-ilma ħelu. Il-post huwa madwar 208 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar u l-għadira fiha 21km b’11km. Hemm diversi bliet imdawra max-xtut tagħha bħal Kafarnahum, Tiberija, Magdala … Kienet rotta ta’ kummerċ bejn l-Eġittu u l-Ewropa (Via Maris) għalhekk kienet bħala żona tilqa’ fiha nies ta’ kulturi differenti u vjaġġaturi. Kien hemm madwar 230 dgħajsa li jaħdmu fuq din l-għadira. Hija għadira magħrufa li faċilment iqumu l-irwiefen u hekk isir ambjent perikoluż għad-dgħajjes jaħdmu hemm. Kien hawn il-post fejn Ġesu ltaqa’ u sejjaħ lil Xmun, Indri, Ġakbu u Ġwanni biex jħallu kollox u jimxu warajh.
Irridu nxandru l-Kelma t’Alla kulfejn inkunu – d-dar mal-familja tagħna, fuq il-post tax-xogħol, f’postijiet ta’ divertiment…u dan għandna nagħmluh kemm bil-kelma u wisq iżjed bl-egħmil tagħna. Dan nistgħu nagħmluh billi nagħtu kelma ta’ faraġ lil min għaddej minn xi diffikulta, bil-għajnuna tagħna lil min għandu bżonnha…anke billi twaqqaf lil min ma jagħtix ġieh bi kliemu lill-isem t’Alla, tal-Madonna u tal-qaddisin, billi nsibuhom f’ħin opportun u niġbdulhom l-attenzjoni ta’ x’inhuma jgħidu. San Ġorġ Preca kien jgħid biex meta nisimgħu lil xi ħadd jidgħi għandna nagħmlu talba ta’ tifħir bl-isem imsemmi. “Ikun imfaħħar l-isem t’Alla!”
Meta jibdew jiġu l-affarijiet ħażin f’ħajjitna x’għandna nagħmlu? Nibqgħu nitolbu? Jekk xi ħadd jaqla’ xi għajdut fuqna nibqgħu mmorru? F’kas ta’ mard naqtgħu qalbna?
Dawn huma mumenti diffiċli li aħna lkoll f’xi mument jew ieħor se ngħaddu minnhom u fihom għandna nsejjħu għal għajnuna t’Alla. Waħda mill-membri tħobb tgħid “Ġesu għinni! Tini l-għajnuna inti ħalli nkompli”. Forsi naħsbu li l-qaddisin kienu xi ‘superpower’ iżda nafu li anke qaddisin kbar bħal San Ġwann Pawlu 11, San Ġorġ Preca, Madre Teresa, kienu jgħaddu minn mumenti ta’ qtih il-qalb. Iżda kollha baqgħu għaddejjin bil-missjoni tagħhom.
Membru ieħor qasam magħna li hu meta jkun għaddej minn mumenti ta’ diffikulta, li ma jkunx jista’ jifhem ‘l għala qed iseħħu , jħares lejn in-natura – xi ħadd jifhem l-kobor tal-univers? Jew kif 120 tunnellata titla fis-smewwiet? Fakkarna fil-vers mill-Bibbja “Min ma jsirx tifel żgħir – ma jidħolx fis-saltna t’Alla.” B’din l-istess tip ta’ fiduċja innoċenti tat-tfal irridu nafdaw rwieħna f’kull ċirkustanza li niltaqgħu magħha f’idejn Missierna fis-smewwiet.
Vers simili ta’ dan hu “Għax l-madmad tiegħek ħelu u t-toqol tiegħi ħafif!”Mt 11:25-30 – trid tintreħa f’idejH. Ma rridux noqogħdu jdejna fuq żaqqna iżda rridu nħallu f’idejH bħalma għamel Pietru – sema’ milli qallu Ġesu u qabad il-ħut meta mill-esperjenza tiegħu ta’ sajjied kien ċert li ma kienx se jaqbad.
Hawn inqara vanġelu sinotiku għal dak ta’ San Mark 1: 14-20 minn San Luqa 5. F’dan il-vanġelu nsibu aktar dettalji fuq is-sejħa tad-dixxipli minn Ġesu. U ntwera wkoll “video” dwar l-ewwel laqgħa ta’ San Pietru ma Ġesu.
Sentenza ċkejken minn dan il-film ġibdet l-attenzjoni, ‘Give me an hour and I will give you a whole life” Ġesu qiegħed jistedinna nagħtuh l-ħin tagħna, il-karattru tagħna, il-familja tagħna, u nħallu f’idejH biex imexxina Hu. Bl-iva ta’ San Pietru Ġesu minn sajjied tal-ħut bidlu f’sajjied tal-bnedmin.
F’San Mark 1:15 nsibu “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.” Il-kelma mitmum hija qawwija ħafna, turi ċerta urġenza – l-affarijiet li tista’ tagħmel llum tħallihomx għal għada – f’kas ta’ problema tas-saħħa naqbdu u mmorru għand it-tabib biex infiequ. L-istess is-sejħa ta’ Ġesu rridu ngħixuha fil-prezent tagħna – mhux dejjem nħallu għal darb’oħra. Ħafna qaddisin kienu jgħixu l-prezent. Mt Teresa kienet tgħin lin-nies fil-prezent tagħha, f’dak il-mument u mhux toqgħod tgħid issa qed inħossni dgħajfa – mkissra – niġi għada – LE kienet tgħix is-sejħa tagħha f’kull ċirkustanza ta’ ħajjitha. Aħna l-insara rridu ngħixu l-Fidi tagħna bi prijorita fuq ħwejjeġ oħra. Ma rridux nħallu mumenti ta’ toqol iwaqqfuna mill-mixja jew mill-ħidma tagħna. Mitmum tfisser li dak li kellu jiġri ġara u żmien il-profeti kien spiċċa. San Ġwann il-Battista għalaq l-era tal-profeti. Dawn kienu jħabbru l-miġja tal-Messija. Il-wasla ta’ Ġesu kienet il-milja ta’ dan it-tħabbir. ISSA aħna rridu nwasslu l-messaġġ ta’ Ġesu lill-ħaddieħor. Ma nistgħux nħallu l-ħidma tagħna bħala nsara għal meta jikbru t-tfal jew għal meta noħorġu bil-penzjoni. Kif jgħid il-Malti “Għada qatt ħadd ma rah.”
Ġesu sejjaħ lid-dixxipli tnejn,tnejn. Il-Knisja hi grupp ta’ nies flimkien. Ir-reliġjon ma nistgħux ngħixuha weħidna. Li nattendu laqgħat bħal Prayer Cafe jew simili jgħinuna nkomplu mexxjin – ma nħossuniex weħidna iżda ngħarfu li qegħdin nimxu din il-mixja tal-fidi ma u bl-għajnuna ta’ l-oħrajn.
Hawnhekk nqrat storja mill-ktieb ‘FTIT TOGĦMA TAJBA’ ta’ Mons. Mikiel Azzopardi
Taħseb li Inti Għaref Iktar Minn Alla?!
Mela darba kien hemm raġel li kien jippretendi li hu għaref ħafna u ma kienx jaħsibha darbtejn biex jikkritika l-għemil tal-oħrajn. Kollox ħażin! Dak li jagħmel hu biss tajjeb! Saħansitra kien jasal biex jikkritika anki l-għemil ta’ Alla stess! Kieku kien hu Alla, l-affarijiet kien jagħmilhom wisq aħjar! Imma ġurnata waħda nduna kemm hu iblah u prużuntuż. Ħalli ngħidilkom xi ġralu. Mela ħareġ passiġġata fil-kampanja, qalb is-siġar u l-għelieqi. Anki hemm sab x’jikkritika! Ġewwa għalqa kienu qed jikbru kwantita kbira ta’ qara’ aħmar. Dan il-prużuntuż qal: Dan hu l-għerf t’Alla! Frott daqshekk kbir, imbagħad ħiereġ minn xitla żgħira kemm kemm taraha. Għall-kuntrarju siġra hekk kbira u qawwija bħalma hi l-balluta tagħmel ġandar hekk żgħir. Imissu sar il-kuntrarju, il-ġandar mix-xitla żgħira u l-qargħa ħamra mill-balluta! U jgerger u jzekzek baqa’ miexi. Meta għejja ried jistrieħ u mtedd jieħu ngħasa għad-dell ta’ balluta kbira. Kif għajnu marret bih qam b’ħasda għax ġandra waqgħet mis-siġra u ġiet preċiż fuq il-ponta ta’ mnieħru. U kif kien hekk maħsud deherlu li sema’ leħen minn wara s-siġra li qallu: “Mur ara kieku flok ġandra kienet qargħa ħamra!” Daqsxejn ta’ ħrafa li niddedikaha lil xi semmigħa li għandhom il-marda li jikkritikaw kollox u lil kulħadd, anki l-għemil t’Alla. Ma nkunux għorrief aktar milli tassew aħna.
Il-laqgħa għalqet b’talb spontanju u bit-talba tal-Missierna.
Nħeġġu biex kulħadd jibda’ jaħseb għal Irtir tar-Randan li se jsir ġewwa S-Seminarju tal-Arċisqof tal-Virtu bejn 6 ta’ Marzu u 8 ta’ Marzu. Nħallu dawn id-dati ħielsa.
Il-kelma li Ġesù jwieġeb biha liż-żewg dixxipli tiegħu hija kelma qawwija, stedina u fl-istess ħin sfida li Ġesù jagħmel liż-żewg dixxipli u lilna lkoll. Il-Papa Franġisku nafu li huwa Papa li jagħti attwalita’ kbira lil Vanġelu u dan il-Vanġelu jsejjaħlu: “Il-Vanġelu tas-sejħa tagħna lkoll”. Ġwanni jindika mill-ewwel li permezz tal-frażi “Hawn hu il-ħaruf ta’ Alla”, qed jibgħat lid-dixxipli tiegħu wara Ġesù.
Din hija riflessjoni qawwija li toħroġ mhux biss minn Ġwanni, iżda fuq kollox mill-vokazzjoni tagħna li nimxu wara Ġesù u li rċivejna fil-magħmudija. Quddiem l-għajta ta’ Ġwanni u quddiem l-istedina ta’ Ġwanni, irridu nwieġbu b’mod ċar u qawwi fil-mixja tal-ħajja ta’ kuljum: aħna qed narawh lil Ġesù? Qed nimxu wara Ġesù? Kif? Il-Kelma u l-Ewkaristija huma l-qawwa tagħna fil-ħajja ta’ Ġesù?
Ġesù iwieġeb ‘EJJEW U TARAW’ – hija kelma ta’ stedina u sfida li l-ebda riklam jew marketing manager illum ma jagħmel. “Ejjew u taraw” kif itenni l-Papa Franġisku jfisser li tmur tara u tagħżel? Irridu nagħżlu bejn l-egoiżmu tagħna u l-għatx tagħna ta’ kuljum biex nimxu wara Ġesù.
Ġesù bil-kelma ‘EJJEW U TARAW’ jolqot dirett. Il-kelma ta’ Ġesù hija qawwija. Ma nistgħux nisimgħu l-Kelma jew naqraw il-Kelma ta’ Ġesù u ma jsir xejn ġo fina.
Ġwanni jibqa’ jiftakar il-ħin ezatt. “Kien għall-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Meta nkiteb il-Vanġelu kienu għaddew bosta snin u l-kittieb jibqa’ jiftakar il-ħin eżatt meta ltaqa’ ma’ Ġesù. Int u jien niftakru meta ltqajna l-ewwel darba ma’ Ġesù? Meta ħassejna l-ewwel darba lil Ġesù, immarkatilna ħajjitna? Inħossu lil Ġesù kuljum fil-ħidma tagħna?
Ġesù lil Pietru jibdillu ismu wara li jaċċetta li jimxi warajH. Lili u lilek jagħmlilna l-istess. Taf xi jrid minnek Ġesù? X’missjoni tak? Ġesù jibdlek u jsaħħek kuljum. Importanti li tintelaq f’idejH. Induna xi jrid minnek. U tibda tagħmel il-mirakli bħal Ġesù …. u tinsiex tagħmel bħal Xmun Pietru li mar sab lil ħuh u qallu sibna l-Messija. Din il-ġimgħa sib lil xi ħadd biex iġġibu jisma’ l-kelma ta’ Alla nhar il-Ġimgħa.
Il-Laqgħat Prayer Cafè reġgħu komplew nhar id-9 ta’ Jannar, wara waqfa qasira fil-ġranet tal-Milied. F’din l-ewwel laqgħa tal-2015, tkellimna dwar il-Vanġelu tal-Ħadd 11 ta’ Jannar 2015; jiġifieri l-Ħadd fejn niċċellebraw il-magħmudija tal-Mulej. [ara l-Vanġelu]
Il-laqgħa bdiet billi ġie spjegat li l-Magħmudija tal-Mulej għandha ħafna komuni ma’ dak li ċċelebrajna il-ġimgħa l-oħra: l-Epifanija tal-Mulej. Dan għaliex fil-magħmudija, Ġesù qiegħed juri lilu nnifsu bħala l-Iben ta’ Alla. L-istess ġara fl-epifanija fejn Alla qiegħed juri lilu nnifsu bħala tarbija. Fil-fatt epifanija tfisser turija jew manifestazzjoni u l-insara tal-lvant din il-festa jsejħula Theofanija li tfisser, “Alla juri lilu nnifsu”.
Fil-Ġrajja tal-magħmudija Ġesù ħa l-magħmudija mingħand Ġwanni l-Battista. Aħna nitgħammdu biex jitneħħielna d-dnub tan-nisel. Ġesù kien Alla, allura ma kellux bżonn magħmudija. Fl-ittra ta’ San Pawl lill-Fillipin naqraw hekk:
“Ġesù li għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem; ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.”
Ġesu ma kellux bżonn magħmudija iżda sar bniedem bħalna u għalhekk ried jgħaddi minn dak kollu li ngħaddu minnu aħna.
Wara dan il-ħsieb ġie kkwotat dak li qal il-Papa Franġisku fid-diskors tiegħu fl-udjenza ġenerali fil-Pjazza San Pietru, nhar L-Erbgħa 8 ta’ Jannar 2014:
B’dan id-diskors il-Papa beda katekeżi fuq is-sagramenti u beda billi f’dan id-diskors tkellem dwar l-ewwel sagrament: il-magħmudija. F’dan id-diskors fost l-oħrajn jgħid hekk:
Il-Magħmudija hi s-sagrament li fuqu tinbena l-istess fidi tagħna u li tlaqqamna bħala membri ħajjin fi Kristu u fil-Knisja tiegħu. Flimkien ma’ l-Ewkaristija u l-Konfirmazzjoni tifforma l-hekk imsejħa ‘Inizjazzjoni Nisranija’
Imbagħad jistaqsi din il-Mistoqsija:
Imma hi tabilħaqq meħtieġa l-Magħmudija biex nistgħu ngħixu ta’Nsara u nimxu wara Ġesù? Fl-aħħar mill-aħħar dan mhux sempliċi rit, att formali tal-Knisja biex nagħtu isem lit-tarbija?
Hawnhekk għandna nsaqsu lilna nfusna, “Aħna għalxiex nitgħammdu? Għaliex ngħammdu t-tfal tagħna? Nifhmu verament x’inhi l-magħmudija jew ngħammdu t-tfal għax hija parti mill-kultura tagħna? Mhux l-ewwel darba li nisimgħu il-frażi: “Fittex għammdu/ għammidha” jew “kemm se ddum ma tgħammdu?”. Allura qed ngħammdu t-tfal għax (forsi mingħajr ma nafu) qed inkunu superstizzjużi?
Għalxiex niċċelebraw il-magħmudija?
Il-Papa jirrispondi bil-kliem ta’ San Pawl fl-ittra lir-Rumani:
“Ma tafux li aħna lkoll li tgħammidna fi Kristu Ġesù, tgħammidna fil-mewt tiegħu? Indfinna miegħu fil-mewt permezz tal-Magħmudija sabiex kif Kristu kien imqajjem mill-imwiet permezz tal-qawwa glorjuża tal-Missier, hekk aħna ngħixu ħajja ġdida”(Rum 6:3-4).
Dwar dan il-Papa jgħid hekk:
Mela din mhix biss formalità! Hi att li jmiss l-eżistenza tagħna fil-profondità tagħha. Tarbija mgħammda u tarbija li mhix mgħammda m’humiex l-istess. M’humiex l-istess persuna mgħammda u oħra li mhix.
Hawnhekk nistgħu nitkellmu dwar l-argument: għandna ngħammdu t-tfal meta jkunu trabi jew għandna nħalluhom jiddeċiedu jekk jitgħammdux meta jikbru u jkunu maturi? Dwar dan wieħed jista’ jgħid ħafna, pero’ jibqa l-fatt li ġenituri responsabbli ma jħallux tarbija bil-ġuħ biex meta titgħallem titkellem tkun tista’ tgħid x’tippreferi; u lit-tfal nagħtuhom il-mediċini/tilqim li għandhom bżonn, biex nipproteġuhom, mingħajr ma nikkunsidraw jekk huma jriduhomx jew le. Ħadd ma jħalli lit-tfal jikbru mingħajr ma jagħtihom jieklu biex imbag[ara l-Vanġelu]ħad jiddeċiedu huma jekk irridux jieklu jew le! Bl-istess mod ġenituri nsara ma jistgħux ma jagħmdux lit-tfal tagħhom. Għalhekk il-ġenituri nsara jiddeċiedu li jgħammdu tarbija għax jemmnu li dik hi l-aħjar triq għaliha. Il-Magħmudija mhijiex bħal membership ta’ xi klabb li tidħol tagħmel parti minnu iżda bil-magħmudija qed nirċievu il-barka ta’ Alla. Imbagħad irridu nkomplu nitkabbru u nieħdu ħsieb li nibqgħu f’din il-barka tul ħajjitna; meta nkunu żgħar permezz tal-ġenituri tagħna u meta nikbru din trid tkun deċiżjoni li nibqgħu nieħdu u nsostnu aħna. Dan nagħmluh anke bl-affarijiet żgħar li jiġru fil-ħajja tagħna ta’ kuljum; kif ngħixu ħajjitna: kif nitkellmu; kif nsuqu u l-bqija. Kull ma nagħmlu rridu nuru li aħna nsara: jiġifieri aħna mgħammda.
Il-Papa jkompli hekk:
“bil-Magħmudija, niġu mgħaddsa f’din il-għajn tal-ħajja li qatt ma taqta’ li hi l-mewt ta’ Ġesù, l-akbar att ta’ mħabba tal-istorja kollha; u grazzi għal dik l-imħabba nistgħu ngħixu ħajja ġdida, mhux iżjed suġġetta għall-ħażin, għad-dnub u għall-mewt, imma f’komunjoni ma’ Alla u mal-aħwa.”
Hawnhekk tqajjem punt ieħor importanti. Bil-magħmudija aħna nsiru lkoll aħwa; ulied tal-istess Missier. AĦNA AĦWA – ngħixu f’familja, f’komunità’; Knisja waħda.
Il-Papa qal ukoll li: “Ħafna minna m’għandhomx l-iċken tifkira taċ-ċelebrazzjoni ta’ dan is-Sagrament”. Hawnhekk issemma l-fatt li l-Papa ħafna drabi jsostni li kull nisrani, kull sena għandu jiftakar u jiċċelebra mhux biss id-data tat-twelid – il-birthday, iżda wkoll id-data li fiha tgħammed. Dwar dan il-Papa jgħid hekk:
Li nkunu nafu d-data tal-Magħmudija tagħna jfisser li nafu data hienja. Jekk ma nafuhiex inkunu nirriskjaw li nitilfu l-memorja ta’ dak li l-Mulej wettaq fina, il-memorja tad-don li rċivejna. Imbagħad nispiċċaw biex inqisuha biss bħala ġrajja li seħħet fil-passat – u bilkemm għax ridna aħna, imma għax riedu l-ġenituri tagħna, li għalhekk m’għandha l-ebda effett fuq il-preżent. Jeħtieġ nerġgħu nqajmu fina l-memorja tal-Magħmudija tagħna. Aħna msejħin ngħixu l-Magħmudija tagħna kuljum, bħala realtà attwali fl-eżistenza tagħna. Jekk jirnexxielna nimxu wara Ġesù u nibqgħu fil-Knisja, anke jekk bil-limiti tagħna, bid-dgħufijiet tagħna u bid-dnubiet tagħna, dan hu propju minħabba fis-Sagrament li fih sirna ħolqien ġdid u ġejna mlibbsa mill-ġdid bi Kristu.
Fi ftit kliem il-Papa qiegħed jgħid li għandna niftakru l-magħmudija tagħna għax permezz ta’ hekk aħna nibqgħu niftakru li aħna nagħmlu parti minn familja; minn komunità. Nibqgħu parti minn din il-komunità; il-knisja permezz tal-magħmudija u sagramenti oħra li jżommuna f’komunjoni, speċjalment l-Ewkaristija. Dan għaliex l-Ewkaristija tgħaqqadna bħala komunità madwar l-istess mejda; aħna l-Maltin għandna nifhmu dan sew għax fil-kultura tagħna (bħall-kulturi oħra Mediterranji) meta niltaqgħu mal-familja jew il-ħbieb, ħafna drabi niltaqgħu madwar il-mejda tal-ikel; biex niltaqgħu rridu nieklu. Fl-Ewkaristija nagħmlu l-istess, niltaqgħu madwar mejda f’komunità. Il-Magħmudija, bl-istess mod, tagħqqadna flimkien bħala aħwa.
Il-Papa jkompli jgħid:
Hu bil-qawwa tal-Magħmudija, fil-fatt, li, meħlusin mid-dnub oriġinali, aħna mlaqqmin fir-relazzjoni ta’ Ġesù ma’ Alla l-Missier;li aħna nġorru tama ġdida, għax il-Magħmudija tagħtina din it-tama ġdida:it-tama li nimxu fit-triq tas-salvazzjoni, ħajjitna kollha. U din it-tama xejn u ħadd ma jista’ jitfiha, għax it-tama ma tqarraqx bina. Ftakruha: it-tama fil-Mulej qatt ma tqarraq.
Il-Mulej huwa fidil; il-Mulej huwa lejali u dak li jwiegħed iwettaq.
Grazzi għall-Magħmudija, aħna kapaċi naħfru u nħobbu anki lil min joffendina u jagħmlilna d-deni; jirnexxielna nagħrfu f’dawk tal-aħħar u fil-foqra l-wiċċ tal-Mulej li jiġi jżurna u hu qrib tagħna. Il-Magħmudija tgħinna nagħrfu l-wiċċ ta’ Ġesù f’wiċċ dawk il-persuni li huma fi ħtieġa, f’dawk li qed ibatu, anki fil-proxxmu tagħna. Dan kollu hu possibbli grazzi għall-qawwa tal-Magħmudija!
Dan ifisser li kull ma nagħmlu aħna, bħala nsara mgħammda, huwa riżultat u riflessjoni tal-magħmudija tagħna. Aħna bħala nsara għandna nagħmlu dak li hu tajjeb. Dan ma jfissirx li min mhux nisrani ma jistax jagħmel it-tajjeb. Anzi, kulħadd jista’ jagħmel it-tajjeb. Id-differenza hi, li min hu mgħammed għandu jagħmel it-tajjeb għall-glorja ta’ Alla u mhux biex iħossu aħjar hu nnifsu.
Punt tal-aħħar, li hu importanti. U hawn nagħmel mistoqsija: Tista’ persuna tgħammed lilna nfisha? Ħadd ma jista’ jgħammed lilu nnifsu! Ħadd. Nistgħu nitolbuha, nixtiequha, imma għandna bżonn ta’ xi ħadd li jagħtina dan is-Sagrament f’isem il-Mulej. Għax il-Magħmudija hi don li jingħata f’kuntest ta’ attenzjoni u ta’ kondiviżjoni fraterna. Dejjem tul l-istorja, wieħed jgħammed lill-ieħor, lill-ieħor, lill-ieħor…hi katina. Katina ta’ grazzja. Imma jien ma nista’ qatt nitgħammed waħdi: hemm bżonn nitlob lil xi ħadd ieħor jagħtini l-Magħmudija. Hu att ta’ fratellanza, att ta’ filjazzjoni għall-Knisja. Fiċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija nistgħu naraw il-karatteristiċi l-iżjed naturali tal-Knisja, li bħal omm tkompli tnissel ulied ġodda fi Kristu, fil-frott li jagħti l-Ispirtu s-Santu.
Dan isostni l-fatt li aħna bħala mgħammda; bħala nsara, aħna famila waħda, komunità.
Hawnhekk rajna x’qal il-Papa fid-diskors tal-udjenza tal-ġimgħa ta’ wara:
Hawnhekk il-Papa ta eżempu, permezz tal-istorja, ta’ x’ġara meta l-knisja fil-Ġappun għamlet mijiet ta’ snin teżisti b’mod klandestin u x’fissret il-mgħammudija f’dan iż-żmien partikolari għal dawn in-nies. Aqra d-diskors kollu bil-Malti hawn!
Bħala konklużjoni għal-laqgħa ssemma l-messaġġ tal-Papa għall-jum dinji tal-Paċi (1 ta’ Jannar) ta’ din is-sena: MHUX AKTAR ILSIRA IMMA LKOLL AĦWA.
F’dan il-messaġġ, fost l-oħrajn, il-Papa jgħid hekk:
Huwa, l-Iben il-Maħbub (cfr Mattew 3,17), ġie biex jurina l-imħabba tal-Missier lejn l-umanità. Kull min jisma’ l-Evanġelju u jwieġeb għas-sejħa tal-konverżjoni, għal Ġesù jsir «ħija, oħti u ommi» (Mattew 12,50) u għalhekk iben adottiv ta’ Missieru (cfr Efesin 1,5).
Il-Messaġġ jikkonkludih hekk:
Nafu li Alla jitlob lil kull wieħed u waħda minna: «X’għamilt b’ħuk?» (cfe Ġenesi 4,9-10). Il-globaliżżazzjoni tal-indifferenza, li llum ittaqqal il-ħajja ta’ tant ħutna, titlob minna li nsiru atturi ta’ globaliżżazzjoni tas-solidarjetà u tal-fraternità, biex lil dawn il-vittmi ntuhom lura t-tama u biex, mimlijin bil-kuraġġ jerġgħu jibdew it-triq fost il-problemi ta’ żmienna bil-prospettivi ġodda li jġib miegħu u li Alla jqegħedilna f’idejna.
It-tlett punti li għandom joħorġu minn din il-laqgħa huma:
Meta tgħammidna? Nfittxu u niftakkru din id-data, biex niftakru li aħna mgħammdin u parti minn Knisja.
Għandna kontinwament insaqsu lilna nfusna: «X’għamilt b’ħuk?». Bl-imġieba tiegħi, qiegħed nieħu ħsieb lil ħija jew lil oħti?
Infittxu d-diskorsi u l-messaġġi tal-Papa. Dawn nistgħu nsibuhom fuq www.laikos.org.